<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-489/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0489</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:277">EU:C:2022:277</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C‑489/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kauno teritorinė muitinė</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi doganali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Estinzjoni tad-dejn doganali</KEYWORD><KEYWORD>Merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Mandat u konfiska</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/118/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dazji tas-sisa</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Fatt taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Eżiġibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑489/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Kauno teritorinė muitinė</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos Finansų ministerijos</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Ewwel Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, I. Ziemele, T. von Danwitz (Relatur), P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn K. Dieninis u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 2(b) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="009" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 9, p. 12</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba saret fil-kuntest ta’ tilwima bejn UB, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u l-Kauno teritorinė muitinė (id-Dipartiment Reġjonali tad-Dwana ta’ Kaunas, il-Litwanja) u l-Muitinės departamentas prie Finansų ministerijos (id-Dipartiment tad-Dwana tal-Ministeru għall-Finanzi, il-Litwanja), dwar deċiżjoni ta’ dan id-dipartiment reġjonali tad-dwana, li tistabbilixxi l-ammont tad-dazji tas-sisa u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) impost fuq UB, wara d-dħul illegali ta’ sigaretti fit-territorju Litwan mill-Bjelorussja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kull Stat Membru għandu jaħseb għal pieni għal nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dejn doganali li jinħoloq minħabba nuqqas ta’ konformità<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT><?PAGE NO="3"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="079.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni, jinħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali, jew il-moviment, l-ipproċessar, il-ħażna, il-ħażna temporanja, id-dħul temporanju ta’ tali merkanzija fit-territorju jew it-tneħħija tagħha minnu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 124 tal-imsemmi kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Estinzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="124.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr ħsara għall-provvedimenti fis-seħħ dwar in-nuqqas ta’ rkupru tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fil-każ tal-insolvenza tad-debitur stabbilita b’mod ġudizzjarju, dejn doganali fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni għandu jkun estint b’xi mod minn dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fejn il-merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkun ikkonfiskata jew maqbuda u simultanjament jew sussegwentement ikkonfiskata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="124.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali għandu, madankollu, għall-għanijiet tal-pieni applikabbli fuq reati tad-dwana, jitqies li ma jkunx ġie estint fejn, taħt il-liġi ta’ Stat Membru, id-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni jew l-eżistenza ta’ dejn doganali jipprovdu l-bażi għad-determinazzjoni tal-pieni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 286(1) tiegħu, l-imsemmi kodiċi jħassar ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), li min-naħa tiegħu kien ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 450/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 450/2008 kien jipprevedi, fl-Artikolu 86 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ħlas kollu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 u d-dispożizzjoni fis-seħħ dwar in-nuqqas ta’ rkupru ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fil-kaz ta’ l-insolvenza tad-debitur stabbilita b’mod ġudizzjarju, id-dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jispiċċa b’xi mod minn dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fejn il-merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tiġi [maqbuda u] simultanjament jew sussegwentement konfiskata;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2913/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2913/92 kien jipprevedi, fl-Artikolu 202 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="202.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità [Ewropea] ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi f’parti oħra ta’ dak it-territorju ta’ dawk il-merkanziji li jkunu jinsabu f’żona ħielsa jew maħżen ħieles.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, introduzzjoni kontra l-liġi tfisser kull introduzzjoni li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 177.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="202.