Official Journal L 156 , 29/05/1998 P. 0079 - 0124
Ftehim intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-rabà Konvenzjoni ACP-KE IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Billi r-rabà Konvenzjoni ACP-KE, ffirmata f'Lomé nhar il-15 ta' Diċembru 1989 (minn issa l-quddiem magħrufa bħala "il-Konvenzjoni"), kif emendata permezz tal-Ftehim li jemenda ir-rabà Konvenzjoni ACP-KE ta' Lomé, iffirmata fil-Mauritius nhar l-4 ta' Novembru 1995, waqqfet l-ammont aggregat għall-għajnuna tal-Komunità lill-Istati ACP, għall-perjodu ta' ħames snin li jibdà fl-1 ta' Marzu 1995, għall-14625 miljun ECU, li jkopri 12967 miljun ECU mill-Fond ta' l-Iżvilupp Ewropew u 1658 miljun ECU mill-Bank ta' Investiment Ewropew (minn issa l-quddiem magħruf bħala "l-Bank"); Billi r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, qablu li jwaqqfu fuq165 miljun ECU bħala l-ammont t'għajnuna mill-Fond ta' Żvilupp Ewropew, għall-dawk il-pajjiżi oħra fuq in-naħa l-oħra tal-baħar u t-territorji li għalihom ir-rabà part tat-Trattat tapplika (minn issa l-quddiem magħrufa bħala "l-OCT"); billi hemm ipprovdut ukoll għall-operazzjonijiet fl-ammont ta' 35 miljun ECU, li jridu jittieħdu mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess fl-OCT; Billi l-ecu użat għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim huwa definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3180/78 tat-18 ta' Diċembru 1978 li jbiddel il-valur tal-unit ta' l-akkont użat mill-Fond tal-Koperazzjoni Monetarja Ewropea [1] jew, fejn xieraq, fi kwalunkwe Regolament sussegwenti tal-Kunsill, li jiddefinixxi l-komposizzjoni ta' l-ecu; Billi bil-għan li tiġi mplimentata l-Konvenzjoni u d-Deċiżjoni li tikkonċerna l-assoċjazzjoni ta' l-OCT (minn issa l-quddiem magħrufa bħala "d-Deċiżjoni"), għandu jiġi mwaqqaf it-tmien Fond ta' Żvilupp Ewropew, u għandha tiġi stabbilita proċedura għall-għoti ta' fondi u għall-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lil dawn il-fondi; Billi r-regoli ta' l-amministrazzjoni tal-koperazzjoni finanzjarja għndhom jiġu determinati, il-proċedura għall-ipprogrammar, eżaminar u approvar t'għajnuna għandhom jiġu deċiżi u r-regoli dettaljati għas-superviżjoni ta' l-użu ta' l-għajnuna għandha tiġi mfassla; Billi għandu jiġi mwaqqaf kumitat ta' rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati membri, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni u kumitat simili għandu jiġi mwaqqaf taħt l-awspiċi tal-Bank; of the Commission and a similar committee should be set up under the auspices of the Bank; billi x-xogħol magħmul mill-Kummissjoni u l-Bank biex tiġi applikata l-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni għandhom jiġu armonizzati; billi huwa għalhekk mixtieq illi, kemm jistà jkun, il-komposizzjoni tal-kumitati mwaqqfa taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni u tal-Bank ikunu identiċi; Billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 1993 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 1994 jikkonċernaw il-kordinazzjoni tal-policies ta' koperazzjoni u operazzjonijiet fi ħdan il-Komunità; billi r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 1995 tkopri l-kumplimentarjeta bejn il-policies ta' żvilupp u l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha; Wara li kkonsultaw il-Kummissjoni, FTIEHMU S-SEGWENTI: KAPITOLU I Artikolu 1 1. L-Istati Membri waqqfu t-tmien Fond ta' Zvilupp Ewropew (1995), minn issa l-quddiem magħruf bħala "l-Fond." 2. (a) Il-Fond jikkonsisti f'13132 miljun ECU li minnhom: (i) 12840 miljun ECU mogħtija mill-Istati Membri kif ġej: (f' miljun ECU) | Belġju | 503 | Danimarka | 275 | Ġermanja | 3000 | Greċja | 160 | Spanja | 750 | Franza | 3120 | Irlanda | 80 | Italja | 1610 | Lussemburgu | 37 | Olanda | 670 | Awstrija | 340 | Portugall | 125 | Finlandja | 190 | Svezja | 350 | Renju Unit | 1630 | (ii) 292 miljun ECU ġejjin mit-trasferiment ta' riżorsi mhux allokati jew ma jistgħux jintuzaw minn fondi preċedenti, ffinanzjati mill-Istati Membri kif ġej: - 111 miljun ECU mill-aġġustament tat-total aggregat tas-sebà' għotjiet EDF, deċiżi mill-Partijiet Kuntrattwali a bażi ta' l-Artikolu 232 of the Konvenzjoni, imqassma skond l-iskala ffissata fl-Artikolu 1(2) tal-ftehim intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tas-sebà EDF, - 142 miljun ECU mill-aġġustament tat-total aggregat tas-sebà għotjiet EDF, li jridu jiġu kkunsidrati bħala ma jistgħux jintużaw għall-għanijiet t'għajnuna programmabbli, maqsuma skond l-iskala ffissata fl-Artikolu 1(2) tal-ftehim intern dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tas-sebà EDF, - 26 miljun ECU mill-aġġustament tat-total aggregat t'għotjiet mhux allokati taħt is-sitt EDF, mqassma skond skala ffissata fl-Artikolu 1(2) tal-ftehim intern dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tas-sitt EDF, - 13 miljun ECU mill-aġġustament tat-total aggregat t'għotjiet mhux allokati taħt ir-rabà EDF, mqassma skond skala ffissata fl-Artikolu 1(2) tal-ftehim intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tar-rabà EDF. (b) L-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet taħt (a)(i) jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi unanimament, jekk Stat ġdid jissieħeb fil-Komunità. Artikolu 2 1. L-ammont imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi allokat kif ġej: (a) 12967 miljun ECU għall-Istati ACP, li jikkomprendu: (i) 11967 miljun ECU taħt għotjiet, li minnhom: - 1400 miljun ECU speċifikament riżervati għall-appoġġ f'aġġustament strutturali, - 1800 miljun ECU bħala trasfermienti bil-għan tat-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu I tal-Konvenzjoni, - 575 miljun ECU bħala faċilita ta' finanzjament speċjali, bil-għan tat-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu 3 tal-Konvenzjoni, - 260 miljun ECU riżervati għall-għajnuna t'emerġenza u għajnuna lir-refuġjati, - 1300 miljun ECU riżervati għall-koperazzjoni reġjonali, - 370 miljun ECU għall-fond b'sussidji b'rati ta' nteressi, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 235 tal-Konvenzjoni, - 6262 miljun ECU lill-fond t'għajnuna nazzjonali programmabbli; (ii) 1000 miljun ECU, bħala kapital ta' riskju; (b) 165 miljun ECU għall-OCT, li jikkomprendi: (i) 135 miljun ECU bħala għotjiet, li minnhom: - 2,5 miljun ECU bħala faċilita ta' finanzjament speċjali bil-għan tad-disposizzjonijiet tad-Deċizjoni dwar il-prodotti tal-minjiera, - 5,5 miljun ECU bħala trasferimenti għall-OCT, bil-għain ta' dawk id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni li ttikkonċerna s-sistema għall-istabilizzar ta' dħul ta' l-esportazzjoni, - 3,5 miljun ECU riservati għall-għajnuna t'emerġenza u għajnuna lir-refuġjati, - 10 miljun ECU riservati għall-koperazzjoni reġjonali, - 8,5 miljun ECU għall-fond b'sussidji b'rati t'interessi kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 157 tad-Deċiżjoni, - 105 miljun ECU lill-fond nazzjonali t'għajnuna programmabbli; (ii) 30 miljun ECU bħala kapital ta' riskju. 