<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-697/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0697</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:210">EU:C:2022:210</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220324">24.3.2022</DATE> – Kawża C‑697/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dyrektor Izby Skarbowej w L. (Telf tal-istatus ta’ bidwi b’rata fissa)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Persuni taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 295 u 296</KEYWORD><KEYWORD>Skema b’rata fissa għall-bdiewa</KEYWORD><KEYWORD>Konjuġi li jwettqu attività agrikola bl-użu ta’ assi li jikkostitwixxu parti mill-komunjoni tal-akkwisti</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għal dawn il-konjuġi li jitqiesu bħala persuni taxxabbli distinti għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Għażla ta’ wieħed mill-konjuġi li jirrinunzja għall-istatus ta’ bidwi b’rata fissa u li jqiegħed l-attività tiegħu taħt l-iskema normali tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Telf għall-konjuġi l-ieħor tal-istatus ta’ bidwi b’rata fissa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑697/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200722">22 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20201221">21 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">W.G.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w L.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Is‑Sitt Awla),</P><P>komposta minn I. Ziemele, President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Emiliou,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal W.G., minn T. Miłek, doradca podatkowy,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Dyrektor Izby Skarbowej w L., minn M. Kołaciński,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u M. Siekierzyńska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 9, 295 u 296 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, W.G. u, min-naħa l-oħra, d-Dyrektor Izby Skarbowej w L. (id-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ L., il-Polonja) dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ ċerti xhur tas-sena 2011.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/> <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-Titolu XII ta’ din id-direttiva, dwar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[Sk]emi Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, jinkludi, b’mod partikolari, Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Skema komuni b’ rata fissa għall-bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, li fih jinsabu l-Artikoli 295 sa 305 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 295(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq l-attività ekonomika tagħha f’impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser impriża kkunsidrata bħala tali minn kull Stat Membru fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-produzzjoni elenkati fl-Anness VII;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bidwi b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe bidwi kopert mill-iskema ta’ rata fissa pprovduta f’dan il-Kapitolu;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 296(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="296.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-applikazzjoni għall-bdiewa ta’ l-arranġamenti normali tal-VAT, jew l-iskema speċjali pprovduta fil-Kapitolu 1, x’aktarx li twassal għal diffikultajiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-bdiewa, skond dan il-Kapitolu, skema b’ rata fissa mfassla b’mod li tpatti għall-VAT imposta fuq xiri ta’ merkanzija u servizzi magħmula mill-bdiewa b’ rata fissa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="296.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jeskludi mill-iskema b’ rata fissa ċertu kategoriji ta’ bdiewa, kif ukoll bdiewa li għalihom applikazzjoni ta’ l-arranġamenti normali tal-VAT, jew tal-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281, x’aktarx li ma tirriżultax f’diffikulatjiet amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u fuq is-Servizzi), tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. tal‑2004, Nru 54, intestatura 535), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet organizzattivi li ma għandhomx personalità ġuridika u l-persuni fiżiċi li jwettqu, fuq bażi indipendenti, waħda mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2, irrispettivament mill-għanijiet u mir-riżultati ta’ din l-attività, huma kkunsidrati bħala persuni taxxabbli.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Persuni taxxabbli tfisser, fil-każ ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw esklużivament attività ta’ azjenda agrikola, tal-foresti jew tas-sajd, il-persuni li jkunu mlew dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 96(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjoni tal-paragrafu 4 tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-persuni fiżiċi li jeżerċitaw esklużivament attività agrikola f’ċirkustanzi oħra li ma humiex dawk indikati fl-imsemmi paragrafu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(1) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Huma eżentati:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-provvista minn bidwi b’rata fissa tal-prodotti agrikoli riżultanti mill-attività agrikola tiegħu u l-prestazzjoni ta’ servizzi agrikoli minn bidwi b’rata fissa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="096.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15 għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Taxxi qabel id-data ta’ eżerċizzju tal-ewwel attività msemmija fl-Artikolu 5, bla ħsara għall-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="096.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 15(4) u (5), id-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni tista’ tiġi ssodisfatta biss minn waħda mill-persuni li f’isimha ser jinħargu l-fatturi tax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi u li eventwalment toħroġ fatturi ta’ bejgħ ta’ prodotti agrikoli.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, W.G., li kienet topera, f’tnejn mis-sitt gallinari ta’ azjenda agrikola li kienet tippossjedi flimkien mal-konjuġi tagħha, razzett ta’ tiġieġ tas-simna, ippreżentat id-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 96 tal-Liġi dwar il-VAT, u b’hekk irrinunzjat għall-istatus ta’ bidwi b’rata fissa li hija kienet tibbenefika minnu sa dak iż-żmien. Għall-kuntrarju, il-konjuġi ta’ W.G. li kien jopera wkoll, fl-erba’ gallinari l-oħra ta’ din l-azjenda, taħt l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa, razzett ta’ tiġieġ tas-simna, żamm lura milli jwettaq tali pass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160829">29 ta’ Awwissu 2016</DATE>, W.G. ressqet talbiet għal regolarizzazzjoni tal-VAT, fejn talbet li jiġi kkonstatat eċċess tal-VAT imħallsa għax-xhur ta’ Frar, April, Ġunju, Awwissu, Ottubru u Novembru 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, id-Direttur kompetenti taċ-Ċentru tat-Taxxi rrifjuta li jilqa’ din it-talba. Dan ir-rifjut ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttur kompetenti tal-Awla Fiskali ta’ L., tat‑<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE>. Din l-aħħar awtorità kkunsidrat li, peress li W.G. kienet ippreżentat id-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni u kienet suġġetta għall-iskema normali tal-VAT, hija din li kellha l-istatus ta’ persuna suġġetta għall-VAT minħabba l-eżerċizzju tal-attività agrikola tagħha fil-kuntest tal-azjenda agrikola li tagħmel parti mill-proprjetà komuni tal-konjuġi. Għalhekk, il-preżentazzjoni, minn W.G., tad-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni kienet tipproduċi wkoll effetti fir-rigward tal-konjuġi tagħha, peress li dan tal-aħħar, minħabba f’hekk, tilef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat minn W.G. kontra din l-aħħar deciżjoni quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w L. (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ L., il-Polonja) ġie miċħud permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20170817">17 ta’ Awwissu 2017</DATE>. Fil-fatt, din il-qorti ddeċidiet li, meta, fil-kuntest ta’ azjenda agrikola komuni, il-konjuġi li jkunu adottaw l-iskema legali tal-komunjoni tal-akkwisti jeżerċitaw attività agrikola tal-istess natura, wieħed mill-konjuġi biss jista’ jkun suġġett għall-VAT. Il-fatt li, f’dan il-każ, W.G. u l-konjuġi tagħha kienu joperaw gallinari differenti fi ħdan l-azjenda agrikola huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>W.G. ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li d-domanda magħmula hija dwar jekk, fil-kuntest tal-azjenda agrikola komuni ta’ koppja miżżewġa, wieħed mill-konjuġi jistax jiġi ntaxxat skont l-iskema normali tal-VAT u l-ieħor jibbenefika mill-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, jew jekk ir-rinunzja għall-iskema b’rata fissa minn wieħed neċessarjament tipproduċix effetti fuq l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, mill-Artikolu 15(1) u (2) tal-Liġi dwar il-VAT kif ukoll mill-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ entità bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tippreżupponi li din tkun teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti. B’hekk, dawn id-dispożizzjonijiet, meħuda waħedhom, ma jipprekludux l-attività ta’ żewġ persuni taxxabbli distinti fi ħdan l-istess azjenda agrikola, sakemm jeżerċitaw l-attività tagħhom b’mod indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, fil-każ ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 15(4) u (5) tal-Liġi dwar il-VAT, l-Artikolu 96 ta’ din il-liġi jipprevedi li d-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni tista’ timtela biss minn waħda mill-persuni li f’isimhom jinħarġu l-fatturi tax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi u li eventwalment joħorġu l-fatturi ta’ bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew ta’ provvisti ta’ servizzi. Kif ikkonfermat il-ġurisprudenza nazzjonali, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li hija biss il-persuna li tkun ippreżentat id-dikjarazzjoni ta’ reġistrazzjoni li jista’ jkollha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli u li, konsegwentement, il-kumulu ta’ żewġ persuni taxxabbli fi ħdan l-istess azjenda agrikola ma huwiex ammess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li ebda dispożizzjoni tad-Direttiva tal-VAT ma tippermetti b’mod espress li tiġi introdotta tali skema, li twassal sabiex jiġi rriżervat trattament partikolari għall-azjendi agrikoli. Madankollu, din l-iskema tippermetti li jiġi evitat li jseħħ abbuż li jikkonsisti fil-qsim ta’ ażjenda agrikola f’diversi entitajiet u l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, bħas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-bdiewa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tistaqsi wkoll dwar ir-rilevanza tal-fatt li W.G. u l-konjuġi tagħha kellhom kontijiet bankarji separati għall-finijiet tal-irziezet operati u li kienu jamministraw separatament ir-riżorsi intiżi għall-irziezet. B’hekk, l-irziezet huma distinti mill-perspettiva ekonomika, finanzjarja u organizzattiva, peress li kull razzett jaħdem bħala impriża indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li kellha dubji dwar il-konformità mad-Direttiva tal-VAT tal-iskema prevista fl-Artikolu 15(4) u (5) tal-Liġi dwar il-VAT, in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [tal-VAT], [u b’mod partikolari tal-Artikoli 9, 295 u 296, għandhom jiġu interpretati fis-sens li] jipprekludu prassi nazzjonali żviluppata abbażi tal-Artikolu 15(4) u (5) tal-[Liġi dwar il-VAT], li teskludi lill-konjuġi li jwettqu attività ta’ bdiewa, fil-kuntest ta’ azjenda agrikola, li jużaw proprjetà li tikkostitwixxi parti mill-komunità tal-akkwisti tagħhom, mill-possibbiltà li jitqiesu bħala persuni suġġetti għall-VAT separati?</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa essenzjali l-fatt li, skont il-prassi nazzjonali, l-għażla minn kull wieħed mill-konjuġi tat-tassazzjoni imposta fuq l-attivitajiet tiegħu abbażi tal-prinċipji bażiċi tal-VAT twassal sabiex it-tieni konjuġi jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa?</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa rilevanti l-fatt li huwa possibbli li titwettaq separazzjoni ċara tal-assi li kull wieħed mill-konjuġi juża b’mod awtonomu u indipendenti għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika mwettqa?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 9, 295 u 296 tad-Direttiva tal-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-prassi ta’ Stat Membru li teskludi li konjuġi li jeżerċitaw attività agrikola fil-kuntest tal-istess azjenda, permezz tal-użu ta’ assi li jagħmlu parti mill-komunjoni tal-akkwisti, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti għall-finijiet tal-VAT, inkluż fil-każ fejn ikun possibbli li ssir distinzjoni bejn l-assi li kull wieħed mill-konjuġi juża għall-ħtiġijiet tal-attività tiegħu, bil-konsegwenza li, minħabba din il-prassi, f’ċirkustanzi li fihom l-konjuġi jeżerċitaw attività agrikola taħt l-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, l-għażla ta’ wieħed mill-konjuġi li jqiegħed l-attività tiegħu taħt l-iskema normali tal-VAT twassal sabiex il-konjuġi l-ieħor jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi mfakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT, jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kull min jeżerċita, b’mod indipendenti u fi kwalunkwe post, attività ekonomika, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-VAT jassenja kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ħafna lill-VAT (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>HE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:241">EU:C:2005:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Polfarmex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:432">EU:C:2018:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Attività hija, bħala regola ġenerali, ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 9, meta tkun ta’ natura permanenti u ssir bl-għoti ta’ remunerazzjoni lill-awtur tat-tranżazzjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Polfarmex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:432">EU:C:2018:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, sabiex tiġi kkonstatata l-indipendenza tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, għandu jiġi mistħarreġ jekk il-persuna kkonċernata twettaqx l-attivitajiet tagħha f’isimha, għaliha nnifisha u taħt ir-responsabbiltà tagħha kif ukoll jekk hija ssostnix ir-riskju ekonomiku marbut mal-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nigl <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:764">EU:C:2016:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Fl-aħħar lok, il-kwalità ta’ persuna taxxabbli għandha tkun evalwata b’mod esklużiv abbażi tal-kriterji pprovduti fl-imsemmi Artikolu 9 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>HE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:241">EU:C:2005:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt preċedenti jirriżulta li persuna li teżerċita attività agrikola fil-kuntest ta’ azjenda li hija għandha mal-konjuġi tagħha bħala parti mill-komunjoni tal-akkwisti għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT, meta din l-attività tiġi eżerċitata b’mod indipendenti peress li l-persuna kkonċernata taġixxi f’isimha, għaliha nnifisha u taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, billi tassumi waħedha r-riskju ekonomiku marbut mal-eżerċizzju tal-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Jista’ jikkostitwixxi indizju rilevanti f’dan ir-rigward il-fatt li l-konjuġi jamministraw separatament ir-riżorsi intiżi għall-irziezet operati, peress li dawn tal-aħħar huma distinti mill-perspettiva ekonomika, finanzjarja u organizzattiva. Għall-kuntrarju, huwa irrilevanti s-sempliċi fatt li dawn il-konjuġi jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-kuntest tal-istess azjenda agrikola li huma għandhom bħala parti mill-komunjoni tal-akkwisti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-konklużjoni misluta fil-punt 24 ta’ din is-sentenza ma hijiex ikkontestata mill-Artikoli 295 u 296 tad-Direttiva tal-VAT, li jagħmlu parti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar l-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, filwaqt li l-Artikolu 295(1) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi kunċetti rilevanti għall-applikazzjoni ta’ din l-iskema, l-Artikolu 296 tal-imsemmija direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-bdiewa li fir-rigward tagħhom l-issuġġettar, b’mod partikolari, għall-iskema normali tal-VAT, joħloq diffikultajiet, skema b’rata fissa intiża sabiex tikkumpensa l-piż tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi tal-bdiewa b’rata fissa, u jżid, fil-paragrafu 2 tiegħu, li kull Stat Membru jista’ jeskludi mill-iskema b’rata fissa ċertu kategoriji ta’ bdiewa, kif ukoll bdiewa li fir-rigward tagħhom l-applikazzjoni, b’mod partikolari, tal-iskema normali tal-VAT ma toħloqx diffikultajiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jistax jiġi dedott li Stat Membru jista’ jirrestrinġi, fil-każ ta’ attività eżerċitata fil-kuntest ta’ azjenda agrikola, il-possibbiltà għal persuna li tirreġistra ruħha bħala persuna taxxabbli għall-VAT għas-sempliċi raġuni li l-konjuġi tagħha juża din l-istess azjenda għall-attivitajiet tiegħu stess suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala prinċipju, ma hijiex kompatibbli mad-Direttiva tal-VAT prassi ta’ Stat Membru li teskludi li konjuġi li jeżerċitaw attività agrikola fil-kuntest tal-istess azjenda, billi jużaw assi li jagħmlu parti mill-komunjoni tal-akkwisti, jistgħu jitqiesu li huma persuni taxxabbli distinti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-partikolarità tal-kawża prinċipali tinsab fil-fatt li wieħed mill-konjuġi jeżerċita l-attività tiegħu taħt l-iskema normali tal-VAT, filwaqt li l-konjuġi l-ieħor għandu l-intenzjoni jibqa’ taħt l-iskema b’rata fissa tal-bdiewa. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk Stat Membru jistax, sabiex jevita l-eżistenza simultanja ta’ żewġ status differenti għall-konjuġi, jipprevedi li r-rinunzja, minn wieħed mill-konjuġi, għall-iskema b’rata fissa tal-bdiewa għandha l-effett li ċċaħħad lill-konjuġi l-ieħor mill-istatus tiegħu ta’ bidwi b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-prassi inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tipprevjeni abbużi li jistgħu jkunu marbuta mad-diviżjoni ta’ azjenda agrikola f’diversi entitajiet bil-għan li wieħed mill-konjuġi jibbenefika mill-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, filwaqt li l-ieħor għandu, taħt l-iskema normali tal-VAT, dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni fiskali kif ukoll l-eventwali abbużi huwa għan irrikonoxxut u inkoraġġut mid-Direttiva tal-VAT (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>C. F. (Kontroll Fiskali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:429">EU:C:2020:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, il-prassi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn, fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ wieħed mill-konjuġi fl-iskema normali tal-VAT, fi kwalunkwe każ għandha l-konsegwenza li l-konjuġi l-ieħor jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa, twassal, fl-aħħar mill-aħħar, għal preżunzjoni ġenerali ta’ frodi li għandha titqies li hija sproporzjonata sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti fil-prevenzjoni tal-frodi (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SCT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:464">EU:C:2020:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt für Körperschaften Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑868/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:285">EU:C:2021:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, hija l-amministrazzjoni fiskali kompetenti li għandha teżamina jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni konkreta, it-telf tal-istatus ta’ bidwi b’rata fissa