|
8.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/31 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10331 — Caisse des dépôts/Bain Capital/Digital Aftermarket)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 272/05)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Caisse des dépôts et consignations (France), |
|
— |
Bain Capital LLC (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Digital Aftermarket SAS (“Digital Aftermarket”, Franza), ikkontrollata minn Bain Capital permezz ta’ Autodistribution SAS (“Autodistribution”, Franza). |
Caisse des Dépôts et Consignations u Bain Capital jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Digital Aftermarkets.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Caisse des dépôts et consignations: istituzzjoni pubblika li twettaq kompiti ta’ interess ġenerali b’appoġġ għal politiki pubbliċi mmexxija mill-Istat u attiva fil-ġestjoni ta’ fondi privati. Permezz tas-sussidjarji tagħha, hija attiva, fost oħrajn, fl-oqsma tal-enerġija u l-ambjent, il-proprjetà immobbli, l-investiment u s-servizzi. |
|
— |
Bain Capital: kumpanija tal-ġestjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-assi. Permezz tas-sussidjarja tagħha Autodistribution, hija tispeċjalizza fid-distribuzzjoni ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur ħfief u vetturi tqal tal-merkanzija fl-Ewropa, kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għal vetturi b’ħafna marki tad-ditta. |
|
— |
Digital Aftermarket: kumpanija li tispeċjalizza fil-forniment ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online għat-tiftix għal servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10331 — Caisse des dépôts et consignations/Bain Capital/Digital Aftermarket
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32229-64301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).