2. Fejn OCT li jkun sar indipendenti jissieħeb fil-Konvenzjon, l-ammonti ndikati f'paragraf 1(b)(i), l-ewwel, it-tielet, ir-rabà, il-ħames u s-sitt inċiż, u 1(b)(ii) għandhom jiġu mnaqqsa u dawk indikati fil-paragrafu 1(a) miżjudin b'mod korrispondenti permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jaġġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni. F'dawn il-każijiet, il-pajjiż konċernat ikompli jibqa' eliġibbli għall-fondi li hemm provdut għalihom fil-paragrafu 1(b)(i), it-tieni nċiż, soġġett għar-regoli amministrattivi taħt it-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu 1 tal-Konvenzjoni. Artikolu 3 Għall-ammont imfassal taħt l-Artikolu 1 għandu jiġi miżjud 1693 miljun ECU bħala self mogħti mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Istatut tiegħu. Dan is-self għandi jiġi allokat kif ġej: (a) l-ammont ta' 1658 million ECU għall-iffinanzjar t'operazzjonijiet li jridu jsiru fi Stati ACP; (b) l-ammont ta' 35 miljun ECU għall-finanzjament t'operazzjonijiet li jridu jsiru fl-OCT. Artikolu 4 Dik il-parti ta' l-ammont imwarrba fl-Artikolu 2(1)(a)(i), s-sitt inċiż, u 1(b)(i), l-ħames inċiż, għall-fond b'sussidji b'rati ta' nteressi, li fl-aħħar tal-perjodu li matulu jingħata s-self tal-Bank, ma ġiex kommess, għandu jerġà jkun disponibbli taħt l-għotjiet li minnhom ikun ġej. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, magħmula permezz ta' ftehim mal-Bank, jistà jiddeċiedi unanimament li jżid dak il-limitu. Artikolu 5 Bl-eċċezzjoni tas-self mogħti mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess, l-operazzjonijiet kollha finanzjarji magħmula għall-benefiċċju ta' l-Istati ACP jew OCT skond il-Konvenzjoni jew id-Deċiżjoni, għandhom isiru taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim u għandhom jiġu mħallsa mill-Fond. Artikolu 6 1. Kull sena, l-Kummissjoni, tieħu kont ta' l-estimi tal-Bank li jikkonċernaw dawk l-operazzjonjijiet amministrati minnha, għandha twaqqaf u tikkomunika mal-Kunsill, qabel l-1 ta' Novembru, propspet tal-ħlasijiet li jridu jsiru s-sena ta' stima ta' wara, u skeda għas-sejħa għall-kontribuzzjonijiet. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi minn hemm il-quddiem, permezz ta' maġġoranza kwalifikata, skond l-Artikolu 21(4). Ir-regoli dettaljati għall-ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għandhom jiġu determinati permezz tar-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 32. 2. Flimkien ma' l-istimi annwali tal-kontribuzzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill stimi ta' l-ispiża, inkluż dawk relatati mal-Fondi preċedenti, għall-kull sena mill-erbà snin wara s-sena li tittrata s-sejħa għall-kontribuzzjonijiet. 3. Jekk il-kontribuzzjonijiet ikunu insuffiċjenti biex jilħqu l-bżonnijiet attwali tal-Fond fis-sena finanzjarja in kwistjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għall-pagamenti supplimentari lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni, kemm jistà jkun malajr, permezz tal-maġġoranza kwalifikata li hemm provdut fl-Artikolu 21(4). Artikolu 7 1. Kwalunkwe bilanċ mill-Fond li jibqà għandu jjiġi wżat skond l-istess regoli bħall-dawk ta' din il-Konvenzjoni, d-Deċiżjoni u dan il-Ftehim. 2. Malli jiskadi dan il-Ftehim, l-Istati Membri għandhom jibqgħu obbligati li jħallsu, kif hemm pprovdut fl-Artikolu 6 u fir-Regolament Finanzjarju li għalih hemm referenza fl-Artikolu 32, il-porzjon tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għadhom mhux imsejħa. Artikolu 8 1. L-Istati Membri jobbligaw ruħhom li jaġġixxu bħala garanti għall-Bank, jirrinunzjaw għall-kwalunkwe dritt li joġġezzjonaw u fi proporzjon tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kapital tagħhom, għar-rigward tar-rabtiet kollha finanzjarji li jqumu għall-kull minn jislifhom, mill-kuntratti ta' self konklużi mill-Bank bir-riżorsi tiegħu stess fl-implimentazzjoni kemm ta' l-Artikolu 1 tat-Tieni Protokoll Finanzjarju u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni u fejn xieraq l-Artikoli 104 u 109 tal-Konvenzjoni. 2. Il-garanzija li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandha tkun restritta għall-75 % ta' l-ammont totali ta' krediti miftuħa mill-Bank taħt il-kuntratti kollha ta' self; għandha tiġi applikata biex tkopri r-riskji kollha. 3. Minkejja l-garanzija kollha li għaliha saret referenza f'paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, għar-rigward ir-rabta finanzjarj skond l-artikolu 104 u 109 tal-Konvenzjoni, jaġixxu bħala garanti tal-Bank, f'każijiet speċifiċi u fuq talba ta' dantra' l-aħħar, għar-rigward persentaġġ akbar minn 75 % u sa 100 % tal-krediti miftuħa mill-Bank taħt il-kuntratti ta' self korrispondenti. 4. L-impriżi li jirriżultaw minn paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu s-suġġett tal-kuntratt ta' garanzija bejn kull Stat Membru u l-Bank. Artikolu 9 1. Pagamenti magħmula lill-Bank dwar self speċjali mogħti lill-Istati ACP, l-OCT u d-dipartimenti Franċiżi fuq in-naħa l-oħra tal-baħar, mill-1 ta' Ġunju 1964, flimkien mar-rikavat u d-dħul mill-impriżi t'operazzjonijiet kapitali ta' riskju, mill-1 ta' Frar 1971 għall-benefiċċju ta' dawk l-Istati, pajjiżi, territorji u dipartimenti, għandhom jiġu kkreditati lill-Istati Membri fi proporzjon għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond li minnhom ġejjin is-somom, kemm-il darba l-Kunsill jiddeċiedi unanimament, fuq proposta mill-Kummissjoni. Li jpoġġihom f'riserva jew jallokhom għal operazzjonijiet oħrajn. Kwalunkwe kummissjoni dovuta lill-Bank, għall-amministrazzjoni tas-self u l-operazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi mnaqqas minn qabel minn dawn is-somom. