Official Journal L 164 , 30/06/1980 P. 0001 - 0002
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0015
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 13 P. 0015
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/80 tas-27 ta' Ġunju 1980 dwar il-miżuri salvagwardji miżuri previsti fil-Ftehim tal-Koperazzjoni u l-Ftehim Temporanju li għandhom x'jaqsmu mas-sengħa u koperazzjoni kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni Soċjalista tal-Jugoslavja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi Ftehim tal-Koperazzjni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja, iżjed 'il quddiem msejħa "il-Ftehim Koperattiv", kien iffirmat fit-2 ta' April 1980 u Ftehim Temporanju li għandu x'jaqsam mas-sengħa u koperazzjoni kummerċjali, iżjed 'il quddiem msejħa "il-Ftehim Temporanju", kien konkluż fit-30 ta' Mejju 1980; Billi għall-finijet t'implimentazzjoni tal-klawsoli salvagwardji u l-miżuri prekawzjonarji previsti fl-Artikoli 35 sa' 38 u fl-Artikolu 55 tal-Ftehim Koperattiv u fl-Artikoli 22 sa 25 u fl-Artikolu 36 tal-Ftehim Temporanju, regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti għall-applikazzjoni ta' Regolamenti tal-Komunità, b'mod partikolari Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 926/79 tat-8 ta' Mejju 1979 dwar regoli komuni għall-importazzjoni [2] u Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3017/79 ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni ta'oġġetti ddampjati jew issussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [3], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fil-każ ta' dampjar, jew sussidji suġġetti għal digriet l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 35 tal-Ftehim Koperattiv u fl-Artikolu 22 tal-Ftehim Temporanju, l-introduzzjoni ta' kontra l-iddampjar jew taxxi kompensatorji għandha tkun deċiża bi qbil mal-proċeduri u r-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3017/79. Artikolu 2 F'każijiet suġġetti għal digriet l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikoli 36 u 55 tal-Ftehim Koperattiv u fl-Artikoli 23 u 36 tal-Ftehim Temporanju, miżuri salvagwardji xierqa għandhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli, jiġu adottati mill-Kunsill bi qbil mal-proċedura u r-regoli dettaljati stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 926/79 u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu. F'każijiet urġenti u suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tal-Ftehim Koperattiv u fl-Artikolu 23 tal-Ftehim Temporanju: - il-Kummissjoni tistaħ tadotta l-miżuri salvagwardji xierqa bi qbil mal-proċedura u r-regoli dettaljati stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 926/79, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, - Kwalunkwe Stat Membru jista' jieħu miżuri salvagwardji Temporanju skond il-proċedura spjegata fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 926/79. Artikolu 3 1. Dan ir-Regolament m'għandux iwarrab l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikolturali jew tal-Komunità jew tad-disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirriżultaw minnhom jew tar-Regolamenti speċjali addottati taħt l-Artikolu 235 tat-Trattat għal prodotti agrikolturali proċessati; dan ir-Regolament għandu japplika flimkien ma' miżuri bħal dawn. 2. It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(2) m'għandux japplika għal prodotti li huma koperti b'Regolamenti bħal dawn. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kunsill Koperattiv u lill-Kummissjoni Konġunta kif stabbilit fl-Artikolu 38 tal-Ftehim Koperattiv u fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1980. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 1980. F'isem il-Kunsill Il-President A. Sarti [1] Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Ġunju 1980 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 131, tad-29.5.1979, pġ. 15. [3] ĠU L 339, tal-31.12.1979, pġ. 1. --------------------------------------------------