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jiġu introdotti kontra l-liġi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 233 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Estinzjoni ta’ dejn doganali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw il-preskrizzjoni ta’ dazju doganali u nuqqas ta’ rkupru ta’ dak id-dejn fil-każ tal-falliment legalment stabbilit tad-debitur, dejn doganali għandu jingħalaq:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn merkanziji li fir-rigward tagħhom ġie inkors dejn doganali skond l-Artikolu 202 jinqabdu ma’ l-introduzzjoni kontra l-ligi tagħhom u jiġu fl-istess waqt jew sussegwentement konfiskati.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/118</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2008/118:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fil-ħin ta’:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>(b) l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju tas-sisa għandu jsir imponibbli fil-ħin, u fl-Istat Membru, tar-rilaxx għall-konsum.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ir-’rilaxx għall-konsum’ għandu jfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, inkluż l-importazzjoni irregolari, sakemm il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jitqegħdux, immedjatament mal-importazzjoni, taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva tal-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>(d) l-importazzjoni ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 70 ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[l]-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija tkun impurtata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tal-imsemmija direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>meta l-merkanzija impurtata tkun soġġetta għad-dazji doganali, jew għal imposti agrikoli jew għal xi piżijiet li għandhom effett ekwivalenti li ġew stabbiliti skond politika komuni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas fir-rigward ta’ dawk id-dazji u dawk id-dazji jsiru dovuti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 93 tal-Lietuvos Respublikos mokesčių administravimo įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxi) tat‑<DATE ISO="20040413">13 ta’ April 2004</DATE> (Žin., 2004, Nru 63–2243), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Estinzjoni tal-obbligu fiskali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, kien jipprevedi, fil-punt 3 tal-paragrafu 2 tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kull obbligu fir-rigward ta’ taxxi amministrati mid-Dwana għandu jieqaf […] ukoll […] jekk il-merkanzija tal-kuntrabandu tinżamm fil-waqt tad-dħul illegali tagħha u, f’dak l-istess waqt jew wara, tinqabad<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tħassret b’effett mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE> u ġiet issostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 20(2) tal-Lietuvos Respublikos akcizų įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar Dazju tas-Sisa) tat‑<DATE ISO="20011030">30 ta’ Ottubru 2001</DATE> (Žin., 2001, Nru 98–3482), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mil-Liġi Nru XII 2696 tat‑<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE> (TAR, 2016, Nru 2016–26860), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-obbligu ta’ ħlas ta’ dazju tas-sisa lid-dwana għandu jkun estint <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> fil-każijiet speċifikati fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu (1) tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 121(2) tal-Lietuvos Respublikos pridėtinės vertės mokesčio įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) tal‑<DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE> (Žin., 2002, Nru 35–1271), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mil-Liġi Nru XII 2697 tat‑<?PAGE NO="6"?><DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE> (TAR, 2016, Nru 2016–26861), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-obbligu ta’ pagament lid-dwana tal-VAT fuq l-importazzjoni għandu jkun estint <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> fil-każijiet speċifikati fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu (1) tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>UB, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, li aġixxa fi grupp ma’ persuni oħrajn, organizza d-dħul illegali (kuntrabandu) ta’ prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa fit-territorju Litwan mill-Bjelorussja. Fit‑<DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, f’post iżolat, <FT TYPE="NUMBER">6000</FT> pakkett sigaretti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>merkanzija kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) ġew mitfugħa minn fuq il-fruntiera u rkuprati. Fl-istess data, il-vettura li tittrasporta l-merkanzija kkonċernata fit-territorju Litwan twaqqfet mill-gwardji tal-fruntieri, li pproċedew għall-qbid ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet kriminali tat‑<DATE ISO="20170123">23 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnjus) sabet lil UB ħati ta’ reat kriminali, ikkundannatu għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">16947</FT>, ordnat il-konfiska tal-merkanzija kkonċernata u ordnat li din tal-aħħar tinqered.