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 192 tal-Konvenzjoni, id-dħul li jkun ġej minn interessi fuq il-fondi depożitati mal-aġenti li jħallsu fl-Ewropa, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 319(4) tal-Konvenzjoni, għandhom jiġu kkreditati f'kont bankarju jew aktar miftuħa għan-nom tal-Kummissjoni. Wara l-Kumitat EDF li għalih saret referenza fl-Artikolu 21, li jaġġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata, jkun ta l-opinjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandu tuża dak id-dħul: - biex tkopri n-nefqiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu ġejjin mit-tmexxija kontanti tal-fond, - għall-studji b'bilanċ limitat, għall-ftit żmien jew servizzi ta' konsulenza, partikolarment biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha fil-qasam ta' l-analiżi, dijanjożi u formulazzjoni tal-policies strutturali t'aġġustament, - għall-awditjar u stimi b'bilanċ limitat jew għal ftit żmien, - għall-studji b'bilanċ limitat, u għall-żmien qasir, jew servizzi ta' konsulenza matul l-iffinalizzar tal-proposti finanzjarji. Iżda, fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jistà jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza kwalifikata stabillita taħt l-Artikolu 21(4), li d-dħul li għalih saret refernza f'dan l-Artikolu jintuża għal għanijiet oltre dawk li hemm provdut għalihom fil-paragrafu 2. KAPITOLU II Artikolu 10 1. Soġġett għall l-Artikolu 22, 23 u 24 bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-bank għall-amministrazzjoni ta' ċerti forom t'għajnuna, il-Fond għandu jiġi amministrat mill-Kummissjoni skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 32. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 28 u 29, Riskji kapitali u sussidji b'rati ta' nteressi finanzjati mir-riżorsi tal-Fond, għandhom jiġu amministrati mill-Bank għan-nom tal-Komunità, skond l-Istatut tagħha u r-regoli stabbilliti permezz tar-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 32. Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tassigura illi l-policy t'għajnuna definita mill-Kunsill tiġi mplimentata kif ukoll il-linji ta' gwida għall-koperazzjoni fl-iżvilupp finanzjarju definita mill-ACP-KE, Kunsill tal-Ministri skond l-artikolu 325 tal-Konvenzjoni. Artikolu 12 1. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jipprovdu lil xulxin, perjodikament l-informazzjoni dwar it-talbiet magħmula lilhom għall-kuntatti dwar finanzi u preliminari magħmula magħhom, qabel ma' saru t-talbiet tagħhom, mill-korpi relevanti ta' l-Istati ACP, l-OCT, jew reċipjenti oħra t'għajnuniet kief hemm provdut fl-Artikolu 230 tal-Konvenzjoni u fid-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni. 2. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom iżommu l-xulxin infurmati dwar il-progress li jkun sar dwar it-talba għall-finanzi. Għandhom jiskambjaw l-informazzjoni ġenerali kollha biex jippromovu l-armonizazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u dwar il-kors li jrid jiġi segwit fil-proċedimenti tagħhom, mill-vista ta' policy ta' żvilupp kif ukoll għall-istima tat-talbiet. Artikolu 13 1. Il-Kummissjoni għandha tistma proġetti u programmi li, bil-għan t'L-artikolu 233 tal-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni, jistgħu ikunu finanzjati minn għotjiet mir-riżorsi tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha wkoll tistma t-talbiet għall-trasferimenti bil-għan tat-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu 1 tal-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni, flimkien mal-proġetti u l-programmi eliġibbli għall-faċilita ta' finanzjament speċjali bil-għan tat-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu 3 tal-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni. 2. Il-Bank għandu jistma l-proġetti u l-programmi li skond l-Istatut tiegħu, l-Artikoli 233 u 236 tal-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni, jikun jistgħu jiġu finanzjati minn self mir-riżorsi tiegħu stess b'sussidji b'rati ta' nteress, jew b'kapital b'riskju. 3. Proġetti ta' produzzjoni u programmi li jaqgħu taħt is-setturi ta' l-industrija, l-agroindustria, turiżmu, minjieri jew enerġija, u skemi ta' trasport u telekomunikazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' dawk is-setturi, għandhom jiġu ppreżentati lill-Bank, li għandu jeżamina jekk humiex eliġibbli għall-waħda mill-forom t'għajnuniet li jamministra. 4. Fejn, fil-kors ta' l-istima ta' proġett jew programm mill-Kummissjoni jew mill-Bank, jinstab illi il-proġett jew programm ma jistax jiġi finanzjat minn waħda mill-forom t'għajnuniet amministrati mill-istituzzjoni in kwistjoni, dan ta' l-aħħar għandu wara li jinforma r-reċipjenti potenzali, jittrasmetti t-talba lill-istituzzjoni l-oħra. Artikolu 14 Bla ħsara għall-istruzzjonijiet ġenerali li l-Bank jirċievi mill-Komunità dwar il-faċilita finanzjarja speċjali tal-Konvenzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni għandha tobbliga ruħha li tagħmel, għan-nom tal-Komunità, l-esekuzzjoni finanzjarja ta' l-operazzjonijiet li jkunu saru bir-riżorsi tal-fond, fil-forma t'għotjiet, trasferimenti jew il-faċilita speċjali ta' finanzjament, għandha tagħmel il-pagamenti skond ir-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza permezz t'L-Artikolu 32. Artikolu 15 1. Il-Bank għandu jobbliga ruħhu li, jagħmel, għan-nom tal-Komunità, l-esekuzzjoni finanzjarja ta' l-operazzjonijiet li jkunu saru bir-riżorsi tal-Fond, bil-forma tal-kapital tar-riskju F'dan il-kuntest il-Bank għandu jaġixxi għan-nom u għar-riskju tal-Komunità. Kwalunkwe drittijiet li jirriżultaw, partikolarment drittijiet bħala kreditur jew sid, għandhom ikunu mogħtija lill-Komunità. 2. Il-Bank jobbliga ruħu illi jagħmel l-eżekuzzjoni finanzjarja jew l-operazzjonijiet li jsiru permezz ta' self mir-riżorsi tiegħu stess kombinati ma' sussidji b'rati ta' nteressi mir-riżorsi tal-Fond. KAPITOLU III Artikolu 16 1. Biex tiġi assigurata t-trasparenza u l-konsistenza bejn l-operazzjonijiet ta' koperazzjoni u titjieb il-kumplimentarjeta bejniethom, u l-għajnuna bilaterali ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u r-rappreżentanti tagħhom fuq il-post, in-noti li jidentifikaw il-proġetti, malli tittieħed id-deċiżjoni biex tistmagħhom. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement taġġorna dawn in-noti u tinnotifika lill-Istati membri dwarhom. 2. Bl-istess għan ta' trasparenza, konsistenza u kumplimentarjeta, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lil xulxin perjodikament stimi aġġornati ta' l-għajnuna ta' żvilupp li jkunu taw jew li għandhom l-intenzjoni li jagħtu. Inoltre, pertikolarment fl-oqsma ta' priorita li fuqhom il-Kunsill ikun adotta riżoluzzjonijiet speċifiċi dwar kordinazzjoni ta' policy, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu skambji sistematiċi ta' nformazzjoni u opinjonijiet dwar il-policies tagħhom u l-istrateġiji għal kull pajjiż reċipjent u għandhom, meta desiderabbli u possibli, jifthiemu fuq linji ta' gwidi komuni u settorali a bażi ta' pajjiż b'pajjiż, permezz ta' laqgħat regolari bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentazzjonijiet fuq il-post ta' l-Istati Membri, kuntratti bilaterali jew laqgħat t'esperti ta' Stat Membru u l-Kumissjoni u fil-kuntest ta' proċedimenti tal-Kumitat EDF li għalih saret referenza fl-Artikolu 21, li għandha tilgħab rwol ċentrali f'dan il-proċess. 