|
24.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/51 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10833 - FRANKLIN RESOURCES / BNY ALCENTRA GROUP HOLDINGS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 320/22)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Franklin Resources, Inc. (“Franklin Templeton”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
BNY Alcentra Group Holdings Inc. (“Alcentra”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn The Bank of New York Mellon Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Franklin Templeton se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alcentra kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Franklin Templeton hija organizzazzjoni globali ta’ ġestjoni tal-investiment li tipprovdi ġestjoni tal-investiment u servizzi relatati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, istituzzjonali u ta’ valur nett għoli madwar id-dinja permezz tal-prodotti ta’ investiment tagħha, |
|
— |
Alcentra hija ditta tal-ġestjoni tal-assi globali attiva li timmaniġġa dejn ta’ grad ta’ sottoinvestiment, b’għarfien espert globali f’self superjuri, self dirett, dejn intermedju, bonds b’rendiment għoli, sitwazzjonijiet f’diffikultà, kreditu strutturat u prodotti ta’ diversi strateġiji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10833 - FRANKLIN RESOURCES / BNY ALCENTRA GROUP HOLDINGS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |