<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-347/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0347</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:692">EU:C:2022:692</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220915">15.9.2022</DATE> – Kawża C‑347/21</HT></P><P>DD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tmien Awla)</P><P>15 ta’ Settembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva (UE) 2016/343</KEYWORD><KEYWORD>Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess kontra tiegħu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li l-ksur ta’ dritt jiġi rrimedjat fi stadju sussegwenti tal-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Smigħ addizzjonali tal-istess xhud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/48/UE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-avukat tal-persuna akkużata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑347/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑3 ta’ Ġunju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑4 ta’ Ġunju 2021, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">DD,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Spetsializirana prokuratura,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. M. Collins,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal DD, minn V. Vasilev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u I. Zaloguin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 65, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 294, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra DD għal reati relatati mal-immigrazzjoni illegali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2013/48</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 54 tad-Direttiva 2013/48 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali […] li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ avukat, id-dritt li tiġi infurmata parti terza biċ-ċaħda tal-libertà, u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari matul iċ-ċaħda tal-libertà.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat f’ħin u b’mod li l-persuni konċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw d-drittijiet tagħhom ta’ difiża b’mod prattiku u b’mod effettiv.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat għandu jimplika dan li ġej:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>għandhom, minn tal-inqas, ikollhom id-dritt li l-avukat tagħhom jattendi għall-avvenimenti investigattivi jew l-attita’ ġbir ta’ provi li ġejjin,fejn dawk l-atti huma previsti fil-liġi nazzjonali u jekk il-persuna suspettata jew akkużata hija meħtieġa jew permessa li tattendi l-att konċernat:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ringieli ta’ persuni għall-identifikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>konfrontazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>rikostruzzjonijiet sperimentali tax-xena tar-reat kriminali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2016/343</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 33 u 47 tad-Direttiva 2016/343 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(33)</NO.P><TXT>Id-dritt għal proċess ġust huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f’soċjetà demokratika. Id-dritt ta’ persuni suspettati u akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess huwa bbażat fuq dak id-dritt u għandu jiġi żgurat fl-Unjoni kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ssostni d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li jinsabu fil-Karta u fil-KEDB, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti fil- proċess tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 55 tan-nakazatelno‑protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>NPK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-persuna akkużata għandha tgawdi d-drittijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>li tipparteċipa fil-proċeduri kriminali</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><P>li jkollha avukat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-punt 8 tal-Artikolu 94(1) tan-NPK, meta kawża tinqata’ fl-assenza tal-persuna akkużata, huwa obbligatorju li d-difiża ta’ din il-persuna tkun żgurata minn avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 99 tan-NPK jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-avukat għandu jgawdi d-drittijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>li jipparteċipa fil-proċeduri kriminali. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 269(3) tan-NPK, kawża tista’ tiġi deċiża fl-assenza tal-persuna akkużata biss jekk din tal-aħħar ma tkunx tista’ tinstab jew jekk hija tkun ġiet informata dwar il-possibbiltà li l-proċeduri jitmexxew fl-assenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 271(2) tan-NPK jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Is-seduta għandha tiġi ddifferita għal data sussegwenti jekk il-persuni li ġejjin ma jidhrux:</P><P>[…]</P><P>2. il-persuna akkużata […]</P><P>3. l-avukat […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 348(3) tan-NPK:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-ksur tar-regoli proċedurali ikun sostanzjali:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jekk dan ikun wassal għal limitazzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet u li ma tkunx ġiet irrimedjata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura fil‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>DD, uffiċjal tal-pulizija fil-fruntieri tal-ajruport ta’ Sofija (il-Bulgarija), huwa s-suġġett, flimkien ma’ persuni oħra, ta’ proċeduri kriminali għal reati relatati mal-immigrazzjoni illegali quddiem il-qorti tar-rinviju, l-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Waqt l-ewwel seduta li nżammet quddiem il-qorti tar-rinviju, fil‑15 ta’ Ottubru 2020, DD deher flimkien mal-avukat tiegħu, VV. Waqt din is-seduta, instema’, b’mod partikolari, ix-xhud anonimu Nru 263, li seta’ jiġi eżaminat minn VV. It-tkomplija ta’ dan is-smigħ ġiet iffissata għat‑30 ta’ Novembru 2020.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Novembru 2020, VV talab l-aġġornament tas-seduta prevista u d-differiment tal-kawża għal data sussegwenti minħabba li huwa kien għadu ma rkuprax wara li kien marad bil-COVID‑19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Waqt is-seduta tat‑30 ta’ Novembru 2020, DD talab id-differiment tal-kawża għal data sussegwenti minħabba l-assenza tal-avukat tiegħu, VV. Il-qorti tar-rinviju madankollu pproċediet bis-smigħ tax-xhud anonimu Nru 263, filwaqt li rrikonoxxiet li dan kien jikkostitwixxi ksur tad-dritt ta’ DD li jkun irrappreżentat minn avukat kif ukoll tad-dritt ta’ VV li jkun preżenti u li jipparteċipa fil-proċeduri. Madankollu, filwaqt li rreferiet għas-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spetsializirana prokuratura (Seduta fl-assenza tal-persuna akkużata)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑688/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:94">EU:C:2020:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dik il-qorti qieset li dan jista’ jiġi rrimedjat billi tipproċedi għal smigħ ġdid tax-xhud anonimu Nru 263 waqt is-seduta sussegwenti, prevista fit‑18 ta’ Diċembru 2020, sabiex VV ikun jista’ jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu. Il-partijiet preżenti waqt is-seduta tat‑30 ta’ Novembru 2020 għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-imsemmi xhud. Sussegwentement, kopja tal-proċess verbal ta’ dan is-smigħ intbagħtet lil VV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑4, fl‑10 u fil‑15 ta’ Diċembru 2020, VV ippreżenta dokumenti li jixhdu l-problemi ta’ saħħa tiegħu kif ukoll il-fatt li DD kien marid bil-COVID‑19, u talab darbtejn id-differiment tal-kawża għal data sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Waqt is-seduta sussegwenti, li madankollu nżammet fit‑18 ta’ Diċembru 2020, fl-assenza ta’ DD u ta’ VV, il-qorti tar-rinviju eżaminat ix-xhud YAR, li x-xhieda tiegħu kienet rilevanti għall-finijiet tal-proċeduri ta’ DD, filwaqt li osservat mill-ġdid li kienet ser tingħata l-opportunità lil DD u lil VV li jeżaminawh waqt is-seduta sussegwenti. Kopja tal-proċess verbal ta’ dan is-smigħ intbagħtet lil DD u lil VV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Inżammet seduta fil‑11 ta’ Jannar 2021, li għaliha dehru DD u VV. F’din l-okkażjoni, VV ikkontesta d-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju li żżomm is-seduti tat‑30 ta’ Novembru 2020 u tat‑18 ta’ Diċembru 2020, billi invoka ksur tad-drittijiet tad-difiża. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju qieset b’mod partikolari li għalkemm iż-żamma tal-imsemmija seduti kienet wasslet għal ksur tad-dritt ta’ DD u ta’ VV li jkunu preżenti personalment, dan seta’ jiġi rrimedjat permezz ta’ smigħ ġdid tax-xhieda kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Waqt seduta li nżammet fit‑22 ta’ Frar 2021, DD u VV kellhom l-opportunità li jeżaminaw lix-xhud anonimu Nru 263 kif ukoll lix-xhud YAR. F’din l-okkażjoni, DD ma għamel ebda mistoqsija, filwaqt li VV għamel mistoqsijiet biss lix-xhud YAR u ddikjara li ma kellux mistoqsijiet għax-xhud anonimu Nru 263.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, taħt id-dritt nazzjonali, ikun hemm ksur tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha u li jkollha aċċess għas-servizzi ta’ avukat, meta jinġabru provi, b’mod partikolari, permezz tas-smigħ ta’ xhieda, filwaqt li l-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu assenti. Huwa evidenti li dan id-difett proċedurali jista’ jiġi rrimedjat biss jekk dawn ix-xhieda jissejħu mill-ġdid u jekk il-persuna akkużata u l-avukat tagħha jingħataw l-opportunità li jagħmlulhom mistoqsijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, id-dritt nazzjonali ma jipprevedi ebda dispożizzjoni espliċita dwar in-natura ta’ dan is-smigħ ġdid tax-xhieda. Jew dan tal-aħħar ikun sempliċement ta’ natura addizzjonali, u f’dan il-każ, id-dikjarazzjonijiet magħmula, waqt smigħ preċedenti fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha, mix-xhieda għall-mistoqsijiet tal-partijiet l-oħra jibqgħu validi, jew is-smigħ ġdid ikun jissostitwixxi lil dak preċedenti, li jkollu jitqies bħala null u nieqes minn valur legali.<?PAGE NO="6"?> F’każ bħal dan, il-partijiet li kienu preżenti waqt is-smigħ preċedenti jkunu meħtieġa jagħmlu mill-ġdid il-mistoqsijiet li huma kienu għamlu f’dik l-okkażjoni. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li jeżistu elementi li jindikaw li smigħ addizzjonali jkun suffiċjenti sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tar-regoli proċedurali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, mis-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spetsializirana prokuratura (Seduta fl-assenza tal-persuna akkużata)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑688/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:94">EU:C:2020:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, meta l-persuna akkużata kienet assenti għal seduta, id-dritt tagħha li tkun preżenti personalment waqt il-proċess kontra tagħha, stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343, ma jinkisirx jekk l-atti mwettqa meta hija kienet assenti jiġu rrepetuti sussegwentement fil-preżenza tagħha. Madankollu, dik il-qorti tqis li l-portata ta’ dan ir-rekwiżit ma tirriżultax b’mod ċar. B’mod iktar preċiż, hija tistaqsi jekk ikunx neċessarju li jiġi rrepetut is-smigħ ta’ xhud fl-intier tiegħu, b’tali mod li, minn naħa, il-partijiet li kienu preżenti qabel u li kienu diġà għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lix-xhud ikollhom jagħmlu mill-ġdid l-istess mistoqsijiet u, min-naħa l-oħra, il-persuna akkużata li qabel kienet assenti tagħmel il-mistoqsijiet tagħha, jew jekk ikunx biżżejjed li s-smigħ addizzjonali joffri sempliċement lill-persuna akkużata u lill-konsulent tagħha l-opportunità li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lix-xhud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, sa fejn, f’din il-kawża, is-seduti tat‑30 ta’ Novembru 2020 u tat‑18 ta’ Diċembru 2020 seħħew fl-assenza ta’ VV, id-dritt ta’ DD li jkun difiż minn avukat, stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48, inkisirx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-akkużat li jkun fiżikament preżenti waqt il-proċess skont l-Artikolu 8(1), flimkien mal-Artikolu 10(1) u mal-premessa 44, tad-Direttiva [2016/343], ikun irrispettat jekk, waqt seduta separata, xhud ikun ġie interrogat fl-assenza tal-akkużat, iżda fejn l-akkużat kellu l-opportunità jinterroga lill-istess xhud fis-seduta sussegwenti u ddikjara li ma kellu ebda mistoqsijiet, jew huwa neċessarju, sabiex jiġi rrispettat id-dritt tal-akkużat li jkun fiżikament preżenti waqt il-proċess tiegħu, li jsir smigħ mill-ġdid inkluż ir-repetizzjoni tal-mistoqsijiet li saru mill-partijiet l-oħra li kienu preżenti fl-ewwel seduta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ difiża minn avukat skont l-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-Artikolu 12(1), tad-Direttiva [2013/48], ikun irrispettat jekk, waqt żewġ seduti separati, żewġ xhieda jkunu ġew interrogati fl-assenza tal-avukat [tal-persuna akkużata], iżda dan