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ukoll jikkomunikaw lil xulxin, permezz ta' laqgħat regolari bejn rapreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri fuq il-post, kuntratti bilaterali jew laqgħat t'esperti ta' Stat Membru u l-Kummissjoni u fil-kuntest ta' proċedimenti tal-Kumitat EDF li għalih saret referenza fl-Artikolu 21, kwalunkwe nformazzjoni li jkollhom dwar għajnuna oħra bilaterali, reħjonali, jew multilaterali mogħti jew maħsuba għall-Stati ACP. 4. Il-Bank għandu jinforma regolarment u b'mod kunfidenzali ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni nominati b'isem, dwar kwalunkwe proġetti għall-benefiċċju ta' l-Istati ACP li għandha l-intenzjoni li tistmà. Artikolu 17 1. L-ipprogrammar li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 281 tal-Konvenzjoni, għandu jsir f'kull Stat ACP, taħt ir-responsabbilta tal-Kummissjoni u bil-parteċipazzjoni tal-Bank. 2. Biex jiġi ppreparat l-ipprogrammar, il-Kummissjoni, fil-kuntest ta' kordinazzjoni akbar ma' l-Istati Membri, partikolarment dawk rappreċentati fuq il-post, u flimkien mal-Bank, għandhom jagħmlu analiżi ekonomika u soċjali tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' kull Stat ACP, biex jiġu identifikati sforzi fuq u prospetti viabbli għall-iżvilupp, u a bażi ta' dan, jiġu stmati l-policies meħtieġa. 3. L-analiżi li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2, għandha wkoll tikkonċerna setturi li fihom il-Komunità hija partikolarment attiva u dawk li għalihom talba għall-appoġġ tal-Komunità tistà tiġi kkunsidrata, bil-kunsiderazzjoni tal-prioritajiet tal-policy ta' koperazzjoni tal-Komunità; policies makroekonomiċi nazzjonali u settorali u l-effetivita tagħhom, għajnuna minn donaturi oħrajn, speċjalment mill-Istati Membri l-interdeipendenza bejn is-setturi; u stima dettaljata ta' l-għajnuna tal-Komunità tal-passat u tal-lezzjonijiet li jkunu ttieħdu minnhom. 4. A bażi ta' dan, l-analiżi li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tipprepara dokument sommarju dwar l-istrateġija tagħha ta' koperazzjoni għal kull pajjiż u reġjun li fih għandha tipproponi strateġija t'għajnuna tal-Komunità. Artikolu 18 1. Dan id-dokument għandu jiġi eżaminat mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, mill-Kummissjoni u mill-Bank, fi ħdan il-Kumitat EDF li għalih saret referenza fl-Artikolu 21, biex tkun tistà tagħmel stima tal-qafas ġenerali tal-koperazzjoni tal-Komunità ma' kull Stat ACP u biex tassigura, kemm jistà jkun possibli, il-konsistenza, u l-kumplimentarjeta bejn l-għajnuna tal-Komunità u l-għajnuna mill-Istati Membri. Il-Bank, da parti tiegħu, għandu jindika it-total possibli ta' l-allokazzjoni proposta lill-Istat ACP. 2. A bażi ta' dan l-eżami u tal-proposti magħmula mill-Istat ACP konċernat, skambjar t'opinjonijiet għandhom jinżammu bejn dan ta' l-aħħar, il-Kummissjoni u l-Bank, għall-parti li tikkonċernaħ, bil-għan t'L-Artikolu 282 tal-Konvenzjoni, biex jagħmel il-programm indikattiv ta' l-għajnuna tal-Komunità. 3. Il-programm indikattiv ta' l-għajnuna tal-Komunità għall-kull Stat ACP, għandha tiġi mressqa lill-Istati Membri, sabiex ikun jistà jsir l-iskambju ta' l-ideat bejn ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-iskambju ta' l-ideat għandu jinżamm jekk il-Kummissjoni jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri, jitolbu hekk. 4. Id-disposizzjonijiet t'L-Artikolu 17 u ta' dan l-Artikolu li jittrattaw l-ipprogrammar nazzjonali għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-iprogrammar reġjonali a bażi ta' l-Artikolu 160 tal-Konvenzjoni. Artikolu 19 1. Minkejja l-possibilità li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 282(3) għall-Istat ACP li jitlob reviżjoni tal-programm indikattiv, dan il-programm għandu jiġi rivedut skond l-Artikolu 282(3) mhux aktar tard minn tliet snin minn wara d-dħul fis-seħħ tat-Tieni Ptotokoll Finanzjarju, jew meta l-ammont totali tad-deċiżjonijiet finanzjarji meħuda fil-kuntest ta' programm indikattiv ta' Stat ACP ikun laħaq 80 % ta' l-ewwel installazzjoni ta' l-allokazzjoni indikattiva, kemm-il darba dan il-livell jintlaħaq qabel it-tmiem ta' l-imsemmi perjodu ta' tliet snin. 2. Wara reviżjoni f'nofs it-terminu, tal-programm indikattiv ta' l-Istat ACP, u wara li jiġu kkunsidrati fatturi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 282(4) tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-bżonnijiet attwali ta' l-Istat ACP, f'termini ta' rbit finanzjarju sat-tmiem tal-perjodu tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, każ b'każ, dwar l-allokazzjoni u l-livell tat-tieni installazzjoni tal-programm indikattiv wara l-iskambju tal-opinjonijiet ma' l-Istati Membri fil-Kumitat EDF bil-għan ta' l-Artikolu 23, a bażi tad-dokument sommarju mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Artikolu 20 1. Id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li jittrattaw l-oppoġġ t'aġġustament, għandu jiġi mplimentat a bażi tas-segwenti prinċipji: (a) meta tanalizza s-sitwazzjoni ta' l-Istati konċernati, il-Kummissjoni, li tuża metodi dijagnostiku ibbażat fuq l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 246 tal-Konvenzjoni, għandha tagħmel stima ta' l-iskop u l-effettivita ta' riformi li jkunu saru jew kontemplati fl-oqsma koperti b'dan l-Artikolu, partikolarment policies monetarji, ta' bilanċ, u fiskali; (b) L-appoġġ mogħti għall-aġġustament strutturali jrid ikollu x'jaqsam direttament ma' l-operazzjonijiet jew miżuri adottati mill-istat konċernat b'konnessjoni ma' dak l-aġġustament; (ċ) il-proċeduri li japplikaw fl-għoti tal-kuntratti jridu jkunu suffiċjentement flessibli biex jaddattaw għall-proċeduri normali, amministrattivi u kummerċjali, fl-Istati ACP konċernati; (d) soġġett għal-subparagrafu (c), fejn japplikaw il-programmi t'importazzjoni, kull programm t' aġġustament strutturali għandu jispeċifika, għall-importazzjonijiet, is-sistema ta' l-għażla flimkien mal-valuri ta' l-ordinijiet t'importazzjoni, li jiddeterminaw l-għażla ta' żewġ forom għall-invitazzjoni għall-għażla: - invitazzjoni internazzjonali għall-għażla, - ftehim dirett Però, proċeduri pubbliċi dwar l-għażla għandhom jiġu segwiti mill-importazzjonijiet mill-istat jew korpi quasi-pubbliċi; (e) fuq talba ta' l-Istat ACP konċernat u wara konsultazzjoni ma' dak l-Istat l-assistenza teknika