European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1853

27.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1853

tal-24 ta’ Lulju 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/1529.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġġeddu sas-27 ta’ Lulju 2027.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw erba’ persuni elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529 jenħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1529/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati li ġejjin jitħassru:

2.

Mohammad Shahab KHANIAN

8.

Gholam Ali RASHID

13.

Behnam SHAHRIYARI

14.

Ali SHADMANI.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1853/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)