28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2014

tat-8 ta’ April 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ekotikketta tal-UE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE tas-7 ta’ Novembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 2a (ir-Regolament (UE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32013 R 0782: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013 (ĠU L 219, 15.8.2013, p. 26).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2zi (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/250/UE):

“2zj.

32013 D 0641: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE tas-7 ta’ Novembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing (ĠU L 299, 9.11.2013, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 782/2013 u tad-Deċiżjoni 2013/641/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ April 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 219, 15.8.2013, p. 26.

(2)   ĠU L 299, 9.11.2013, p. 38.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.