2005R0955 — MT — 01.01.2008 — 002.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 955/2005

tat-23 ta’ Ġunju 2005

li jiftaħ kwota ta’ importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina mill-Eġittu

▼B

(ĠU L 164, 24.6.2005, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2019/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006

  L 384

48

29.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1996/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006

  L 398

1

30.12.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1456/2007 ta' l-10 ta’ Diċembru 2007

  L 325

76

11.12.2007


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 94  (955/05)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 955/2005

tat-23 ta’ Ġunju 2005

li jiftaħ kwota ta’ importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina mill-Eġittu



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 1 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea ( 2 ), annessa mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/89/EC ( 3 ), jipprovdi għal kwota tariffarja ġdida għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ 5 605 tunnellata metrika ta’ ross li joriġina mill-Eġittu bi tnaqqis ta’ 100 % fil-valur tad-dazju doganali kkalkolat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003. Għalhekk, dik il-kwota għandha tinfetaħ u għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli għall-ġestjoni tagħha.

(2)

Il-kwota għandha tapplika fuq bażi annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004. Għalhekk, il-kwantità għall-2005 għandha tiġi miżjuda b’mod proporzjonali biex jitqies il-fatt li l-kwota ma kinitx miftuħa fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2004.

(3)

Ir-regoli ġenerali dwar liċenzji ta’ importazzjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 4 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross ( 5 ) għandhom japplikaw. Madankollu, bl-għan ta’ ġestjoni tajba ta’ din il-kwota, għandhom jiġu adottati regoli speċjali li jissupplementaw jew jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1342/2003 fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-ħruġ tal-liċenzji, il-preżentazzjoni tal-provi u l-użu tagħhom.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Qed tinfetaħ bil-preżenti kwota tariffarja annwali taħt dan ir-Regolament għal 5 605 tunnellata metrika ta’ ross kopert mill-kodiċi NM 1006, li joriġina mill-Eġittu u li jikkwalifika għal tnaqqis ta’ 100 % fil-valur tad-dazju doganali kkalkolat ►M1  b’mod konformi mal-Artikoli 11, 11a, 11c u 11d tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ◄ .

▼M1 —————

▼C1

In-numru tas-serje tal-kwota għandu jkun 09.4097.

▼M1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 6 ) japplikaw ħlief jekk ikun hemm xi dispożizzjonijiet kuntrarji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

▼C1

Artikolu 2

1.  L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikopru mhux inqas minn 100 tunnellata metrika u mhux iktar minn 1 000 tunnellata metrika ta’ ross.

▼M3

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

▼M1 —————

▼M1

3.  B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jippreżenta aktar minn rikjesta waħda għal kull perijodu ta’ kwota. Għaldaqstant l-applikant jista’ jippreżenta rikjesta għal liċenzja waħda biss f’kull ġimgħa għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri.

▼C1

Artikolu 3

1.  L-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun fihom l-entrati li ġejjin:

(a) il-kelma “Eġittu” fil-kaxxa 8, “iva” tkun immarkata b’salib;

(b) waħda mill-entrati elenkati fl-Anness għal dan fil-kaxxa 24.

▼M1 —————

▼C1

3.  Minkejja l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-garanzija għal-liċenzji ta’ importazzjoni għandha tkun ugwali għad-dazju doganali kkalkolat ►M1  b’mod konformi mal-Artikoli 11, 11a, 11c u 11d tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ◄ u tapplika fil-ġurnata tal-applikazzjoni.

▼M3

4.  It-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument tat-trasport u prova ta’ l-oriġini preferenzjali, maħruġin fl-Eġittu u b’rabta mal-lott ikkonċernat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-ftehim Ewromediterranju.

▼M3

Artikolu 4

1.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13:00 (ħin ta' Brussell).

2.  Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba' jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni tal-kwantiajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa li tkun għaddiet, u tissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta' l-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti jitqiesu li ma jkunux aċċettabbli.

L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni, jirtiraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata.

3.  Il-liċenzja ta' importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet.

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja għandu jkun limitat sa tmiem ix-xahar ta' wara dak li fih tkun attwalment inħarġet.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

(a) sa mhux aktar tard mit-Tnejn wara l-ġimgħa għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel is-18:00 ħin ta' Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali li jkunu jirrigwardawhom dawn l-applikazzjonijiet.

(b) sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjnijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skond l-Artikolu 4(2), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament.

(c) sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' kull xahar, il-kwantitajiet totali li fil-fatt ikunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'applikazzjoni ta' din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f'dan is-sens, bil-kelma “xejn”. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta' limitu tal-validità tal-liċenzji.

▼M1 —————

▼C1

Artikolu7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewoprea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS

Annotazzjonijiet stipulati fil-punt b) ta’ l-Artikolu 3 (1)

—  bil-Bulgaru: Нулева ставка на митото [Регламент (ЕО) № 955/2005]

—  bl-Ispanjol: Derecho cero [Reglamento (CE) no 955/2005]

—  biċ-Ċek: Nulové clo (nařízení (ES) č. 955/2005)

—  bid-Daniż: Nultold (forordning (EF) nr. 955/2005)

—  bil-Ġermaniż: Zollsatz Null (Verordnung (EG) Nr. 955/2005)

—  bl-Estonjan: Nullmääraga tollimaks (määrus (EÜ) nr 955/2005)

—  bil-Grieg: Μηδενικός δασμός [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 955/2005]

—  bl-Ingliż: Zero duty (Regulation (EC) No 955/2005)

—  bil-Franċiż: Droit zéro [règlement (CE) no 955/2005]

—  bit-Taljan: Dazio zero [regolamento (CE) n. 955/2005]

—  bil-Latvjan: Nodokļa nulles likme (Regula (EK) Nr. 955/2005)

—  bil-Litwan: Nulinis muito tarifas (Reglamentas (EB) Nr. 955/2005)

—  bl-Ungeriż: Nulla vámtétel (955/2005/EK rendelet)

—  bil-Malti: Bla dazju (Regolament (KE) Nru 955/2005)

—  bl-Olandiż: Nulrecht (Verordening (EG) nr. 955/2005)

—  bil-Pollakk: Stawka zerowa (rozporządzenie (WE) nr 955/2005)

—  bil-Portugiż: Direito nulo [Regulamento (CE) n.o 955/2005]

—  bir-Rumen: Taxă zero [Regulamentul (CE) nr. 995/2005]

—  bis-Slovakk: Nulové clo (nariadenie (ES) č. 955/2005)

—  bis-Sloven: Dajatev nič (Uredba (ES) št. 955/2005)

—  bil-Finlandiż: Tullivapaa (asetus (EY) N:o 955/2005)

—  bl-Iżvediż: Nolltull (förordning (EG) nr 955/2005).



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

( 2 ) ĠU L 31, 4.2.2005, p. 31.

( 3 ) ĠU L 31, 4.2.2005, p. 30.

( 4 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1741/2004 (ĠU L 311, 8.10.2004, p. 17).

( 5 ) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1092/2004 (ĠU L 209, 11.6.2004, p. 9).

( 6 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.