<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑672/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0672</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:310">EU:C:2017:310</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>deliacacjeSENTENZA TAS-<DATE ISO="20170427">27.4.2017</DATE> – KAWŻA C-672/15</P><P>NORIA DISTRIBUTION</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ supplimenti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Kwantitajiet massimi</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa dawn il-kwantitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet li għandhom jiġu osservati u elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ dawn il-kwantitajiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-672/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal de grande instance de Perpignan (qorti reġjonali ta’ Perpignan, Franza), permezz ta’ deċiżjoni <DATE ISO="20150805">5 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20151214">14 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Noria Distribution SARL,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Procureur de la République,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Union fédérale des consommateurs des P.O (Que choisir),</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, E. Regan, J.‑C. Bonichot, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Noria Distribution SARL, minn F. Meunier, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u J. Traband, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braga da Cruz kif ukoll minn K. Herbout-Borczak u S. Lejeune, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE, minn Ø. Bø, L. Biørnstad u C. Zatschler, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020610">10 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 490), u dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra Noria Distribution SARL talli żammet, esponiet, qiegħdet għall-bejgħ jew biegħet supplimenti tal-ikel mhux awtorizzati fi Franza, li hija kienet taf li kienu ffalsifikati, korrotti jew tossiċi, kif ukoll talli qarrqet jew ippruvat tqarraq bil-partijiet kontraenti tagħha fir-rigward tar-riskji inerenti għall-użu ta’ dawn is-supplimenti tal-ikel u fir-rigward tal-kwalitajiet sostanzjali ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għal l-iskop ta’ din id-Direttiva t-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>supplimenti ta’ l-ikel ifisser oġġetti ta’ l-ikel li l-għan tagħhom huwa li jissupplementaw id-dieta normali u l-fonti kkonċentrati ta’ nutrijenti jew sustanzi oħrajn b’effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, waħedhom jew f’għaqdiet, mibjugħa b’dożi, jiġifieri forom, bħala kapsuli, pastillji, pirmli, pilloli u forom oħra bħalhom, borżetti tat-terra, ampulli ta’ likwidi, flixkien tal-qtar, u forom oħra ta’ likwidi u trabijiet, intiżi li jkunu meħudin fi kwantitajiet ta’ miżura żgħira;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>nutrijenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> tfisser is-sustanzi, kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-vitamini,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>il-minerali.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li s-supplimenti ta’ l-ikel jistgħu jkunu ppreżentati għall-bejgħ fil-Komunità biss jekk huma jkunu konformi mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammonti massimi ta’ vitamini u minerali preżenti f’supplimenti ta’ l-ikel għal porzjon ta’ konsum għal kull jum kif irrakkommandat mill-manifattur għandhom ikunu stabbiliti, fuq il-bażi ta’ li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>livelli massimi ta’ sigurtà ta’ vitamini u minerali stabbiliti b’valutazzjoni tar-riskju xjentifika bbażata fuq data xjentifika aċċettabbli b’mod ġenerali, b’kont meħud, skond il-każ, tad-diversi livelli ta’ sensittività ta’ gruppi differenti ta’ konsumaturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-konsum ta’ vitamini u minerali minn fonti oħrajn ta’ dieta.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-livelli massimi msemmija fil-paragrafu 1 jkunu stabbiliti, konsiderazzjoni xierqa għandha tkun meħuda tal-konsum normali ta’ vitamini u minerali fost il-popolazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jassiguraw li l-ammonti sinifikanti ta’ vitamini u minerali jkunu preżenti fis-supplimenti ta’ l-ikel, ammonti minimi għal porzjon ta’ konsum għal kull jum kif rakkommandati mill-manifattur għandhom jiġu stabbiliti, kif xieraq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti massimi u minimi ta’ vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu adottati skont il-proċeduri msemmija f’Artikolu 13(2).