Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0021 - 0022
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, hekk kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed il-quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment Artikolu 98 ta' l-istess Ftehim, Billi: (1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 dwar is-sorveljanza w il-kontroll tal-ġarr ta' l-iskart ġewwa, barra u fil-Komunità Ewropea [2], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud f'punt 32ċ (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93) ta' l-Anness XX tal-Ftehim: "- 32001 R 2557: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 (ĠU L 349, tal-31.12.2001, p. 1)." Artikolu 2 It-testi ta' Regolament (KE) Nru 2557/2001 fil-lingwa ta' L-Islanda u NorveġIża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha sseħħ fid-9 ta' Novembru 2002, iżda in-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom jiġu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 34. [2] ĠU L 349, tal-31.12.2001, s. 1. [3] M'hemm l-ebda indikazzjoni ta' kondizzjonijiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------