għandha ssir disponibbli għall-korp ACP responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm. Meta tiġi negozjata l-assistenza teknika, il-Kummissjoni għandha tassigura li dik l-assistenza teknika tkun responsabbli għall-: - l-issorveljar ta' l-aspetti operazzjonali tal-programm, - li tassigura illi l-importazzjonijiet ikunu prokurati bl-aħjar termini ta' kwalità/prezzijiet li jsegwu l-iktar konsultazzjonijiet possibli wiesà mal-konsennatarji ACP u KE, - tati pariri lill-importaturi, meta jkun teknikament possibli u ekonomikament ġustifikat, dwar kif jestendu s-suq tagħhom. Dawn l-impjegati dwar l-assistenza teknika, jistgħu jekk neċessarju, jassistu l-importaturi li jixtiequ jikkombinaw l-ordnijiet tagħhom fejn l-oġġetti li jridu jiġu mportati huma omoġeni, u għalhekk jakkwistaw ratio aħjar ta' kwalità/prezz; (f) appoġġ dirett dwar il-bilanċ, huwa kompletament konsistenti mal-qafas makroekonomiku u tal-bilanċ, bħala element tal-programm kollu ta' riforma, u għandu jkun soġġett għall-eċezzjonijiet tas-soltu, applikati fil-qafas tal-programmi ġenerali u settorali. Partikolarment, l-assistenza m'għandhiex tiġi wżata biex tappoġġja spejjeż għall-għanijiet militari. 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, kif ikun hemm il-bżonn u ta' lanqas darba f'sena, dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' l-appoġġ t'aġġustament u bi kwalunkwe problema għar-rigward iż-żamma ta' l-eliġibilita. L-informazzjoni pprovduta, akkumpanjata bil-partikolaritajiet kollha neċċessarji inkluż data dwar l-istatistika, għandha tkopri, partikolarment l-applikazzjoni propja tal-ftehim konkluż mal-korp ACP responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm, inklużi d-disposizzjonijiet li jitttrattaw il-konsultazzjonijiet li għalihom hemm referenza fit-tieni nċiż tat-tieni subparagrafu ta' paragrafu 1(e). A bażi ta' din l-informazzjoni, il-progress ta' programmi t'importazzjoni u l-kordinazzjoni ma' donaturi oħrajn, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata kif hemm provdut taħt l-Artikolu 21(4) fuq proposta mill-Kummissjoni, jistà jaġġusta l-arranġamenti biex jiġu mplimentati l-programmi, kif hemm speċifikat fil-paragrafu 1. KAPITOLU IV Artikolu 21 1. Kumitat (minn issa l-quddiem magħruf bħala "l-Kumitat EDF") li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, għandu jiġi mwaqqaf taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni, għar-riżorsi tal-Fond li tamminstra. Il-Kumitat EDF għandu jiġi presedut minn rapreżentant tal-Kummissjoni, u s-segretarjat tiegħu għandiu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni. Għandu wkoll jieħu sehem fix-xogħol tiegħu rappreżentant tal-Bank. 2. Il-Kunsill li jaġixxi unanimament għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tal-Kumitat EDF. 3. Fi ħdan il-Kumitat EDF, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jitkejlu bil-mod li ġej. Belġju | 9 | Danimarka | 5 | Ġermanja | 50 | Greċja | 4 | Spanja | 13 | Franza | 52 | Irlanda | 2 | Italja | 27 | Lussemburgu | 1 | Olanda | 12 | Awstrija | 6 | Portugall | 3 | Finlandja | 4 | Svezja | 6 | Renju Unit | 27 | 4. Il-Kumitat EDF, għandu jaġġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata ta' 145 voti, li jesprimi vot favur b'ta' lanqas tmien Stati Membri. 5. Il-kejl stabillit fil-paragrafu 3 u l-maġġoranza kwalifikata msemmija fil-paragrafu 4 għandu għandhom jiġu emendati, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi unanimament, fil-każ li għalih saret referenza fl-Artikolu 1(2)(b). Artikolu 22 1. Il-Kumitat EDF għandu jiffoka x-xogħol tiegħu fuq il-problemi sostantivi tal-koperazzjoni a bażi ta' pajjiż pajjiż, u jfittex kordinazzjoni xierqa ta' l-avviċinamenti u l-operazzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha fl-interessi tal-konsistenza u l-kumplimentarjeta. 2. Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkopri tlett livelli: - l-ipprogrammar ta' l-għajnuna tal-Komunità, - l-immoniterjar ta' l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità, inklużi aspetti settorjali, - it-teħid tad-deċiżjonijiet. Artikolu 23 Għar-rigward l-ipprogrammar, l-għan ta' l-eżaminazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 18(1) u l-skambjar ta' l-opinjonijiet li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 18(3) u 19(2) għandhom ikunu biex jintlaħqu l-consensus desiderabbli bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-eżaminazzjoni u l-iskambjar t'opinjonijiet għandhom isiru fi ħdan il-Kumitat EDF u għandhom jikkonċernaw: - il-qafas ġenerali tal-koperazzjoni tal-Komunità ma' kull Stat ACP, partikolarment is-setturi fokali proposti u l-miżuri kalkulati li jilħqu l-oġġettivi mfassla għal dawk is-setturi u l-linji ta' gwida ġenerali proposti għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni reġjonali, - konsistenza u komplimentarjeta bejn l-għajnuna tal-Komunità u l-għajnuna mill-Istati Membri. Jekk mhux possibli li jintlaħaq il-consensus li għalih hemm referenza fl-ewwel paragrafu, u fuq talba ta' Stat Membru jew il-Kummissjoni, il-Kumitat EDF jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu meta jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. Artikolu 24 Għar-rigward l-immoniterjar ta' l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni, il-Kumitat EDF għandu jiddiskuti: - il-problemi dwar l-iżvilupp ta' policy, u kwalinkwe problema ta' natura ġenerali jew settorali li tistà tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-proġetti varji jew programmi ffinanzjati mir-riżorsi amministrati mill-Kummissjoni, tenut kont l-esperjenza u l-operazzjonijiet ta' l-Istati Membri, - l-avviċinament tal-Komunità u l-Istati Membri għall-appoġġ t'aġġustament mogħti lill-Istati konċernati, inkluż il-kwistjoni ta' l-użu ta' fondi kontroparti, - kwalunkwe bidliet li jistgħu jidhru meħtieġa fil-programmi ndikattivi jew fl-appoġġ t'aġġustament, - reviżjonijiet f'nofs it-terminu, meta mitluba mill-Kumitat EDF, meta jiġu approvati proposti ta' finanzjar għall-proġetti partikolari jew programmi, - l-evalwazzjonijiet t'għajnuniet tal-Komunità meta jagħtu lok għall-kwistjonijiet li jitrattaw ix-xogħol tal-Kumitat EDF. Artikolu 25 1. Rigward il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kumitat EDF għandu jagħti l-opinjoni tiegħu, permezz ta' maġġoranza kwalifikata taħt l-Artikolu 21, dwar: (a) l-eliġibilità a' Stati ACP, għar-riżorsi biex jappoġġjaw aġġustament strutturali, ħlief fil-każijiet fejn, taħt l-Artikolu 246(2) tal-Konvenzjoni din l-eliġibilita hija awtomatika; (b) Proposti finanzjarji għall-proġetti jew programmi b'valur aktar minn 2 miljuni ECU, skond proċedura miktuba jew standard, l-arranġamenti dettaljati li għalihom għandu jiġi determinat fir-regoli ta' proċedura li għalihom saret referenza fl-Artikolu 21(2); (ċ) Proposti finanzjarji li jittrattaw l-appoġġ t'aġġustament jew faċilitajiet speċjali ta' finanzjar (Sysmin), irrispettivament l-ammont involut; (d) Finanzjarju proposals drawn up under l-Artikolu 9(2) (use of interest). 