European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2997

29.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2024/2997

tat-28 ta’ Novembru 2024

li taħtar lill-Kummissjoni

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (7), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Kummissjoni Ewropea maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1989 (1) ntemm fil-31 ta’ Ottubru 2024.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2013/272/UE (2) dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni.

(3)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta’ kull Stat Membru, inkluż il-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jenħtieġ li tinħatar sal-31 ta’ Ottubru 2029.

(4)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1862 (3), il-Kunsill Ewropew ippropona lis-Sa Ursula VON DER LEYEN lill-Parlament Ewropew bħala l-kandidata għal President tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew eleġġieha bħala President tal-Kummissjoni fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-18 ta’ Lulju 2024.

(5)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2086 (4), il-Kunsill Ewropew, bil-qbil tal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sa Kaja KALLAS bħala r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perjodu minn tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2029.

(6)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2517 (5), il-Kunsill, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, adotta l-lista tal-persuni l-oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni.

(7)

Permezz tal-votazzjoni li saret fis-27 ta’ Novembru 2024, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President tal-Kummissjoni, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u tal-Membri l-oħra tal-Kummissjoni.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi maħtura,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura għall-Kummissjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2024 sal-31 ta’ Ottubru 2029:

—

bħala President:

is-Sa Ursula VON DER LEYEN

—

bħala Membru, Viċi President, skont l-Artikolu 18(4) TUE:

is-Sa Kaja KALLAS, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

—

bħala Membri:

is-Sur Magnus BRUNNER

is-Sa Maria Luís CASANOVA MORGADO DIAS DE ALBUQUERQUE

is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

is-Sur Raffaele FITTO

is-Sur Christophe HANSEN

is-Sur Wopke Bastiaan HOEKSTRA

is-Sur Dan JØRGENSEN

is-Sur Constantinos KADIS

is-Sa Marta KOS

is-Sur Andrius KUBILIUS

is-Sa Hadja LAHBIB

is-Sur Michael MCGRATH

is-Sur Glenn MICALLEF

is-Sa Roxana MÎNZATU

is-Sa Teresa RIBERA RODRÍGUEZ

s-Sa Jessika ROSWALL

is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

is-Sur Stéphane SÉJOURNÉ

is-Sur Piotr Arkadiusz SERAFIN

is-Sur Jozef SÍKELA

is-Sa Ekaterina SPASOVA GECHEVA-ZAHARIEVA

is-Sa Dubravka ŠUICA

is-Sur Apostolos TZITZIKOSTAS

is-Sur Olivér VÁRHELYI

is-Sa Henna Maria VIRKKUNEN.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2024.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

C. MICHEL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1989 tat-28 ta’ Novembru 2019 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 100).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2024/1862 tas-27 ta’ Ġunju 2024 li tipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni (ĠU L, 2024/1862, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1862/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2024/2086 tal-24 ta’ Lulju 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ĠU L, 2024/2086, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2086/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2517, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Settembru 2024 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni (ĠU L, 2024/2517, 23.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2517/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2997/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)