24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/273

tat-23 ta’ Frar 2022

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 bħala addittivi fis-silaġġ għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (2) , (3) , (4) , (5) , (6) , (7) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 ma għandhomx effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi, jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittivi jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji, u indikat li ma jistgħux jintlaħqu konklużjoni dwar il-potenzjal li l-addittivi jikkawżaw irritazzjoni fl-għajnejn u fil-ġilda jew dwar il-potenzjal ta’ effett ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-addittivi. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu il-preżervazzjoni tan-nutrijenti fis-silaġġ meta jkunu ppreparati ma’ materjal li huwa faċli li jiġi insilat, u ma’ materjal li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk il-preparazzjonijiet jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, huma tal-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2021;19(7):6700.

(3)  EFSA Journal 2021;19(7):6701.

(4)  EFSA Journal 2021;19(7):6702.

(5)  EFSA Journal 2021;19(7):6703.

(6)  EFSA Journal 2021;19(7):6704.

(7)  EFSA Journal 2021;19(7):6705.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21701

Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023.

-

Metodu analitiku  (1)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (2).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21016

Pediococcus pentosaceus IMI 507024

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507024 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507024.

Metodu analitiku  (3)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15786).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (4).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21017

Pediococcus pentosaceus IMI 507025

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507025 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507025.

Metodu analitiku  (5)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15786).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (6).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21601

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026.

Metodu analitiku  (7)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (8).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21602

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027.

-

Metodu analitiku  (9)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (10).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21603

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028.

Metodu analitiku  (11)

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (12).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(4)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(6)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(8)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(9)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(10)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1)

(11)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(12)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).