2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tapprova operazzjonijiet b'valur anqas minn 2 miljun ECU, mingħajr ma tfittex l-opinjoni tal-Kumitat EDF. 3. (a) Il-Kummissjoni hija wkoll awtorizzata fiċ-ċirkostanzi li hemm ipprovdut għalihom fil-(b), li tapprova mingħajr ma tfittex l-opinjoni tal-Kumitat EDF, ir-rabta addizzjonali meħtieġa biex tkopri n-nefqa żejda mistennija jew attwali, taħt proġett jew programm li għalih saret referenza f'paragrafi 1(b) u 2, biex tkopri ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali għall-aġġustamenti strutturali li huma s-suġġett tal-proposti li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(c), fejn in-nefqa żejda jew l-ammont addizzjonali meħtieġ ma jeċċedix l-20 % tar-rabta inizjali ffissata fid-deċiżjoni ta' finanzjament. (b) Fejn ir-rabta addizzjonali li għaliha saret referenza taħt (a) hija taħt l-4 miljun ECU, il-Kumitat EDF, għandu jiġi nformat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Fejn ir-rabta addizzjonali li għaliha saret referenza f'(a) teċċedi l-4 miljun ECU, però anqas minn 20 % tar-rabta inizjali, l-opinjoni tal-Kumitat EDF għandha tiġi mfittxija taħt proċeduri simplifikati u espediti, li jridu jiġu ffissati, a bażi tal-proposti tal-Kummissjoni, meta r-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat EDF jiġu adottati. 4. IL-proposti finanzjarji għandhom jindikaw partikolarment ir-relevanza tal-priġetti jew programmi għall-prospetti ta' żvilupp fil-pajjiż jew pajjiżi konċernati u kif dawn isibu post fil-policies settorali jew makroekonomiċi li jirċievu l-appoġġ tal-Komunità. Għandhom isemmu l-użu għall-liema pajjiżi poġġew għajnuna tal-Komunità preċedenti, fl-istess settur u jindikaw kwalunkwe proġetti eżistenti għal dak is-settur. 5. Proposti finanzjarji li jikkonċernaw aġġustamenti strutturali għandhom jispeċifikaw, inter alia, l-oġġetti li għalihom hija allokata l-assistenza tal-bilanċ, sew jekk direttament jew indirettament. 6. Biex jitħaffu l-proċeduri, proposti ta' finanzjar jistgħu ikopru l-ammonti kollha għall-iffinanzjar tal: (a) taħriġ; (b) koperazzjoni deċentralizzata; (ċ) mikro-proġetti; (d) promozzjoni tal-kummerċ u żvilupp; (e) pakketti t' operazzjonijiet fuq skala żgħira f'settur speċifiku; (f) koperazzjoni teknika. Artikolu 26 1. Jekk il-Kumitat EDF jaċċetta bidliet sostanzjali għall-waħda mill-proposti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 25(1), jew fin-nuqqas t'opinjoni favorevoli dwar il-proposta, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta r-rapreżentanti ta' l-Istat ACP jew l-Istati konċernati. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati lill-Istati Membri fil-laqgħa lijmiss tal-Kumitat EDF. 2. Wara l-konsultazzjonijiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tistà tissottometti proposta riveduta jew estiża lill-Kumitat EDF, f'waħda mill-laqgħat tiegħu ta' wara. 3. Jekk il-Kumitat EDF jibqà jirrifjuta li jagħti opinjoni favorevoli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat ACP jew Stati konċernati, li dawn jistgħu jitolbu, jew: - li l-materja terġà tinġieb quddiem il-Kumitat Ministerjali ACP-KE li għalih hemm referenza fl-Artikolu 325 tal-Konvenzjoni (minn issa l-quddiem imsejjaħ "il-Kumitat dwar il-Koperazzjoni fl-Iżvilupp tal-Finanzi"), jew, - hija jew huma jingħataw smigħ mill-korpi tal-Komunità li jieħdu d-deċiżjonijiet, bil-kondizzjonijiet stabilliti fl-Artikolu 27(2). Artikolu 27 1. Il-proposti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 25(1), flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat EDF, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni tagħha. 2. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiddepartixxi mill-opinjoni espressa mill-Kumitat EDF, jew jekk il-Kumitat ma jkunx ta opinjoni favorevoli, il-Kummissjoni trid jew tirtira l-proposta jew, fl-iktar opprtunita viċina, tirreferi l-proposta lill-Kunsill, li għandu jiddeċiedi dwarha skond l-istess proċedura ta' vitazzjoni tal-Kumitat EDF f'perjodu li, bħala regola ġenerali m'għandux jeċċedi x-xagħrejn. Fil-każ ta' l-aħħar, meta hemm involuta proposta finanzjarja, l-Istat ACP konċernat jistà, jekk ma jkunx iddeċieda li jirreferi il-materja lill-Kumitat tal-Koperazzjoni dwar l-Iżvilupp Finanzjarju, iressaqa lill-Kunsill, skond l-Artikolu 289(3) tal-Konvenzjoni, kwalunkwe informazzjoni addizjonali li tikkonsidra neċessarju qabel ma tittieħed id-deċiżjonali finali, u tistà tinstamà mill-President u l-membri tal-Kunsill. Artikolu 28 1. Kumitat (minn issa l-quddiem imsejjaħ "il-Kumitat ta' l-Artikolu 28"), li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jiġi mwaqqaf taħt l-awspiċi tal-Bank. Il-Kumitat ta' l-Artikolu 28, għandu jiġi presedut mir-rappreżentant ta' l-Istati Membri li jkunu fiż-żmien qegħdin jippresiedu l-Bord tal-Gevernaturi tal-Bank; bis-segretarjat tiegħu provdut mill-Bank. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fix-xogħol tiegħu. 2. Il-Kunsill, fil-waqt li jaġixxi unanimament għandu jaddotta r-regoli tal-proċedura tal-Kumitat ta' l-artikolu 28. 3. Il-kejl tal-vot ta' l-Istati Membri u l-maġġoranza kwalifikata applikabbli għall-Kumitat ta' l-Artikolu 28, għandu jkun dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 21(3), (4) u (5). Artikolu 29 1. Il-Kumitat ta' l-Artikolu 28, għandu jagħti opinjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq talbiet għal-self b'sussidji b'rati ta' nteress u fuq proposti għall-iffinanzjar permezz ta' kapital b'riskju, li jkunu sottomessi għalihom permezz tal-Bank. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jistà, waqt il-laqgħat, jissottometti l-istima tal-Kummissjoni ta' dawn il-proposti. Din l-istima għandha tkopri il-konformita tal-proġetti permezz tal-policy t'għajnuna ta' żvilupp tal-Komunità, bl-għanijiet tal-koperazzjoni finanzjarja u teknika stabbilita permezz tal-Konvenzjoni u bil-linji ta' gwida ġenerali adottati mill-ACP-KE Kunsill tal-Ministri. Il-Kumitat jistà wkoll, jekk mitlub mill-Bank, jew, permezz tal-ftehim tiegħu, permezz ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri, - jeżamina kwistjonijiet ta' policy ta' żvilupp, sakemm ikunu direttament konnessi ma' l-attivitatijet tal-Bank fil-qafas tal-proġett, - iżomm skambju t'opinjonijiet dwar l-ideat prattiċi tal-Bank u l-Istati Membri dwar il-fondi ta' proġetti mill-angolu ta' kordinazzjoni, - Jiddiskuti kwistjonijiet li jqumu mill-evalwazzjonijiet t'attivitajiet tal-Bank li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 30(6). 