31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1141

tad-29 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mill-pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2020) 5076)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikulari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu mill-inqas il-gruppi ta’ residwi u s-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi fir-rigward tal-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni (“il-lista”).

(3)

Il-Bożnija-Ħerzegovina ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li jkopri biss il-ħut bil-pinen. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li tillimita l-approvazzjoni għall-akkwakultura għall-ħut bil-pinen biss.

(4)

Il-Botswana hija inkluża fil-lista għall-bhejjem tal-ifrat, għaż-żwiemel u għall-kaċċa mrobbija. Madankollu, dak il-pajjiż terz informa lill-Kummissjoni li mhux se jesporta aktar żwiemel ħajjin u kaċċa mrobbija lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għall-Botswana għall-ekwini u għall-kaċċa mrobbija titneħħa mil-lista.

(5)

Iran issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li jkopri biss il-krustaċji. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li tillimita l-approvazzjoni għall-akkwakultura għall-krustaċji biss.

(6)

Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar issottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għall-Myanmar għall-għasel.

(7)

New Caledonia hija inkluża fil-lista għall-bhejjem tal-ifrat, għall-akkwakultura, għall-kaċċa salvaġġa, għall-kaċċa mrobbija u għall-għasel. Madankollu, dak il-pajjiż terz informa lill-Kummissjoni li mhux se jesporta aktar laħam taċ-ċanga u kaċċa salvaġġa lejn l-Unjoni u li l-pjan għall-akkwakultura jkopri biss il-krustaċji. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għal New Caledonia għall-bhejjem tal-ifrat u għall-kaċċa salvaġġa titneħħa mil-lista u li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li tillimita l-approvazzjoni għall-akkwakultura għall-krustaċji biss.

(8)

Sierra Leone ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għal Sierra Leone għall-għasel.

(9)

Is-Suriname huwa inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-akkwakultura. Madankollu, is-Suriname informa lill-Kummissjoni li mhux se jesporta aktar prodotti tal-akkwakultura lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għas-Suriname għall-akwakultura titneħħa mil-lista.

(10)

Bħalissa t-Tuneżija hija inkluża fil-lista ta’ approvazzjoni għat-tjur, għall-akkwakultura u għall-kaċċa salvaġġa. Dak il-pajjiż terz issottometta pjan għat-tjur lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji u pjan għall-akkwakultura, li jkopri biss il-ħut bil-pinen. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għat-Tuneżija li tikkonċerna t-tjur titneħħa mil-lista u li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li tillimita l-approvazzjoni għall-akkwakultura għall-ħut bil-pinen biss.

(11)

Filwaqt li l-Kosovo (*) ma pprovdiex pjan għat-tjur, il-Kosovo pprovda garanziji fir-rigward tal-materja prima tat-tjur li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali materja prima lejn l-Unjoni Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied entrata fil-lista għall-Kosovo għat-tjur bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(12)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

AD

Andorra

X

X

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (3)

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Abanija

 

X

 

 

 

X (7)

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X (7)

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

Ir-Repubblika Domenicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GE

Il-Georġja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael (5)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X (9)

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MKD

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X (3)

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

X (9)

 

 

 

 

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (4)

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (6)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (6)

X (6)

 

SL

Sierra Leone

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

X

 

 

 

 

X

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X (7)

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

X

X

X

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X (8)

 

XK

Il-Kosovo

 

 

 

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X


(1)  Il-ħalib tal-ġemel biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(5)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(6)  Għall-prodotti bażiċi ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

(7)  Il-ħut bil-pinen biss.

(8)  Ir-ratiti biss.

(9)  Il-krustaċji biss.”