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan id-digriet kriminali, id-dipartiment reġjonali tad-dwana ta’ Kaunas ikkonstata li UB kien debitur, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ terzi, ta’ dejn fiskali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10237</FT>, bħala dazji tas-sisa, u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2679</FT>, bħala VAT fuq l-importazzjoni, u l-interessi moratorji ġew stabbiliti rispettivament għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1674</FT> u għal EUR 438. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dazji doganali, dan id-dipartiment reġjonali tad-dwana la kkalkola, u lanqas ma daħħal fir-reġistru, l-ammont tagħhom, għaliex qies li d-dejn doganali kien ġie estint, skont l-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Adit b’ilment ippreżentat minn UB, id-Dipartiment tad-Dwana tal-Ministeru għall-Finanzi kkonferma d-deċiżjoni tad-dipartiment reġjonali tad-dwana ta’ Kaunas, permezz tad-deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20180509">9 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>UB ippreżenta rikors quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnjus). UB essenzjalment sostna li, peress li d-dejn doganali ġie estint għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-obbligu tiegħu li jħallas id-dazju tas-sisa u l-VAT fuq l-importazzjoni kellu wkoll jitqies bħala estint.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20181030">30 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnjus) ċaħdet dan ir-rikors bħala totalment infondat fil-liġi. Din il-qorti qieset b’mod partikolari li l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ma kienx jirregola l-kawżi ta’ estinzjoni tal-obbligu li jitħallas id-dazju tas-sisa u/jew il-VAT fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>UB appella minn din is-sentenza quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Litwanja), jiġifieri l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, dwar jekk qbid u konfiska bħal dawk inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux kawża ta’ estinzjoni tad-dejn doganali skont l-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Hija tosserva li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija differenti minn dik tal-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament Nru 2913/92, li kien jipprevedi espressament li l-qbid tal-merkanzija ta’ kuntrabandu kellu jseħħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ma’ l-introduzzjoni kontra l-ligi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tagħha sabiex id-dejn doganali jitqies bħala estint. Għalhekk huwa possibbli li jiġi deċiż li, skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,<?PAGE NO="7"?> il-mument li fih isir il-qbid huwa issa rrilevanti u li d-dejn doganali jiġi estint anki jekk il-merkanzija ta’ kuntrabandu tinqabad meta din tkun diġà ġiet introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri barra miż-żona fejn jinsab l-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa dan it-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett tal-estinzjoni tad-dejn doganali fuq l-obbligu li jitħallsu d-dazju tas-sisa u l-VAT fuq l-importazzjoni. Il-qorti tar-rinviju tosserva f’dan ir-rigward li, għalkemm il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluża s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Transport og Logistik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑230/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:231">EU:C:2010:231</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tidher li tippreżupponi l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>paralleliżmu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> bejn l-estinzjoni tad-dejn doganali, minn naħa, u dik tal-obbligi fiskali l-oħra bħal dawk li jitħallsu d-dazju tas-sisa u l-VAT fuq l-importazzjoni, min-naħa l-oħra, la d-Direttiva 2008/118 u lanqas id-Direttiva tal-VAT ma jinkludu dispożizzjonijiet li jipprevedu estinzjoni ta’ dawn l-obbligi fil-każ ta’ dħul illegali segwit minn qbid u konfiska tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 124(1)(e) tal-[Kodiċi Doganali tal-Unjoni] għandu jiġi interpretat fis-sens li dejn doganali jkun estint meta, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, merkanzija b’kuntrabandu hija ssekwestrata u sussegwentement ikkonfiskata wara li kienet diġà ġiet introdotta b’mod illegali (rilaxxata għal konsum) fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 2(b) u 7(1) tad-[Direttiva 2008/118] kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 70 tad-[Direttiva tal-VAT] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu ta’ ħlas tad-dazju tas-sisa u/jew tal-VAT ma jkunx estint meta, bħal fil-kawża prinċipali, merkanzija b’kuntrabandu hija ssekwestrata u sussegwentement ikkonfiskata wara li tkun diġà ġiet introdotta b’mod illegali (rilaxxata għal konsum) fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, anki jekk id-dejn doganali jiġi estint għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) [tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni]?