tal-konjuġi l-ieħor jirriżultax neċessarju sabiex jiġu evitati riskji ta’ abbuż u ta’ frodi li ma jistgħux jiġu esklużi mill-produzzjoni, mill-konjuġi, ta’ provi xierqa li juru, b’mod partikolari, li kull wieħed minnhom jeżerċita l-attività tiegħu b’mod indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, kif tfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, li l-Artikolu 296 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>jistgħu japplikaw<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għall-bdiewa li għalihom l-issuġġettar għall-iskema normali tal-VAT jwassal għal diffikultajiet, skema b’rata fissa, u jippreċiża, fil-paragrafu 2 tiegħu, li kull Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>jista’ jeskludi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> mill-iskema b’rata fissa, b’mod partikolari, il-bdiewa li fir-rigward tagħhom l-applikazzjoni tal-iskema normali tal-VAT ma tippreżentax diffikultajiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa hija skema derogatorja li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-iskema normali tal-VAT u li, għaldaqstant, ma għandhiex tiġi applikata lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tagħha. Fost iż-żewġ għanijiet li għandha din l-iskema, jinsab dak ta’ obbligu ta’ simplifikazzjoni, li għandu jiġi kkonċiljat ma’ dak tal-kumpens għal piż tal-VAT tal-input sostnuta mill-bdiewa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nigl <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:764">EU:C:2016:764</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk l-eżami ta’ sitwazzjoni konkreta bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali juri li l-eżerċizzju minn konjuġi ta’ attività agrikola fil-kuntest tal-istess azjenda u permezz tal-użu ta’ assi li jagħmlu parti mill-komunjoni tal-akkwisti, b’mod indipendenti u kull wieħed minnhom fil-kuntest tal-iskema normali tal-VAT, ma jippreżentax diffikultajiet amministrattivi fir-rigward tas-sitwazzjoni fejn wieħed ikun qiegħed taħt din l-iskema normali u l-ieħor taħt l-iskema b’rata fissa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ validament jiddeċiedi li r-rinunzja, minn wieħed mill-konjuġi, għall-iskema b’rata fissa jkollha l-effett li ċċaħħad lill-konjuġi l-oħra mill-istatus tiegħu ta’ bidwi b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikoli 9, 295 u 296 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li jipprekludu l-prassi ta’ Stat Membru li teskludi li konjuġi li jeżerċitaw attività agrikola fil-kuntest tal-istess azjenda, permezz tal-użu ta’ assi li jagħmlu parti mill-komunjoni tal-akkwisti, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti għall-finijiet tal-VAT fil-każ fejn kull wieħed minn dawn il-konjuġi jeżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti;</P></ITEM><ITEM><P>li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi li fihom l-konjuġi jeżerċitaw din l-attività agrikola taħt l-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, l-għażla ta’ wieħed mill-konjuġi li jqiegħed l-attività tiegħu taħt l-iskema normali tal-VAT twassal sabiex il-konjuġi l-ieħor jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa, meta, wara eżami tas-sitwazzjoni konkreta, dan l-effett jirriżulta neċessarju sabiex jiġu evitati riskji ta’ abbuż u ta’ frodi li ma jistgħux jiġu esklużi mill-produzzjoni, mill-konjuġi, ta’ provi xierqa, jew meta l-eżerċizzju minn dawn il-konjuġi ta’ din l-attività, b’mod indipendenti u kull wieħed minnhom fil-kuntest tal-iskema normali tal-VAT, ma jippreżentax diffikultajiet amministrattivi fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-eżistenza simultanja ta’ żewġ status differenti għall-imsemmija konjuġi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 9, 295 u 296 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens:</HT></P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li jipprekludu l-prassi ta’ Stat Membru li teskludi li konjuġi li jeżerċitaw attività agrikola fil-kuntest tal-istess azjenda, permezz tal-użu ta’ assi li jagħmlu parti mill-komunjoni tal-akkwisti, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fil-każ fejn kull wieħed minn dawn il--konjuġi jeżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi li fihom l-konjuġi jeżerċitaw din l-attività agrikola taħt l-iskema b’rata fissa tal-bdiewa, l-għażla ta’ wieħed mill-konjuġi li jqiegħed l-attività tiegħu taħt l-iskema normali tal-VAT twassal sabiex il-konjuġi l-ieħor jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa, meta, wara eżami tas-sitwazzjoni konkreta, dan l-effett jirriżulta neċessarju sabiex jiġu evitati riskji ta’ abbuż u ta’ frodi li ma jistgħux jiġu esklużi mill-produzzjoni, mill-konjuġi, ta’ provi xierqa, jew meta l-eżerċizzju minn dawn il-konjuġi ta’ din l-attività, b’mod indipendenti u kull wieħed minnhom fil-kuntest tal-iskema normali tal-VAT, ma jippreżentax diffikultajiet amministrattivi fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-eżistenza simultanja ta’ żewġ status differenti għall-imsemmija konjuġi.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>