2. Id-dokument sottomess lill-Kumitat ta' l-Artikolu 28, għandu, partikolarment, jispejaga r-relevanza tal-proġett għall-prospetti ta' żvilupp tal-pajjiż jew pajjiżi konċernati, u fejn jinħtieġ, jindika s-sitwazzjoni għar-rigward għajnuna li titħallas lura, mogħtija mill-Komunità u ishma akkwistati minnha u l-użu magħmul minn għajnuna ta' qabel, fl-istess settur; kwalunkwe evalwazzjonijiet ta' proġetti għal dak is-settur għandhom jiġu nklużi. 3. Fejn il-Kumitat ta' l-Artikolu 28, jagħti opinjoni favorevoli dwar it-talba għal self b'sussidju b'rata ta' nteress, flimkien m'opinjoni raġunata tal-Kumitat u fejn meħtieġ, l-istima tar-rappreżentant tal-Kummissjoni, għandha tiġi sottomess għall-deċiżjoni, lill-Bord tad-Diretturi tal-Bank, li għandhom jaġixxu skond l-Istatut tal-Bank. Fin-nuqqas t'opinjoni favorevoli mill-Kumitat, il-Bank għandu jew jirtira t-talba jew jiddeċiedi li jikkonferma. Fil-każ ta' l-aħħar, it-talba, flimkien ma' l-opinjoni raġunata tal-Kumitat u, fejn jinħtieġ, l-istima mogħtija mir-rappreżentant tal-Kummissjoni, għandha tiġi sottomessa għal-deċiżjoni lill-Bord tad-Diretturi tal-Bank, li għandu jaġixxi skond l-Istatut tal-Bank. 4. Fejn il-Kumitat ta' l-Artikolu 28 jagħti opinjoni favorevoli dwar proposta għall-iffinanzjar permezz ta' kapital b'riskju, il-proposta għandha tiġi sottomessa għal deċiżjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-Bank, li għandu jaġixxi skond l-Istatut tal-Bank. Fin-nuqqas t'opinjoni favorevoli mill-Kumitat, il-Bank, skond l-Artikolu 289(2) u (3) tal-Konvenzjoni, għandu jinforma lir-rappreżentanti ta' l-Istat ACP jew Stati konċernati. Li jistgħu jitolbu, jew: - li l-materja tiġi riferuta lill-Kumitat għall-Koperazzjoni dwar l-Iżvilupp Finanzjarju, jew - li jingħataw smigħ mill-korp kompetenti tal-Bank. Fit-tmiem dak is-smigħ, il-Bank jistà, jew: - jiddeċiedi li ma jsegwix il-proposta, jew - jitlob li l-Istat Membru li jippresiedi l-Kumitat ta' l-Artikolu 28, jirreferi l-materja lill-Kunsill kemm jistà jkun malajr. Fil-każ ta' l-aħħar, il-proposta għandha tiġi sottomessa lill-Kunsill flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat t'L-Artikolu 28, u fejn xieraq, l-istima tar-rappreċentant tal-Kummissjoni u kwalunkwe nformazzjoni oħra li l-Istat ACP konċernat jikkonsidra li l-Kunsill jeħtieġ. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond l-istess proċedura ta' votazzjoni tal-Kumitat ta' l-artikolu 28. Jekk il-Kunsill jikkonferma l-posizzjoni tal-Kumitat ta' l-Artikolu 28, il-Bank għandu jirtira l-proposta. Jekk, iżda, l-Kunsill ikun qabel mal-proposta tal-Bank, il-Bank għandu jimplimenta l-proċeduri stabbiliti fl-Istatut tiegħu. Artikolu 30 1. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jaċċertaw, kull wieħed sa fejn jikkonċerna lilhom, kif l-għajnuna tal-Komunità li huma jamministraw tiġi wżata mill-Istati ACP, l-OCT jew kwalunkwe reċipjenti oħrajn. 2. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jaċċertaw ukoll, kul wieħed sa fejn jikkonċernahom, u b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti tal-pajjiż jew pajjiżi konċernati, il-mod kif il-proġetti finanzjati mill-għajnuna tal-Komunità huma wżati mir-reċipjenti. 3. Meta jaċċertaw kif l-għajnuna tal-Komunità u l-proġetti huma wżati, kif hemm provdut f'paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jeżaminaw safejn l-għanijiet li għalihom hemm referenza fl- l-Artikolu 220 u 221 tal-Konvenzjoni u fid-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni, jkunu ntlaħqu. 4. Il-Bank għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti finanzjati mir-riżorsi tal-Fond li tamministra. 5. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jinformaw lill-Kunsill, ma' l-iskadenza tal-Protoll Finanzjarju anness mal-Konvenzjoni, dwar is-sejbiet bil-għan ta' paragrafi 1, 2 u 3. Ir-rapport mill-Kummissjoni u l-Bank għandu wkoll ikollu stima ta' l-Impatt ta' l-għajnuna tal-Komunità fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi reċipjenti. 6. Il-Kunsill għandu jkun perjodikament informat bir-riżultati tax-xogħol magħmul mill-Kummissjoni u l-Bank, dwar l-evalwazzjoni tal-proġetti li jkunu qegħdin isiru jew tlestew, partikolarment rigward l-għanijiet ta' żvilupp proġettati. KAPITOLU V Artikolu 31 1. L-ammonti ta' trasferimenti Stabex li għalihom hemm referenza fit-Tielet Parti, Titolu II, Kapitolu 1 tal-Konvenzjoni u fid-disposizzjonijiet li jikkorispondu tad-Deċiżjoni, għandhom ikunu espressi f'ecus. 2. Il-ħlasijiet għandhom isiru permezz t'ecus. 3. Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħmel rapport komprensiv għall-Istati membri dwar l-operar tas-sistema għall-istabilizazzjoni tad-dħul fl-esportazzjoni u l-użu magħmul mill-Istati ACP tal-fondi trasferiti. Ir-rapport għandu jindika partikolarment l-effetti tat-trasferimenti magħmula dwar l-iżvilupp tas-setturi li fihom ġew allokati. 4. Paragrafu 3 għandu wkoll japplika għar-rigward ta' l-OCT. KAPITOLU VI Artikolu 32 Id-disposizzjonijiet biex jiġi mplimentat dan il-Ftehim, għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament Finanzjarju adottat, mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda r-Rabà Konvenzjoni ACP-KE, permezz tal-Kunsill, li jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata stabillita fl-Artikolu 21(4), a bażi ta' l-abbozz tal-Kummissjoni, wara li tkun ingħatat opinjoni mill-Bank dwar id-disposizzjonijiet li jikkonċernawha u mill-Qorti ta' l-Awdituri stabbilit taħt l-Artikolu 188° et seq. tat-Trattat. Artikolu 33 1. Fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha taddotta akkont tad-d-dħul u n-nefqa u karta ta' bilanċ (balance –sheet) tal-fond. 2. Bla ħsara għal paragrafu 5, il-Qorti ta' l-Awdituri għandha wkoll teżerċita l-poteri tagħha għar-rigeard l-operar tal-Fond. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-Qorti teżerċita l-poteri tagħha għandhom ikunu stabilliti fir-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 32. 3. L-iskariku tat-tmexxija finanzjarja tal-Fond għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew permezz ta' rikomandazzjoni tal-Kunsill, li għandu jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata kif stabillita fl-Artikolu 21(4). 