17.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10261 — USTC/CM Biomass Partners)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 330/06)

1.   

Fl-10 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

United Shipping & Trading Company (“USTC”, id-Danimarka),

—

CM Holding (“CM”, id-Danimarka),

—

CM Biomass Partners (id-Danimarka).

USTC u CM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CM Biomass Partners kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

USTC: attiva fil-ġestjoni globali tar-riskju, servizzi ta’ terminal u burdnara, spedizzjoni tal-merkanzija, bunkering, tankers taż-żejt u tal-kimika, u IT,

—

CM: attiva fis-senserija, it-tbaħħir, il-loġistika, it-terminals, u s-superintendenza. CM hija l-azzjonist maġġoritarju ta’ CM Biomass Partners,

—

CM Biomass Partners: il-provvista ta’ pellets tal-injam fiżiċi u prodotti oħra tal-bijomassa, prinċipalment fornuti lill-utilitajiet u lid-distributuri Ewropej.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10261 — USTC/CM Biomass Partners

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.