<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/46 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4(7), l-Istati Membri ma għandhomx, minħabba l-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjoniet ta’ manifattura, il-preżentazzjoni jew l-ittikkettjar tagħhom, jipprojbixxu jew jillimitaw il-kummerċ fil-prodotti msemmija f’Artikolu 1 li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, mal-Atti Komunitarji adottati fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, partikularment Artikoli 28 u 30 tiegħu, il-paragrafu 1 m’għandhux jaffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma applikabbli fl-assenza ta’ l-atti Komunitarji adottati taħt din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46 jelenkaw, rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[v]itamini u minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura tas-supplimenti ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[s]ustanzi ta’ vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Digriet Nru 2006-352, tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar is-supplimenti tal-ikel (JORF tal-<DATE ISO="20060325">25 ta’ Marzu 2006</DATE>, p. 4543, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Digriet tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), intiż sabiex jittrasponi d-Direttiva 2002/46 fid-dritt Franċiż, il-vitamini u l-minerali jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel biss taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minn ordni tal-ministri responsabbli mill-konsum, mill-agrikoltura u mis-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ dan id-digriet jipprevedi proċedura li għaliha huwa suġġett l-ewwel tqegħid fis-suq Franċiż ta’ suppliment tal-ikel li jkun fih sustanza bi skop nutrittiv jew fiżjoloġiku, pjanta jew preparazzjoni ta’ pjanta, li ma tkunx tinsab fl-ordnijiet previsti fl-Artikoli 6 u 7 tal-imsemmi digriet, iżda li jkun legalment immanifatturat jew mibjugħ fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew Stat ieħor li jkun parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 19, p. 146).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Billi ġie adottat skont l-Artikolu 5 tad-Digriet Nru 2006-352, tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-Ordni interministerjali tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE> dwar in-nutrijenti li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel (JORF tat-<DATE ISO="20060528">28 ta’ Mejju 2006</DATE>, p. 7977, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ordni tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jistabbilixxi, b’mod partikolari, lista ta’ vitamini u minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura tas-supplimenti tal-ikel u d-dożi massimi ta’ kull jum li ma jistgħux jinqabżu fil-kuntest ta’ dan l-użu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Noria Distribution hija kumpannija Franċiża li tbigħ supplimenti tal-ikel fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din il-kumpannija tħarrket peress li, mill-<DATE ISO="20070901">1 ta’ Settembru 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, hija żammet, esponiet, qiegħdet għall-bejgħ jew biegħet supplimenti tal-ikel mhux awtorizzati fi Franza, li hija kienet taf li kienu ffalsifikati, korrotti jew tossiċi, sa fejn dawn ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll talli qarrqet jew ippruvat tqarraq bil-partijiet kontraenti tagħha fir-rigward tar-riskji inerenti għall-użu ta’ dawn is-supplimenti tal-ikel u fir-rigward tal-kwalitajiet sostanzjali ta’ dawn tal-aħħar, sa fejn dawn kienu jaqbżu d-dożi ta’ kull jum massimi ta’ vitamini u ta’ minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ tali supplimenti tal-ikel, stabbiliti bl-Ordni tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, Noria Distribution ma tikkontestax il-materjalità tal-fatti allegati kontra tagħha. Madankollu, hija ssostni li l-Ordni tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE>, li serva bħala bażi għall-proċeduri kriminali suġġetta għalihom, ma huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal de grande instance de Perpignan (qorti reġjonali ta’ Perpignan, Franza) iddeċiediet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/46/KE u l-prinċipji Komunitarji dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u r-rikonoxximent reċiproku jipprekludu l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-ordni tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE>, li jirrifjuta kull proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward tas-supplimenti tal-ikel ibbażati fuq vitamini u minerali li joriġinaw minn Stat Membru ieħor billi jeskludi l-applikazzjoni ta’ proċedura [ssimplifikata] għall-prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor li jkunu bbażati fuq nutrijenti [li l-valuri tagħhom jeċċedu l-limiti stabbiliti] permezz tal-ordni tad-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/46, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija, jippermettu li d-dożi massimi ta’ vitamini u minerali għal kull jum jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali mal-limiti rrakkomandati għal kull jum bl-adozzjoni ta’ valur li jekwivali għal tliet darbiet tal-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw l-inqas riskji, ta’ valur li jekwivali għall-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw riskju li jiġi eċċedut il-limitu superjuri ta’ sigurtà, u ta’ valur inferjuri għal-limiti rrakkomandati għal kull jum jew anki li jekwivali għal żero fir-rigward tan-nutrijenti li jinvolvu l-iktar riskji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/46, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija jippermettu li d-dożi jiġu stabbiliti [fid-dawl] biss tal-opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali anki meta opinjonijiet xjentifiċi riċenti u internazzjonali [jikkonkludu favur] dożi superjuri f’kundizzjonijiet identiċi ta’ użu?