l-avukat kellu l-possibbiltà jinterroga liż-żewġ xhieda f’seduta sussegwenti, jew huwa neċessarju, sabiex jiġi rrispettat id-dritt ta’ difiża minn avukat, li dawn iż-żewġ smigħ inkwistjoni jinżammu mill-ġdid fl-intier tagħhom, inkluż ir-repetizzjoni tal-mistoqsijiet li saru mill-partijiet l-oħra li kienu preżenti fl-ewwel seduti u li, barra minn hekk, l-avukat li kien assenti fiż-żewġ seduti preċedenti jingħata l-possibbiltà li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑5 ta’ Awwissu 2022, is-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija) informat lill-Qorti tal-Ġustizzja li, wara emenda leġiżlattiva li daħlet fis-seħħ fis‑27 ta’ Lulju 2022, l-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata) ġiet xolta u li xi wħud mill-kawżi kriminali mressqa quddiem din l-aħħar qorti, inkluża l-kawża prinċipali, ġew ittrasferiti minn din id-data lis-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343 u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha u tad-dritt tagħha ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, il-qorti nazzjonali tipproċedi bi smigħ addizzjonali ta’ xhud tal-prosekuzzjoni, sa fejn, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħhom, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha ma setgħux ikunu preżenti għas-smigħ preċedenti ta’ dan ix-xhud, ikun biżżejjed li l-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu jistgħu jeżaminaw liberament lil dan ix-xhud, jew jekk dan is-smigħ addizzjonali għandux ikun jikkonsisti f’repetizzjoni, fl-intier tiegħu, tas-smigħ preċedenti tal-istess xhud, fatt li jkollu bħala effett li jiġu invalidati l-atti proċedurali mwettqa waqtu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ssuspettati u l-persuni akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti waqt il-proċess kontra tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-premessa 47 ta’ din id-direttiva, din tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), inklużi d-dritt għal smigħ xieraq, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessa 33 ta’ din id-direttiva, id-dritt tal-persuni ssuspettati jew tal-persuni akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess kontra tagħhom huwa bbażat fuq id-dritt għal smigħ xieraq, li huwa stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB, li għalih jikkorrispondu, hekk kif jippreċiżaw l-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 47, kif ukoll l-Artikolu 48 ta’ din il-Karta. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura li l-interpretazzjoni tagħha ta’ dawn l-aħħar dispożizzjonijiet tkun tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jkunx imur kontra dak iggarantit fl-Artikolu 6 tal-KEDB, hekk kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gambino u Hyka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:628">EU:C:2019:628</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li ż-żamma ta’ seduta pubblika tikkostitwixxi prinċipju fundamentali stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB. Dan il-prinċipju huwa ta’ importanza partikolari fil-qasam kriminali, li l-proċedura tiegħu għandha, b’mod ġenerali, tipprevedi qorti tal-ewwel istanza, li tkun tissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tal-KEDB, li quddiemha l-parti fil-kawża tkun tista’ leġittimament teżiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>li tinstema’<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u tkun tista’ tibbenefika, b’mod partikolari, mill-opportunità li tesponi oralment l-eċċezzjonijiet tad-difiża tagħha, li tisma’ d-depożizzjonijiet tal-prosekuzzjoni kif ukoll li teżamina u tagħmel kontroeżami tax-xhieda (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 23 ta’ Novembru 2006, Jussila vs Il‑Finlandja, CE:ECHR:2006:1123JUD007305301, punt 40, u l-Qorti EDB, 4 ta’ Marzu 2008, Hüseyin Turan vs It‑Turkija, CE:ECHR:2008:0304JUD001152902, punt 31).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ta’ dik il-qorti tal-aħħar jirriżulta wkoll li l-Istati Kontraenti għandhom libertà kbira fl-għażla tal-mezzi adatti sabiex jippermettu lis-sistemi ġudizzjarji tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-KEDB fir-rigward tad-dritt tal-persuna akkużata li tipparteċipa fis-seduta, bil-kundizzjoni li l-mezzi proċedurali offruti mid-dritt u mill-prattika<?PAGE NO="8"?