Official Journal L 338 , 28/12/1996 P. 0048 - 0052
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 tat-18 ta' Diċembru 1996 li jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Transitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Israel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ tariffa ta' kwota għal-laħam tad-dundjan minn Israel li hemm provvediment dwarha fil-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Transitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Israel [1] u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2615/95 [3], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Billi, sa kemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni, l-arranġamenti għall-kummerċ kienu applikati bis-saħħa tad-Deċiżjoni 96/206/KEFA, KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta' Ftehim Transitorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar minn naħa l-waħda u l-Istat ta' Israel minn naħa l-oħra [4], iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1995 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1996; Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġu amministrati dawn l-arranġamenti permezz ta' liċenzji ta' l-importazzjoni; billi, għal dan l-iskop, minkejja l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta' l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2350/96 [6], għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-partikolaritajiet li għandhom jidhru fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji; billi b'żieda ma' dan, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-liċenzji jinħarġu wara perjodu ta' konsiderazzjoni, li japplika, meta meħtieġ, ir-rata waħdanija ta' l-aċċettazzjoni; Billi, sabiex tkunu assigurata importazzjoni regolari, il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu maqsuma matul is-sena; Billi, la darba l-arranġamenti ma jistgħux ikunu applikati sa l-1 ta' Jannar 197, il-kwota li hemm provvediment dwarha għall-1996 għandha tkun meħuda 'l quddiem lejn l-1997; Billi, sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema, il-garanzija għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandha tkun iffissata għal 20 ECU għal kull 100 kilogramma; billi, minħabba l-okkorrenza possibbli ta' spekulazzjoni li hija inerenti fis-sistema fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonjiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess tal-kummerċjanti għas-sistema stabbilita; Billi għandha tinġibed l-attenzjoni tal-kummerċjanti għall-fatt li l-liċenzji jistgħu jintużaw biss għall-prodotti li jkunu konformi mal-ħtiġijiet veterinarji kollha fis-seħħ fil-Komunità; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-importazzjoni kollha fil-Komunità permezz ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll 1 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Transitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Israel dwar il-prodotti fil-grupp II referuti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni. Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-arranġamenti u r-rati tad-dazju doganali għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I. Ir-rata jew it-tnaqqis fid-dazju doganali għandha tkun dik li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 2 għall-perjodu li għalih il-liċenzja tkun mitluba. Artikolu 2 Il-kwoti msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jiġu maqsuma kif ġej: - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju, - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru, - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. Artikolu 3 Il-liċenzji ta' l-importazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li ġejjin: (a) l-applikanti għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, fil-waqt tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, jistgħu jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li kienu importaw jew esportaw mhux inqas minn 50 tunnellata ta' prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 f'kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti tas-sena li fiha tiġi depożitata l-applikazzjoni għal-liċenzja. B'dana kollu, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarija huma esklużi mill-benefiċċji ta' din is-sistema; (b) l-applikazzjoni għal-liċenzja tista tinvolvi diversi prodotti koperti b'kodiċi NM differenti. F'dawn il-każi, il-kodiċi NM kollha għandhom jiġu indikati fis-sezzjoni 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fis-sezzjoni 15. Applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkopri mill-inqas tunnellata waħda, sa massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-grupp ikkonċernat u għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 2; (ċ) is-sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji għandhom jindikaw il-pajjiż ta' l-oriġini; il-liċenzji għandhom iġorru l-obbligu ta' l-importazzjoni mill-pajjiż indikat; (d) is-sezzjoni 20 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda minn dawn li ġejjin: Reglamento (CE) no 2497/96 Forordning (EF) nr. 2497/96 Verordnung (EG) Nr. 2497/96 Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2497/96 Regulation (EC) No 2497/96 Règlement (CE) no 2497/96 Regolamento (CE) n. 2497/96 Verordening (EG) nr. 2497/96 Regulamento (CE) n.o 2497/96 Asetus (EY) N:o 2497/96 Förordning (EG) nr 2497/96 (e) is-sezzjoni 24 tal-liċenzji għandha turi waħda minn dawn li ġejjin: id-dazju CCT imnaqqas kif hemm provvediment dwaru fi: Reglamento (CE) no 2497/96 Forordning (EF) nr. 2497/96 Verordnung (EG) Nr. 2497/96 Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2497/96 Regulation (EC) No 2497/96 Regolament (KE) Nru 2497/96 Règlement (CE) no 2497/96 Regolamento (CE) n. 2497/96 Verordening (EG) nr. 2497/96 Regulamento (CE) n.o 2497/96 Asetus (EY) N:o 2497/96 Förordning (EG) nr 2497/96. Artikolu 4 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jkunu ppreżentati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta' kull perjodu speċifikat fl-Artikolu 2. B'dana kollu, għall-perjodu l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, l-applikazzjonijiet jistgħu jkunu ppreżentati biss matul l-ewwel g]axart ijiem li jsegwu d-data tad-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament. 2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu aċċettati biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub li hu ma jkunx ippreżenta u jimpenja ruħu li ma jippreżentax applikazzjoniet oħrajn, fil-perjodu korrenti, rigward prodotti fl-istess grupp fl-Istat Membru fejn tkun ippreżentata l-applikazzjoni tiegħu jew fl-Istati Membri l-oħrajn. Meta l-istess applikant jippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mal-prodotti ta' l-istess grupp, l-applikazzjonijiet kollha minn din il-persuna għandhom ikunu inammessibbli. 3. Għandha tkun iddepożitata garanzija ta' 20 ECU għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet għal liċenzja ta' l-importazzjoni għall-prodotti kollha referuti fl-Artikolu 1. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-ħames jum tax-xogħol wara l-għeluq tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, bl-applikazzjonijiet ippreżentati għal kull wieħed mill-prodotti fil-grupp. Din in-notifika għandha tinkludi lista ta' l-applikanti u dikjarazzjoni tal-kwantitajiet fil-grupp li tkun saret applikazzjoni dwarhom. In-notifiki kollha, inklużi n-notifika "nil", għandhom isiru bit-telex jew bil-fax fil-jum tax-xogħol stipulat, bl-użu tal-mudell fl-Anness II ta' dan ir-Regolament fil-każi meta ma jkunux ġew ippreżentati l-ebda applikazzjonijiet u fil-mudell fl-Annessi II u III fil-każi meta jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet. 5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista' jkun possibbli safejn u sakemm jistgħu jiġu konċessi l-kwantitajiet rigward l-applikazzjonijiet referuti fl-Artikolu 3. Jekk il-kwantitajiet li rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għal-liċenzji jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa rata waħdanija ta' l-aċċettazzjoni bħala perċentwal tal-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni dwarhom. 6. Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun possibbli wara li l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha. 7. Il-liċenzji jistgħu jintużaw biss għal prodotti li jkunu konformi mal-ħtiġiet veterinarji kollha fis-seħħ fil-Komunità. Artikolu 5 Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 jum mid-data attwali tal-ħruġ. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa permezz ta' dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu trasferibbli. Artikolu 6 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu jkun applikabbli. B'dana kollu, minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità importata permezz ta' dan ir-Regolament ma tistax teċċedi dik murija fis-sezzjonijiet 17 u 18 tal-liċenza ta' l-importazzjoni. Iċ-ċifra "0" għandha tiddaħħal kif jixraq fis-sezzjoni 19 tal-liċenzja. Artikolu 7 Il-prodotti importati għandhom jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' ċirkolazzjoni EUR 1 maħruġ mill-Istat ta' Israel bi qbil mal-Protokoll 3 anness mal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Transitorju. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 7. [2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 88. [3] ĠU L 305, tad-1912.1995, p. 49. [4] ĠU L 71, tal-20.3.1996, p. 1. [5] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1. [6] ĠU L 320, tal-11.12.1996, p. 4. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Numru tal-grupp | Kodiċi NM | Dazju CCT applikabbli fi ECU/tunnellata | Tariffa ta' kwoti (tunnellati) | 1.1. --tal- 31.12.1997 | Is-snin segwenti | I1 | 02072510 | 170 | 2800 | 1400 | 02072590 | 186 | 02072730 | 134 | 02072740 | 93 | 02072750 | 339 | 02072760 | 127 | 02072770 | 230 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNEX III +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------