2002D2235 — MT — 20.05.2004 — 001.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI Nru 2235/2002/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 341, 17.12.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DEĊIŻJONI Nru 787/2004/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' April 2004 |
L 138 |
12 |
30.4.2004 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 885/2004, tal-26 ta' April 2004, |
L 168 |
1 |
1.5.2004 |
|
ID-DEĊIŻJONI Nru 2235/2002/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-3 ta' Diċembru 2002
li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni ta' sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (il-programm Fiscalis 2003-2007)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:|
(1) |
Fis-suq intern, l-applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti tal-liġi Komunitarja hi essenzali għall-funzjonament ta' sistemi ta' tassazzjoni, partikolarment għall-protezzjoni ta' interessi finanzjarji nazzjonali u Komunitarji permezz tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħrib mit-taxxa, li tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tnaqqas il-piżijiet fuq amministrazzjonijiet u dawk li jħallsu t-taxxa. Li tintlaħaq din l-applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti hi kwistjoni għall-Komunità li taġixxi fi sħubija ma' l-Istati Membri. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 888/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 1998 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sistemi ta' tassazzjoni indiretta tas-suq intern (programm Fiscalis) ( 4 ) għamlet kontribuzzjoni sinnifikattiva biex jintlaħqu dawk l-għanijiet totali għall-perjodu 1998 sa 2002. Hu għalhekk ikkunsidrat mixtieq li l-programm Fiscalis jiġi mkompli għal perjodu ieħor ta' ħames snin. |
|
(3) |
Koperazzjoni effiċjenti, effettiva u estensiva bejn l-Istati Membri tal-preżent u tal-futur u bejniethom u l-Kummissjoni hi importanti għall-funzjonament tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern. |
|
(4) |
L-esperjenza miksuba mill-Kommunità mill-programm Fiscalis uriet li skambji, seminars u eserċizji ta' kontroll multilaterali jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-programm billi jġibu uffiċjali minn amministrazzjonijiet nazzjonali differenti flimkien f'attivitajiet professjonali. Dawk l-attivitajiet għandhom għalhekk jiġu mkomplija, imma estiżi biex ikopru tassi fuq id-dħul, fuq il-kapital u premiums ta' l-assigurazzjoni. |
|
(5) |
L-istabbilixximent u l-funzjonament ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandu rwol vitali fl-infurzar mill-ġdid tas-sistemi ta' tassazzjoni ġol-Komunità. Partikolarment, is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni VAT (VIES), imsejħa fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92 tas-27 ta' Jannar 1992 fuq koperazzjoni amministrattiva fil-qasam ta' tassazzjoni indiretta (VAT) ( 5 ), uriet il-valur ta' l-informazzjoni teknoloġika fil-protezzjoni tad-dħul filwaqt illi timminimizza l-piżijiet amministrattivi. |
|
(6) |
Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja, hu essenzali li uffiċjali responsabbli għal tassazzjoni jkollhom standard komuni għoli tal-fehma tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri tal-preżent u tal-futur. Standard bħal dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' taħriġ inizjali effettiv u mkompli pprovdut mill-Istati Membri tal-preżent u tal-futur. Azzjoni Komunitarja Supplementarja hi ta' użu għall-koordinazzjoni u l-promozzjoni ta' dan it-taħriġ |
|
(7) |
L-esperjenza miksuba mill-programm Fiscalis indikat li l-iżvilupp u implimentazzjoni kkordinati ta' programm ta' taħriġ komuni jistgħu jiksbu l-għanijiet ta' dan il-programm, partikolarment billi jilħqu standard komuni ta' fehma tal-liġi Komunitarja ogħla. |
|
(8) |
Standard suffiċjenti ta' kompetenza lingwistika mill-parti ta' uffiċjali tat-tassazzjoni ġiet murija essenzali biex tiffaċilita l-koperazzjoni. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom għalhekk jipprovdu t-taħriġ fl-ilsien meħtieġ għall-uffiċjali tagħhom. |
|
(9) |
Minkejja li r-responsabbilità ewlenija biex jintlaħqu dawn l-għanijiet hija tal-pajjiżi li jipparteċipaw, azzjoni Komunitarja supplimentari hi meħtieġa għall-kordinazzjoni ta' dawn l-attivitajiet kif ukoll għall-proviżjoni ta' infrastruttura u l-istimolu meħtieġ. Peress li l-għanijiet tal-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintlħaqu kollha b'mod suffiċjenti mill-pajjiżi li jipparteċipaw u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effett ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Kommunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjietà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-Prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hin minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq dawk l-għanijiet. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, kwadru finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq dixxiplina dwar il-budget u titjib tal-proċedura tal-budget ( 6 ), għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura tal-budget ta' kull sena. |
|
(11) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eserċizju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 7 ), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
SKOP U GĦANIJIET
Artikolu 1
Il-programm Fiscalis
1. Programm ta' azzjoni Komunitarja ta' aktar minn darbtejn fis-sena (Fiscalis 2003-2007), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”, hu hawnekk stabbilit għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 biex itejjeb l-operazzjoni tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern.
