|
23.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10867 – GIP / AZURE / OMERS / VTG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 319/08)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fondi ta’ Global Infrastructure Partners (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollati minn Global Infrastructure Management, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Azure Vista C 2020 S.à.r.l. (“Azure”, il-Lussemburgu), li tappartjenti għal/ikkontrollata minn Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, Abu Dhabi), |
|
— |
OMERS Administration Corporation (“OAC”, il-Kanada), |
|
— |
VTG Aktiengesellschaft (“VTG”, il-Ġermanja). |
GIP, Azure/ADIA u OAC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ VTG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GIP tiġġestixxi fond tal-infrastruttura indipendenti globali u li twaqqfet fl-2006. Il-fondi tal-GIP jinvestu f’investimenti ta’ ekwità u relatati mal-ekwità fl-infrastruttura u assi relatati mal-infrastruttura fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-ilma u servizzi pubbliċi oħra, |
|
— |
Azure hija ffukata fuq investimenti fl-infrastruttura u għandha diversi ishma minoritarji primarjament fl-Ewropa, |
|
— |
OAC hija l-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primarja tas-Sistema ta’ Rtirar tal-Impjegati Muniċipali ta’ Ontario u tamministra l-pensjonijiet għall-impjegati attivi, differiti u rtirati ta’ muniċipalitajiet, bordijiet tal-iskejjel, libreriji, dipartimenti tal-pulizija u tat-tifi tan-nar u aġenziji lokali oħra f’Ontario, il-Kanada, |
|
— |
VTG hija kumpanija internazzjonali tal-kiri u tal-loġistika ferrovjarja strutturata fi tliet diviżjonijiet kummerċjali ewlenin: kiri ta’ vaguni tal-ferrovija, loġistika tal-linji u containers li jservu ta’ tank. VTG jipprovdi soluzzjonijiet ta’ trasport għal firxa sħiħa ta’ merkanzija inklużi likwidi, gassijiet, azzar, injam u prodotti tal-karta kif ukoll faħam, ġebel, ħamrija u oġġetti awtomotivi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10867 – GIP / AZURE / OMERS / VTG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).