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk l-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li d-dejn doganali jiġi estint meta merkanzija tinqabad u sussegwentement tiġi kkonfiskata, minkejja li din tkun diġà ddaħħlet illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu mhux biss isir riferiment għall-kliem tagħha, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti kif ukoll li tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-oriġini ta’ din il-leġiżlazzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220405">5 ta’ April 2022</DATE>, <NO.CASE>C‑140/20</NO.CASE>, <NAME.CASE>Commissioner of An Garda Síochána</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:258">EU:C:2022:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni tipprevedi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għan-nuqqas ta’ rkupru tal-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondu għal dejn<?PAGE NO="8"?> doganali fil-każ ta’ insolvenza tad-debitur ikkonstatata b’mod ġudizzjarju, dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jiġi estint b’mod partikolari meta merkanzija ta’ kuntrabandu suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tiġi maqbuda u simultanjament jew sussegwentement ikkonfiskata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tagħmilx riferiment għall-mument li fih il-qbid tal-merkanzija jseħħ bħala kundizzjoni għall-estinzjoni tad-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 30, 34 u 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li ssostitwixxiet l-Artikolu 86(1)(e) tar-Regolament Nru 450/2008, hija distinta minn dik tal-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament Nru 2913/92, li kien jagħmel riferiment espress għal sekwestru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ma’ l-introduzzjoni kontra l-ligi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament Nru 2913/92, sabiex iġib miegħu l-estinzjoni tad-dejn doganali, il-qbid ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità kellu jseħħ qabel ma tkun għaddiet l-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa dan it-territorju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Transport og Logistik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:231">EU:C:2010:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Meta adotta l-Artikolu 86(1)(e) tar-Regolament Nru 450/2008, u sussegwentement l-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni għamel l-għażla li ma jibqax jissuġġetta l-estinzjoni tad-dejn doganali għall-kundizzjoni li l-qbid iseħħ fl-istess ħin mad-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li l-qbid u l-konfiska sussegwenti seħħew wara d-dħul illegali ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni ma jaffettwax l-applikabbiltà tal-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, b’tali mod li hemm lok li d-dejn doganali li huwa relatat magħha jitqies bħala estint ukoll f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni hija konformi mal-għanijiet imfittxija minn dan il-kodiċi, inkluż, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ livell adegwat ta’ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati fis-suq intern kollu, għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fis-sens tal-premessi 11 u 23 tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi ppreċiżat li l-estinzjoni tad-dejn doganali bl-ebda mod ma tostakola l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet relatati man-nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 42(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jipprevedi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u, skont l-Artikolu 124(2) ta’ dan il-kodiċi, id-dejn doganali għandu jitqies, għall-finijiet tas-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur doganali, li ma huwiex estint meta d-dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li d-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jew l-eżistenza ta’ dejn doganali jservu bħala bażi għad-determinazzjoni ta’ sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, l-estinzjoni tad-dejn doganali prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tal-imsemmi kodiċi fil-każ ta’ qbid u ta’ konfiska ta’ merkanzija wara l-introduzzjoni illegali tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni ma tistax tipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet, u lanqas tippreġudika l-effett dissważiv ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dejn doganali jkun estint meta merkanzija tinqabad u sussegwentement tiġi kkonfiskata, minkejja li din tkun diġà ddaħħlet illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(b) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/118 kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-estinzjoni tad-dejn doganali għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni twassalx għall-estinzjoni tad-dejn marbut, rispettivament, mad-dazji tas-sisa u mal-VAT għall-merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu li jitħallsu d-dazji tas-sisa, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2008/118, il-prodotti suġġetti għas-sisa huma suġġetti għad-dazji tas-sisa fil-mument tad-dħul tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, id-dazji tas-sisa jsiru eżiġibbli fil-mument tar-rilaxx għall-konsum u fl-Istat Membru fejn dan iseħħ. L-Artikolu 7(2)(d) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>rilaxx għall-konsum<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jinkludi l-importazzjoni, inkluża l-importazzjoni irregolari, ta’ prodotti suġġetti għas-sisa sakemm dawn ma jitqiegħdux, immedjatament wara l-importazzjoni