2. L-attivitajiet tal-programm għandhom jikkonsistu fi:
(a) sistemi ta' komunikazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni;
(b) kontrolli multilaterali li jinvolvu l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi kandidati li għandhom ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew ma' xulxin jew ma' Stati Membri li jippermetti attività bħal din;
(ċ) seminars;
(d) skambji;
(e) attivitajiet ta' taħriġ;
(f) kwalunkwe laqgħat ta' xogħol oħra, zjarat jew attivitajiet simili fil-kuntest ta' l-għanijiet tal-programm kif iddikjarat fl-Artikolu 3 li għandu jiġi deċiż fuq il-bażi ta' kull każ waħdu skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni:
(a) “tassazzjoni” għandha tfisser it-taxxi li ġejjin applikati fil-pajjiżi li jipparteċipaw:
(i) taxxa fuq il-valur miżjud;
(ii) dazji tas-sisa fuq prodotti tax-xorb u t-tabakk u u żjut minerali;
(iii) taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar l-assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta ( 8 );
(iv) taxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta' Marzu 1976 dwar assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet fir-rigward ta' ċerti ħlassijiet, dazji, taxxi u miżuri oħra ( 9 );
(b) “amministrazzjoni” għandha tfisser l-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi li jipparteċipaw responsabbli għall-amministrazzjoni tat-tassazzjoni;
(ċ) “pajjiżi li jipparteċipaw” għandu jfisser l-Istati Membri u l-pajjiżi msejħa fl-Artikolu 4, li effettivament jipparteċipaw fil-programm:
(d) “uffiċjal” għandu jfisser uffiċjal ta' l-amministrazzjoni;
(e) “skambju” għandu jfisser zjara tax-xogħol organizzata taħt il-programm ta' uffiċjal minn amministrazzjoni f'pajjiż li jipparteċipa ieħor;
(f) “kontroll multilaterali” għandu jfisser kontroll ikkoordinat tar-responsabbilità għat-taxxa ta' wieħed jew aktar persuni suġġetti għat-taxxa konnessi.
Artikolu 3
Għanijiet
1. L-għan totali tal-programm għandu jkun li jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern billi tiżdied il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi li jipparteċipaw, l-amministarzzjonijiet u uffiċjali tagħhom.
2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm għandhom ikunu:
(a) għat-taxxa fuq il-valur miżjud u dazji tas-sisa:
(i) li jagħmel possibbli għall-uffiċjali li jilħqu standard komuni għoli ta' fehma tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri;
(ii) li jassigura koperazzjoni effiċjentti, effettiva u estensiva bejn l-Istati Membri;
(iii) li jassigura t-titjib kontinwu ta' proċeduri ta' amministrazzjoni biex jittieħdu in kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta' amministrazzjonijiet u dawk li jħallsu t-taxxi permezz ta' l-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' prattika amministrattiva tajba;
(b) għal tassazzjoni diretta:
li jipprovdi appoġġ għal skambju ta' informazzjoni fil-qasam ta' assistenza reċiproka u biex iqajjem l-għarfien tal-liġi Komunitarja applikabbli fil-qasam ta' tassazzjoni diretta;
(ċ) għal taxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni:
li jtejjeb il-koperazzjoni bejn Stati Membri, li jassigura applikazzjoni aqwa tar-regoli li jeżistu;
(d) għall-pajjiżi kandidati:
li jilħaq il-ħtiġijiet speċjali ta' pajjiżi kandidati ħalli jieħdu l-miżuri meħtieġa għal adeżjoni fil-qasam tal-leġislazzjoni tat-taxxa u kapaċità amministrattiva.