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura dwar it-tqegħid fis-suq ta’ dan l-Istat Membru ta’ supplimenti tal-ikel li l-kontenut ta’ nutrijenti tagħhom jeċċedi d-dożi massimi għal kull jum stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni u li huma legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, sa fejn il-Kummissjoni ma stabbilixxietx, konformement mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2002/46, il-kwantitajiet massimi ta’ nutrijenti li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ suppliment tal-ikel, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jadottaw<?PAGE NO="5"?> leġiżlazzjoni dwar dawn il-kwantitajiet, premess li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, dawn huma marbuta josservaw l-Artikoli 34 u 36 TFUE u jispiraw ruħhom mill-elementi li jinsabu fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 2002/46, inkluż ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni tar-riskji bbażata fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri huwa prinċipju fundamentali tat-Trattat FUE li huwa espress fil-projbizzjoni, stabbilita fl-Artikolu 34 TFUE, ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll ta’ kull miżura li għandha effett ekwivalenti (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-41/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:762">EU:C:2004:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-333/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:44">EU:C:2010:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet, stabbilita fl-Artikolu 34 TFUE, tkopri kull leġiżlazzjoni kummerċjali tal-Istati Membri li tista’ tostakola, direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740711">11 ta’ Lulju 1974</DATE>, <NAME.CASE>Dassonville</NAME.CASE>, <NO.CASE>8/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:82">EU:C:1974:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-88/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:123">EU:C:2009:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-333/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:44">EU:C:2010:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloq ostakolu għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, peress li suppliment tal-ikel b’kontenut ta’ nutrijenti li jeċċedi l-limiti massimi stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni ma jistax jiġi kkummerċjalizzat fi Franza, anki jekk dan huwa legalment immanifatturat jew ikkummerċjalizzat fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, din il-leġiżlazzjoni tikkostitwixxi miżura ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, f’dan l-Istat, ta’ prodotti tal-ikel b’kontenut ta’ nutrijenti li jeċċedi l-kwantitajiet massimi stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni, prodotti tal-ikel legalment immanifatturati u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, tista’, bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE, tkun iġġustifikata sa fejn din tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 36 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn naħa, tali leġiżlazzjoni għandha tipprevedi proċedura li permezz tagħha l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiksbu l-awtorizzazzjoni li jikkummerċjalizzaw supplimenti tal-ikel li jinkludu nutrijenti f’dożi ogħla minn dawk awtorizzati. Din il-proċedura għandha tkun faċilment aċċessibbli, għandha tkun tista’ tintemm f’termini raġonevoli u, jekk twassal għal rifjut, id-deċiżjoni ta’ rifjut għandha tkun waħda li tista’ tkun suġġetta għal rimedju ġudizzjarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-24/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:70">EU:C:2004:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-333/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:44">EU:C:2010:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, applikazzjoni intiża sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-kumerċjalizzazzjoni ta’ dawn is-supplimenti ma tistax tiġi miċħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ħlief jekk dawn is-supplimenti jippreżentaw riskju reali għas-saħħa pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-24/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:70">EU:C:2004:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:44">EU:C:2010:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, l-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija marbuta esklużivament mal-osservanza tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 22 ta’ din is-sentenza u mhux ta’ dak previst fil-punt preċedenti, li l-eżami tiegħu jaqa’ fl-ambitu tal-kwistjoni ta’ jekk miżura ta’ projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex jew le bbażata fuq evalwazzjoni xjentifika fid-dettall tar-riskju reali għas-saħħa pubblika allegat mill-Istat Membru li jinvoka l-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tipprevedi proċedura relatata mat-tqegħid fis-suq Franċiż ta’ ċerti supplimenti tal-ikel mhux awtorizzati skont din il-leġiżlazzjoni, iżda legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, huwa paċifiku li din il-proċedura, madankollu, ma hijiex applikabbli għas-supplimenti tal-ikel, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-kontenut ta’ nutrijenti tagħhom jeċċedi l-kwantitajiet massimi stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni u li huma legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, l-eżistenza ta’ proċedura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 22 ta’ din is-sentenza tikkostitwixxi wieħed mir-rekwiżiti li għalihom hija suġġetta l-ġustifikazzjoni, skont l-Artikolu 36 TFUE, ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa fejn