6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 416/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8655 — KKR/LS Mtron/LS Auto)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 416/05)

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KKR (l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

LS Mtron (il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn LS Corporation,

—

LS Auto (il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn LS Mtron,

—

LS Mtron għall-fojl tar-ram u l-laminat flessibbli miksi bir-ram (“in-Negozji”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollati minn LS Mtron.

KKR u LS Mtron jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ LS Auto kollha kemm hi. KKR takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tan-Negozji kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

KKR hija ditta tal-investiment dinjija li tinvesti f’kumpaniji f’varjetà ta’ setturi.

—

LS Mtron hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ makkinarju industrijali, elettriċità u elettronika, materjali taċ-ċirkwiti, u partijiet tal-karozzi. Il-prodotti prinċipali ta’ LS Mtron jinkludu tratturi, makkinarji ta’ injezzjoni fil-forma, shoes taċ-ċineg, konnetturi / antenna, fojl tar-ram, partijiet tal-karozzi, ultra-capacitors, u laminat flessibbli miksi bir-ram.

—

LS Auto hija manifattur tal-kompenenti tal-karozzi. Hija tħaddem tliet negozji prinċipali fl-industrija tal-partijiet tal-karozzi: Interfaċċja bejn il-Bniedem u l-Magna (switches, lampi), Sistemi ta’ Kontroll tal-Body (sensuri biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw aċċessorji elettroniċi) u Kompenenti Mekatroniċi (relays u ABS coiling housing).

—

In-Negozji huwa attivi fil-manifattura u l-provvista ta’ fojl tar-ram u tal-laminat flessibbli miksi bir-ram.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8655 — KKR/LS Mtron/LS Auto

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.