3. Il-pjan ta' azzjoni tal-programm għandu jkun stabbilit kull sena skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 4
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi kandidati
Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta':
(a) il-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa taċ-Ċentru u fil-Lvant ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehimiet ta' l-Ewropa, fil-protokolli addizjonali għal dawn u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni rispettivi;
(b) It-Turkija, abbażi ta' ftehim bilaterali dwar din il-materja konklużi ma' dan il-pajjiż.
KAPITOLU II
ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM
Artikolu 5
Sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw li s-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni jaħdmu sa fejn l-operazzjoni tagħhom hi meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Kommunità:
(a) in-network komuni ta' komunikazzjonijiet/l-interface ta' sistemi komuni (CCN/CSI) sa l-estent meħtieġ għall-appoġġ tal-funzjonament tas-sistemi oħra msejħa f'dan il-paragrafu;
(b) is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni VAT (VIES) u s-sitemi ta' messaġġi tagħha;
(ċ) is-sistema ta' verifikazzjoni tal-moviment tas-sisa;
(d) is-sistema ta' avviż kmieni għas-sisa;
(e) is-sistema ta' tabelli ta' dazju tas-sisa;
(f) kwalunkwe sistemi ġodda oħra ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni nnominati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2), meta l-leġislazzjoni Komunitarja teħtieġ li jiġu introdotti.
2. Il-komponenti tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandhom ikunu l-hardware, software u konnessjonijiet tan-network, li għandhom ikunu konumi lil pajjiżi li jipparteċipaw kollha sabiex tkun assigurata l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tas-sistemi, kemm jekk huma installati fl-uffiċji tal-Kummissjoni (jew sottokuntrattur innominat) jew fl-uffiċji ta' pajjiżi li jipparteċipaw (jew sottokuntrattur innominat). Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti meħtieġa biex tassigura n-natura operazzjonali ta' dawn il-komponenti f'isem il-Komunità.
3. Il-komponenti mhux tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandhom jinkludu d-databases nazzjonali li jagħmlu parti ta' dawn is-sistemi, il-konnessjonijiet tan-network bejn il-komponenti tal-Komunità u l-komponenti mhux tal-Komunità u dak is-software u hardware li kull pajjiż li jipparteċipa jikkunsidra bħala xieraq għall-operazzjoni sħiħa ta' dawk is-sistemi matul l-amministrazzjoni tiegħu. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw li l-komponenti mhux tal-Komunità jinżammu operazzjonali u għandhom jassiguraw l-interoperabilità ta' dawn il-komponenti mall-komponenti tal-Komunità.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkordina, in koperazzjoni mall-pajjiżi li jipparteċipaw, dawk l-aspetti ta' l-istabbilixximent u l-funzjonament ta' l-elementi tal-Komunità u mhux tal-Komunità tas-sistemi u infrastruttura msejħa fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
Kontrolli multilaterali
Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jagħżlu, minn fost il-kontrolli multilaterali organizzati minnhom, dawk l-ispejjeż ta' liema għandhom jiġu mħallsin mill-Komunità skond l-Artikolu 11. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu dejjem kontroll tar-responsabbilità għat-taxxa fir-rigward ta' taxxa fuq il-valur miżjud u/jew dazji tas-sisa.
Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jibagħtu rapporti u valutazzjonijiet ta' kull sena fir-rigward ta' dawn il-kontrolli lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Seminars
Il-Kummissjoni u l-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jorganizzaw flimkien seminars għal uffiċjali mill-amministrazzjonijiet, rappreżentanti tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, esperti oħra.
Artikolu 8
Skambji ta' uffiċjali
1. Il-Kummissjoni u pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jorganizzaw skambji ta' uffiċjali. It-tul ta' skambji ma jistgħax ikun iżjed minn xahar. Kull skambju għandu jkun immirat lejn attività professjonali partikolari u għandu jiġi ppreparat b'mod suffiċjenti u sussegwentament ivvalutat mill-uffiċjali u amministrazzjonijiet in kwistjoni. Previst li tiddikjara r-raġunijiet tagħha li għamlet hekk, l-amministrazzjoni li tilqa' tista' tillimita in-numru ta' parteċipanti fl-iskambju jekk il-volum ta' applikazzjonijiet irċevuti tfixkel il-preparazzjoni u operazzjoni xierqa tagħha.
2. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex uffiċjali ta' skambju jkunu jistgħu jilagħbu parti effettiva fl-attivitajiet ta' l-amminstrazzjoni li tilqa'. Għal dan l-iskop, dawn l-uffiċjali għandhom jiġu awtorizzati jwettqu l-kompiti konnessi mad-doveri mogħtija lilhom mill-amministrazzjoni li tilqa' skond is-sistema legali tagħha.
3. Matul l-iskambju, ir-responsabilità ċivili ta' l-uffiċjal ta' skambju fit-twettiq tad-doveri tiegħu għandha tiġi ttrattata fl-istess mod bħal dik ta' uffiċjali ta' l-amministrazzjoni li tilqa'. Uffiċjali ta' skambju għandhom jiġu marbuta mill-istess regoli ta' sigriet professjonali bħal uffiċjali nazzjonali.
4. Pajjiżi li jipparteċipaw jistgħu jirrestrinġu l-iskop ta' dawn l-iskambji għal uffiċjali responsabbli għal taxxa fuq il-valur miżjud u/jew dazji tas-sisa.
Artikolu 9
Attivitajiet ta' taħriġ
1. Sabiex jinkoraġġixxu koperazzjoni sstrutturata bejn korpijiet ta' taħriġ nazzjonali u uffiċjali responsabbli għal taħriġ fit-tassazzjoni f'amministrazzjonijiet, pajjiżi li jipparteċipaw għandhom, in koperazzjoni mal-Kummissjoni:
(a) jiżviluppaw programmi ta' taħriġ li jeżistu u, fejn meħtieġ, jagħmlu programmi ġodda biex jipprovdu qasam komuni ta' taħriġ għal uffiċjali sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-kapaċitajiet u għarfien professjonali komuni meħtieġa;
(b) fejn xieraq, jiftħu l-korsijiet ta' taħriġ fit-tassazzjoni pprovduti minn kull pajjiż li jipparteċipa għal uffiċjali tiegħu għal uffiċjali mill-pajjiżi li jipparteċipaw kollha;
(ċ) jiżviluppaw il-mezzi komuni meħtieġa għat-taħriġ fit-tassazzjoni.
2. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw ukoll li l-uffiċjali tagħhom jirċievu t-taħriġ inizjali u mkompli meħtieġ biex jakkwistaw il-kapaċitajiet u l-għarfien professjonali komuni skond il-programmi ta' taħriġ komuni u t-taħriġ lingwistiku meħtieġ għal dawk l-uffiċjali biex jilħqu standard suffiċjenti ta' kompetenza lingwistika.
KAPITOLU III
DISPOSIZZJONIIET FINANZJARJI
L-Artikolu 10
Provveddiment ta' fondi
Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 huwa b'dan stabbilit għal EUR 67,25 miljun. EUR 51,9 il-miljun għandhom ikunu għall-perijodu sal-31 ta' Diċembri 2006.
Għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007, l-ammont propost għandu jkun meqjus bħala ikkonfermat jekk, għall-fażi inkwistjoni, dan ikun konsistenti mal-perspettiva finanzjarja fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007.
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.
Artikolu 11
L-ispejjeż
1. L-ispejjeż meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu maqsuma mill-Komunità u l-pajjiżi li jipparteċipaw skond il-paragrafi 2, 3, 4 u 5.
2. Il-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż li ġejjin:
(a) l-ispiża ta' l-iżvilupp, xiri, installazzjoni, manteniment u operazzjoni ta' kuljum tal-komponenti tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni deskritti fl-Artikolu 5;
(b) l-ispiża tas-safar u spejjeż ta' sussistenza konnessi ma' kontrolli multilaterali, seminars, skambji ta' uffiċjali u attivitajiet ta' taħriġ;
(ċ) l-ispiża fir-rigward ta' l-organizzazzjoni ta' seminars u l-iżvilupp ta' mezzi ta' taħriġ;
(d) l-ispiża ta' studji ta' stima li għandhom jiġu mwettqin minn terzi partijiet fuq l-impatt tal-programm, filwaqt li tkun iggarantita n-natura kunfidenzali tad-data;
(e) l-ispiża ta' attivitajiet oħra msejħa fl-Artikolu 1(2)(f).
