32000D0605



Official Journal L 258 , 12/10/2000 P. 0036 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' Settembru 2000

li temenda id-Deċiżjoni 96/603/KE li tistabbilixxi l-listi ta' prodotti ta' l-Klassijiet A "L-ebda kontribuzzjoni għall-ħruq" kif provdut fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta Artikolu 20 tad-Direttiva ta' l-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti għall-bini

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 2640)

(It-test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2000/605/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta'liġijiet, regolamenti u dispossizzjoniet ammiistrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b‘mod partikolari Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE [3] tistabbilixxi lista ta' prodotti tal-Klassijiet A "L-ebda kontribuzzjoni għall-ħruq" kif provduti fl-Iskedi 1 u 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/KE [4], li tiddesrivi s-sistema ta' klassifikazzjoni Ewropeja biex turi l-imġieba fir-reazzjoni kontra n-nar ta' prodotti għall-bini.

(2) Id-Deċiżjoni 94/611/KE ġiet mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE [5], li ma semmiex il-Klassijiet A, u għalhekk tagħmel meħtieġa emenda għad-Deċiżjoni 96/603/KE.

(3) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 96/603/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. f'Artikolu 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-materjali, u l-prodotti magħmula minnhom, li huma elenkati fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni, għandhom, minħabba l-livell baxx tagħhom ta' kombustjoni u bla ħsara għall-kondizzjonijiet ukoll stipulati fl-Anness, ikunu kklasifikati fil-Klassijiet A1 u l-Klassi A1FL, kif provduti fl-Iskedi 1 u 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/147/KE.";

2. L-Anness huwa emendat kif li ġej:

(a) it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-materjali li għandhom jiġu kunsidratI bħala li jagħmlu parti mill-Klassijiet A1 u A1FL dwar ir-reazzjoni għall-ħruq kif provdut fid-Deċiżjoni 2000/147/KE mingħajr il-ħtieġa li jiġi ttestjat.";

(b) in-noti ġenerali huma emendati kif ġej:

(i) fl-ewwel u t-tielet paragrafu, "il-Klassijiet A" hija sostitwita bi "il-Klassi A1 u l-Klassi A1FL".

(ii) fl-ewwel u r-raba' paragrafu "(liema l-inqas)" tinbidel b' "(liema l-iktar oneruża)".

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru ta' l-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 267, tad-19.10.1996, p. 23.

[4] ĠU L 241, tas-16.9.1994, p. 25.

[5] ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14.

--------------------------------------------------