Official Journal L 116 , 30/04/1982 P. 0018 - 0018
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 4 P. 0059
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 4 P. 0059
Deċiżjoni tal-kunsill tas-26 ta’ April ta’ l-1982 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ Protokolli fir-Renju ta’ l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollat u l-fiżika tal-plażma (82/269/Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kunsidra l-abbozz mogħti mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni, in-konformità mad-direttivi mill-Kunsill, innegozjat il-Protokolli li jemendaw il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn l-Isvezja u l-Isvizzera fl-oqsma ta’ fużjoni termonukleari kontrollata u fiżika tal-plażma; Billi b’konsegwenza huwa xieraq li tkun approvata l-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn il-Protokolli, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Uniku Il-konklużjoni mill-Kummissjoni tal-Protokolli mar-Renju ta’ l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Ftehim ta’ Koperazzjoni fl-oqsma ta’ fużjoni ta’ termonukleari kontrollata u fiżika tal-plażma hija hawnhekk approvata. It-test ta’ dawn il-Protokolli huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April ta’ l-1982. Għall-Kunsill Il-President L. Tindemans --------------------------------------------------