4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li għaliha saret referenza taħt l-Artikolu 30(4) disponibbli lill-Qorti ta' l-Awdituri biex din ta' l-aħħar tkun tistà, a bażi ta' xhieda dokumentata, tagħmel spezzjonijiet dwar l-għajnuna provduta mir-riżorsi tal-Fond. 5. L-operazzjonijiet finanzjati mir-riżorsi tal-Fond, immexxija mill-Bank, għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll u l-proċedura ta' skariku stabillita permezz ta' l-Istatut tal-Bank għall-operazzjonijiet kollha tiegħu. Kull sena l-Bank għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, rapport dwar l-esekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet finanzjarji mir-riżorsi tal-Fondi, mmexxija mill-Bank. 6. Il-Kummissjoni għandha perjodikament, tagħmel, bi ftehim mal-Bank, listi ta' l-nformazzjoni li tirċievi mingħand dan ta' l-aħħar biex tkun tistà tistma il-mod li bih il-Bank ikun qieghed jaqdi l-karigu tiegħu, u biex tinkoraġġixxi l-kordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Bank. Artikolu 34 1. Bla ħsara għat-trasferimenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(a)(ii): - ir-rimanenti bilanċ tal-Fond mwaqqaf taħt il-ftehim intern ta' l-1975, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità, għandu jibqà jiġi amministrat kif provdut f'dak il-ftehim u skond ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ fit-28 ta' Frar 1980, - ir-rimanenti bilanċ tal-Fond imwaqqaf taħt il-ftehim intern ta' l-1979 dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità, għandu jibqà jiġi amministrat kif provdut f'dak il-ftehim u skond ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ fit-28 ta' Frar 1985, - ir-rimanenti bilanċ tal-Fond imwaqqaf taħt il-ftehim intern ta' l-1985 dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità, għandu jibqà jiġi amministrat kif provdut f'dak il-ftehim u skond ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ fit-28 ta' Frar 1990, - ir-rimanenti bilanċ tal-Fond imwaqqaf taħt il-ftehim intern ta' l-1990 dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità, għandu jibqà jiġi amministrat kif provdut f'dak il-ftehim u skond ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ fit-28 ta' Frar 1995, 2. Fl-eventwalita tal-konklużjoni b'suċċess tal-proġetti finanzjati mill-Fondi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 li jiġu pperikolati b'nuqqas ta' riżorsi minħabba li r-rimanenti bilanċ jiġi wżat, jistgħu jiġu sottomessi proposti għall-iffinanzjar addizzjonali mill-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. Artikolu 35 1. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat minn kull Stat Membru skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu. Il-Gvern ta' kull Stat Membru, għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, meta l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ikunu ġew kompletati. 2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għall-istess żmien daqs it-Tieni Protokoll Finanzjarju anness mal-Konvenzjoni. Iżda, għandu jibqà fis-seħħ sakemm meħtieġ għall-operazzjonijiet finanzjarji kollha taħt il-Konvenzjoni u l-Protokoll, li jkunu eżegwiti sew. Artikolu 36 Dan il-Ftehim magħmul f'oriġinali waħda, bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandhom jiġu depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tittrasmetti kopja ċertifikata lill-kull Gvern ta' l-Istati firmatarji. En fe de lo cual, los representantes de los Gobiernos de los Estados miembros, reunidos en el seno del Consejo, abajo firmantes, suscriben el presente Acuerdo.Til bekræftelse heraf har repræsentanterne for Det Europæiske Fællesskabs medlemsstater, forsamlet i Rådet, underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten der im Rat vereinigten Regierungen der Mitgliedstaaten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.Σε πίστωση των οποίων, οι υπογράφοντες αντιπρόσωποι των κυβερνήσεων των κρατών μελών, συνελθόντες στα πλαίσια του Συμβουλίου, έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.In witness whereof, the undersigned representatives of the Governments of the Member States, meeting within the Council, have hereunto set their hands.En foi de quoi, les représentants des gouvernements des États membres, réunis au sein du Conseil, soussignés, ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.In fede di che i sottoscritti rappresentanti dei governi degli Stati membri, riuniti in sede di Consiglio, hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekende vertegenwoordigers van de regeringen van de ondertekenende lidstaten, in het kader van de Raad bijeen, hun handtekening onder dit Akkoord hebben gesteld.Em fé do que, os representantes dos Governos dos Estados-membros, reunidos no Conselho, apuseram as suas assinaturas no final do presente acordo.Tämän vakuudeksi alia mainitut neuvostossa kokoontuneet jäsenvaltioiden hallitusten edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.Till bevis harpå har företrädarna för medlemsstaternas regeringar, församlade i rådet, undertecknat detta avtal. Hecho en Bruselas,el veinte de diciembre de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Bruxelles, den tyvende december nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten Dezember neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Brussels on the twentieth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Bruxelles, le vingt décembre mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Bruxelles, addì venti dicembre millenovecentonovantacinque.Gedaan te Brussel, de twintigste december negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte de Dezembro de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.Som skedde i Bryssel den tjugonde december nittonhundranittiofem. Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien +++++ TIFF +++++ På Kongeriget Danmarks vegne +++++ TIFF +++++ Für die Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Για την Ελληνική Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Por el Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar ceann na hÉireannFor Ireland +++++ TIFF +++++ Per la Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour le Grand-Duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Für die Republik Österreich +++++ TIFF +++++ Pela República Portuguesa +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan puolesta +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sverige +++++ TIFF +++++ For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 379, tat-30.12.1978, p. 1. Regolament kif emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 1971/89 (ĠU L 189, ta' l-4.7.1989, p. 1). --------------------------------------------------