tagħhom, taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva 2008/118 ma tinkludix dispożizzjoni li ttemm l-obbligu li jitħallsu d-dazji tas-sisa fil-każ ta’ estinzjoni tad-dejn doganali relatat mal-merkanzija ta’ kuntrabandu minħabba r-raġuni msemmija fl-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Minn dan isegwi li, ladarba jkun sar dovut, is-sisa fuq tali merkanzija tibqa’ dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li, meta merkanzija importata b’mod irregolari tinqabad u tiġi kkonfiskata mill-awtoritajiet wara li tkun ħarġet mill-ewwel uffiċċju doganali li jinsab fit-territorju tal-Unjoni, għandu jitqies li din ġiet importata fl-Unjoni, b’tali mod li l-fatt li jagħti lok għas-sisa seħħ fir-rigward tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Transport og Logistik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:231">EU:C:2010:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-merkanzija li kienet is-suġġett ta’ tali importazzjoni irregolari hija kkunsidrata bħala rilaxxata għall-konsum, b’tali mod li t-tqegħid sussegwenti tagħha taħt arranġament ta’ depożitu doganali, wara l-qbid u l-konfiska tagħha, ma għandu l-ebda effett fuq l-eżiġibbiltà tad-dazju tas-sisa (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Transport og Logistik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:231">EU:C:2010:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-merkanzija kkonċernata nqabdet u ġiet ikkonfiskata wara r-rilaxx għall-konsum tagħha, fis-sens tal-Artikolu 7(2)(d) tad-Direttiva 2008/118, id-dazji tas-sisa jibqgħu eżiġibbli, peress li l-estinzjoni tad-dejn doganali korrispondenti hija irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu li titħallas il-VAT, għandu jiġi kkonstatat li, skont Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT, l-importazzjoni ta’ merkanzija hija suġġetta għall-VAT. Skont l-Artikolu 70 ta’ din id-direttiva, il-fatt li jagħti lok għal ħlas iseħħ, u t-taxxa ssir eżiġibbli, fil-mument meta ssir l-importazzjoni ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-VAT fuq l-importazzjoni u d-dazji doganali għandhom karatteristiċi essenzjali paragunabbli inkwantu huma jitnisslu minħabba l‑importazzjoni fl-Unjoni u d-dħul sussegwenti tal-merkanzija fiċ‑ċirkwit ekonomiku tal-Istati Membri. Dan il-paralleliżmu huwa kkonfermat mill-fatt li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-VAT jawtorizza lill-Istati Membri jorbtu l-fatt li jagħti lok għat-taxxa u l-eżiġibbiltà tal-VAT fuq l-importazzjoni ma’ dawk tad-dazji doganali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210303">3 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt Münster (Post ta’ tnissil tal-VAT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:161">EU:C:2021:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, dejn tal-VAT jista’ jiżdied mad-dejn doganali jekk l-aġir illegali li ġġenera dan id-dejn ikun jippermetti li jiġi preżunt li l-merkanzija kkonċernata daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni u setgħet tiġi suġġetta għall-konsum, u għalhekk jiskatta l-fatt li jagħti lok għall-VAT (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210303">3 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt Münster (Post ta’ tnissil tal-VAT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:161">EU:C:2021:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-VAT ma tinkludix dispożizzjoni li ttemm l-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fil-każ ta’ estinzjoni tad-dejn doganali relatat mal-merkanzija ta’ kuntrabandu għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Minn dan isegwi li, ladarba tkun eżiġibbli, il-VAT fuq tali merkanzija tibqa’ dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li, meta l-merkanzija tkun ġiet maqbuda u kkonfiskata wara li tkun telqet mill-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa t-territorju doganali tal-Unjoni, il-fatt li jagħti lok għall-VAT ikun diġà seħħ u minħabba f’hekk il-VAT tkun saret eżiġibbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Transport og Logistik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:231">EU:C:2010:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-merkanzija kkonċernata nqabdet u ġiet ikkonfiskata wara l-importazzjoni tagħha, fis-sens tal-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-VAT, il-VAT tibqa’ eżiġibbli, u l-estinzjoni tad-dejn doganali korrispondenti hija irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(b) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/118, kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-estinzjoni tad-dejn doganali għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ma twassalx għall-estinzjoni tad-dejn marbut, rispettivament, mad-dazji tas-sisa u mal-VAT għall-merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dejn doganali jkun estint meta merkanzija tinqabad u sussegwentement tiġi kkonfiskata, minkejja li din tkun diġà ddaħħlet illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(b) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118 tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-estinzjoni tad-dejn doganali għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament Nru 952/2013 ma twassalx għall-estinzjoni tad-dejn marbut, rispettivament, mad-dazji tas-sisa u mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>