3. Il-Kummissjoni għandha, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli lill-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 10 ), tistabbilixxi r-regoli konnessi mall-ħlas ta' spejjeż u għandha tikkomunikohom lill-pajjiżi li jipparteċipaw.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tal-budget tal-programm skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2).
5. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom iħallsu l-ispejjeż li ġejjin:
(a) l-ispiża ta' l-iżvilupp, xiri, installazzjoni, manteniment u operazzjoni ta' kuljum tal-komponenti mhux tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni deskritti fl-Artikolu 5;
(b) l-ispejjeż fir-rigward ta' taħriġ inizjali u mkompli, inkluż it-taħriġ lingwistiku, ta' l-uffiċjali tagħhom.
Artikolu 12
Kontroll finanzjarju
Deċiżjonijiet ta' finanzjament tal-Komunità u kwalunkwe ftehimiet jew kuntratti li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu suġġetti għal kontroll finanzjarju skond il-liġi Komunitarja fuq il-kontroll finanzjarju u tal-budget.
IL-KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 13
Implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1(2)(f), l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(1)(f) u l-Artikolu 11(4) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 14
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-“Kumitat Fiscalis”.
2. Fejn referenza hi magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jkunu kkusidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regola ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 15
Sussegwiment u valutazzjoni
1. Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kumitat imsejjaħ fl-Artikolu 14(1) rapport ta' sussegwiment li jiddikjara l-progress ta' l-attivitajiet kollha tal-programm fit-termini ta' l-implimentazzjoni u riżultati fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni ta' kull sena. Dan ir-rapport għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew.
L-amministrazzjonijiet għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa kollha biex rapporti ta' sussegwiment jiġu magħmula b'mod effiċjenti kemm hu possibbli.
2. Valutazzjonijiet tal-programm ta' nofs it-terminu u finali għandhom jiġu mwettqa taħt ir-responsabiltà tal-Kummissjoni bl-użu tar-rapporti ta' sussegwiment u r-rapporti magħmula mill-pajjiżi li jipparteċipaw. L-effettività u l-effiċjenza tal-programm għandhom jiġu vvalutati fit-termini ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-valutazzjonijiet għandhom jiġu mmexxija bl-użu tar-rapporti msejħa fil-paragrafu 3 kif ġej:
— Il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jħares lejn ir-riżultati inizjali u l-impatt ta' l-attivitajiet tal-programm. Għandha wkoll tagħmel stima ta' l-użu ta' l-għotja ta' fondi u l-progress ta' sussegwiment u implimentazzjoni,
— il-valutazzjoni finali għandha tagħmel stima ta' l-effettività u effiċjenza ta' l-attivitajiet tal-programm.
3. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jibagħtu l-Kummissjoni:
(a) sal-31 ta' Marzu 2005, rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm;
(b) sal-31 ta' Marzu 2008, rapport ta' valutazzjoni finali fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm.
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
(a) sat-30 ta' Ġunju 2005, rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm u komunikazzjoni fuq kemm hu mixtieq li l-programm jitkompla, flimkien, fejn rilevanti, ma' proposta xierqa;
(b) sat-30 ta' Ġunju 2008, rapport ta' valutazzjoni fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm.
Ir-rapporti msejħa f'(a) u (b) għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għall-informazzjoni tagħhom.
5. Ir-rapporti ta' valutazzjoni msejħa fil-paragrafu 4 għandhom jiġu bbażati prinċipalment fuq ir-rapporti msejħa fil-paragrafu 3, u fuq ir-rapporti ta' sussegwiment imsejħa fil-paragrafu 1.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2003.
Artikolu 17
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 361.
( 2 ) ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 81.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2002 (ĠU C 228 E, tal-25.9.2002, p. 34) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) ĠU L 126, tat-28.4.1998, p. 1.
( 5 ) ĠU L 24, ta' l-1.2.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 792/2002 (ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 1).
( 6 ) ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.
( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 8 ) ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.
( 9 ) ĠU L 73, tad-19.3.1976, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/44/KE (ĠU L 175, tat-28.6.2001, p. 17).
( 10 ) ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.