> interni għandhom ikunu effettivi jekk hija la tkun irrinunzjat milli tidher u milli tiddefendi ruħha u lanqas kellha l-intenzjoni li taħrab mill-ġustizzja (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 1 ta’ Marzu 2006, Sejdovic vs L‑Italja, CE:ECHR:2006:0301JUD005658100, punt 83).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tad-dritt ta’ konvokazzjoni u ta’ eżami tax-xhieda, previst fl-Artikolu 6(3)(d) tal-KEDB, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju li, qabel ma akkużat ikun jista’ jiġi ddikjarat ħati, l-elementi inkriminanti kollha għandhom bħala prinċipju jiġu prodotti quddiemu f’seduta pubblika, bil-għan ta’ dibattitu kontradittorju. L-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju jistgħu jiġu aċċettati biss bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża, fejn dawn jeżiġu, bħala regola ġenerali, li l-persuna akkużata tingħata opportunità adegwata u suffiċjenti sabiex tikkontesta x-xhieda kontriha u teżamina lill-awturi tagħha jew fil-mument tad-depożizzjoni tagħha, jew fi stadju sussegwenti (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 15 ta’ Diċembru 2011, Al-Khawadja u Tahery vs ir-Renju Unit, CE:ECHR:2011:1215JUD002676605, punt 118, kif ukoll il-Qorti EDB tat‑23 ta’ Marzu 2016, Blokhin vs Ir‑Russja CE:ECHR:2016:0323JUD004715206, punt 200).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm l-eżami ta’ xhud tal-prosekuzzjoni waqt seduta miżmuma fl-assenza tal-persuna akkużata għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħha jikkostitwixxi ksur tad-dritt ta’ din il-persuna li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha, stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li dan il-ksur jiġi rrimedjat fi stadju sussegwenti tal-istess proċeduri. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li persuna li tkun kisbet ir-repetizzjoni, fil-preżenza tagħha, tal-atti mwettqa waqt is-seduti li hija ma setgħetx tidher fihom ma tistax titqies bħala li kienet assenti fil-proċess kontra tagħha (sentenza tat‑13 ta’ Frar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spetsializirana prokuratura (Seduta fl-assenza tal-persuna akkużata)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑688/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:94">EU:C:2020:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>),</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ggarantit ir-rispett tad-dritt għal smigħ xieraq u tad-drittijiet tad-difiża, ir-repetizzjoni tas-smigħ tax-xhud tal-prosekuzzjoni għandha madankollu ssir f’kundizzjonijiet li jagħtu lill-persuna akkużata possibbiltà adegwata li tikkontesta x-xhieda kontriha u li teżamina lill-awtur tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, huwa suffiċjenti li jsir smigħ addizzjonali li matulu l-persuna akkużata jkollha l-opportunità teżamina liberament lix-xhud, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu rrepetut, fl-intier tiegħu, is-smigħ li sar fl-assenza tagħha, peress li l-invalidazzjoni tal-atti proċedurali mwettqa waqt dan is-smigħ ma tidhirx neċessarja fid-dawl tar-rekwiżiti li jinsabu fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, huwa importanti li, qabel is-smigħ addizzjonali, il-persuna akkużata tingħata kopja tal-proċess verbal tas-smigħ tax-xhud tal-prosekuzzjoni li jkun sar fl-assenza tagħha Fil-fatt, huwa biss bil-kundizzjoni li jkollha għarfien tal-kontenut u tal-iżvolġiment tal-eżami tax-xhud waqt dan is-smigħ preċedenti li l-persuna akkużata tkun kompletament f’pożizzjoni li teżaminah, jekk ikun il-każ, abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula waqt l-imsemmi smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, għal raġunijiet ta’ saħħa, DD ma setax ikun preżenti waqt seduta li nżammet fit‑18 ta’ Diċembru 2020 u li matulha ġie eżaminat ix-xhud YAR. Madankollu, DD intbagħat kopja tal-proċess verbal ta’ dan is-smigħ u, sussegwentement, kellu l-opportunità jeżamina liberament lil dan ix-xhud waqt seduta sussegwenti li nżammet fit‑22 ta’ Frar 2021. Konsegwentement, bla ħsara għall-verifiki tal-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li b’hekk ġie rrimedjat il-ksur tad-dritt ta’ DD li jkun preżenti waqt il-proċess kontra tiegħu, stabbilit fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48 jistabbilixxi l-prinċipju fundamentali li skontu l-persuni ssuspettati u l-persuni akkużati għandhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat f’terminu u skont modalitajiet li jippermettulhom jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom b’mod konkret u b’mod effettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VW (Dritt ta’ aċċess għal avukat fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑659/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:201">EU:C:2020:201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżuri ta’ investigazzjoni jew ta’ ġbir ta’ provi li għalihom japplika dan id-dritt, l-Artikolu 3(3)(c) tad-Direttiva 2013/48 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ssuspettati jew il-persuni akkużati jkollhom dritt tal-inqas għall-preżenza tal-avukat tagħhom waqt is-sessjonijiet ta’ identifikazzjoni tal-persuni ssuspettati, il-konfrontazzjonijiet u r-rikostruzzjonijiet tax-xena ta’ reat kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2013/48, din tiddefinixxi regoli minimi li jirrigwardaw, b’mod partikolari, id-dritt tal-persuni ssuspettati u tal-persuni akkużati li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-premessa 54 ta’ din id-direttiva tipprovdi li, peress li din tal-aħħar tistabbilixxi biss regoli minimi, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet iddefiniti fiha sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont il-kliem stess tal-Artikolu 3(3)(c) tad-Direttiva 2013/48, l-Istati Membri jistgħu għalhekk jestendu d-dritt tal-persuni ssuspettati jew tal-persuni akkużati għall-preżenza tal-avukat tagħhom waqt il-miżuri ta’ investigazzjoni jew il-miżuri ta’ ġbir ta’ provi elenkati f’din id-dispożizzjoni għal miżuri oħra, bħas-smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni quddiem qorti kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, f’tali ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-prinċipji fundamentali ta’ smigħ xieraq li jirriżultaw mill-punti 35 sa 38 ta’ din is-sentenza, l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża ta’ persuna akkużata jkun jista’ jitqies bħala konkret u effettiv meta, filwaqt li s-smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni quddiem qorti kriminali jkun seħħ mingħajr il-preżenza tal-avukat tal-persuna akkużata għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, dan l-avukat kellu l-opportunità li jeżamina liberament lill-imsemmi xhud, abbażi tal-proċess verbal tas-smigħ li jkun sar fl-assenza tiegħu, waqt smigħ addizzjonali. Għalhekk ma huwiex neċessarju li jiġi rrepetut, fl-intier tiegħu, is-smigħ li jkun sar fl-assenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343 u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha u tad-dritt tagħha ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, il-qorti nazzjonali tipproċedi bi smigħ addizzjonali ta’ xhud tal-prosekuzzjoni, sa fejn, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħhom, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha ma setgħux ikunu preżenti għas-smigħ preċedenti ta’ dan ix-xhud, ikun biżżejjed li l-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu jistgħu jeżaminaw liberament lill-imsemmi xhud, sakemm, qabel dan is-smigħ addizzjonali, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu ngħataw kopja tal-proċess verbal tas-smigħ preċedenti tal-imsemmi xhud. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jkunx neċessarju li jiġi rrepetut, fl-intier tiegħu, is-smigħ li jkun sar fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha billi jiġu invalidati l-atti proċedurali mwettqa waqtu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">meta, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha u tad-dritt tagħha ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, il-qorti nazzjonali tipproċedi bi smigħ addizzjonali ta’ xhud tal-prosekuzzjoni, sa fejn, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħhom, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha ma setgħux ikunu preżenti għas-smigħ preċedenti ta’ dan ix-xhud, ikun biżżejjed li l-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu jistgħu jeżaminaw liberament lill-imsemmi xhud, sakemm, qabel dan is-smigħ addizzjonali, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu ngħataw kopja tal-proċess verbal tas-smigħ preċedenti tal-imsemmi xhud. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jkunx neċessarju li jiġi rrepetut, fl-intier tiegħu, is-smigħ li jkun sar fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha billi jiġu invalidati l-atti proċedurali mwettqa waqtu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>