il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tas-supplimenti tal-ikel b’kontenut ta’ nutrijenti li jeċċedi l-limiti massimi stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni mingħajr ma tipprevedi l-iċken proċedura għat-tqegħid fis-suq ta’ dan it-tip ta’ supplimenti tal-ikel, u dan anki jekk dawn huma legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, din il-leġiżlazzjoni ma hijiex konformi mar-rekwiżit previst fil-punt 22 ta’ din is-sentenza u ma tistax, għalhekk, tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li għall-ewwel domanda tingħata r-risposta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura dwar it-tqegħid fis-suq ta’ dan l-Istat Membru ta’ supplimenti tal-ikel li l-kontenut ta’ nutrijenti tagħhom jeċċedi d-dożi massimi għal kull jum stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni u li huma legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, kif ukoll il-prinċipji tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-kwantitajiet massimi previsti fl-istess Artikolu 5 jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali għal konsum irrakkomandat għal kull jum bl-adozzjoni ta’ valur li jekwivali għal tliet darbiet ta’ dan l-istess konsum għan-nutrijenti li jippreżentaw l-inqas riskji, valur ugwali għall-imsemmi konsum għan-nutrijenti li jippreżentaw riskju li jiġi eċċedut il-limitu ogħla ta’ sigurtà, u valur inferjuri għall-istess konsum, jew anki li jekwivali għal żero, fir-rigward tan-nutrijenti li jinvolvu l-iktar riskji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinvoka l-ipoteżi li dawn il-kwantitajiet setgħu ġew stabbiliti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fid-dawl ta’ kriterji ta’ nutrizzjoni bħala elementi ta’ ġustifikazzjoni ta’ miżuri restrittivi għall-moviment liberu tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>fl-assenza ta’ limitu ta’ sigurtà stabbilit b’perizja b’mod xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minbarra li dan għandu jsir fl-osservanza tal-Artikoli 34 u 36 TFUE, l-iffissar ta’ kwantitajiet massimi ta’ vitamini u ta’ minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel għandu jiġi bbażat fuq l-elementi li jinsabu fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 2002/46 (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont dan l-Artikolu 5(1)(a), dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti fid-dawl tal-porzjon għal kull jum irrakkomandat mill-manifattur billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti għall-vitamini u l-minerali wara evalwazzjoni xjentifika tar-riskji bbażata fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata, waqt li jiżnu, kif xieraq, il-gradi ta’ sensittività li jvarjaw fost gruppi differenti ta’ konsumaturi (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamen’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-iffissar tal-imsemmija kwantitajiet massimi previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/46 għandu b’mod partikolari jkun ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti, għall-vitamini u għall-minerali inkwistjoni, wara evalwazzjoni xjentifika tar-riskji għas-saħħa tal-persuni bbażata fuq data xjentifika rilevanti u mhux fuq kunsiderazzjonijiet purament ipotetiċi (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, l-iffissar ta’ kwantitajiet massimi ta’ vitamini u ta’ minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel meta, fl-assenza ta’ perikolu stabbilit għas-saħħa umana, ma jkunux ġew stabbiliti limiti ogħla ta’ sigurtà għal dawn in-nutrijenti wara tali evalwazzjoni xjentifika ma jissodisfax dan ir-rekwiżit (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara li dawn il-limiti ogħla ta’ sigurtà jkunu ġew stabbiliti, il-possibbiltà li jiġu ffissati tali kwantitajiet massimi fuq livell inqas b’mod sinjifikattiv mill-imsemmija limiti ma tistax tiġi eskluża peress li l-iffissar ta’ dawn il-kwantitajiet massimi jista’ jiġi ġġustifikat mit-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi li jinsabu fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 2002/46 u dan huwa konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, konformement mal-istess Artikolu 5(1)(b) u (2), fl-iffissar ta’ dawn il-kwantitajiet, għandhom, minbarra dawn il-limiti, jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-konsum ta’ vitamini u ta’ minerali minn sorsi oħra tal-ikel u l-konsum ta’ referenza ta’ vitamini u ta’ minerali għall-popolazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-evalwazzjonijiet li jwasslu għall-iffissar ta’ kwantitajiet massimi ta’ nutrijenti li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel għandhom isiru każ b’każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030923">23 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-192/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:492">EU:C:2003:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-24/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:70">EU:C:2004:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-41/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:762">EU:C:2004:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Finalment, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm il-kriterju tal-bżonn ta’ nutrizzjoni tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru jista’ jkollu rwol fl-evalwazzjoni ddettaljata mwettqa minn dan tal-aħħar tar-riskju li ż-żieda ta’ elementi nutrittivi mal-prodotti tal-ikel jista’ jippreżenta għas-saħħa pubblika, l-assenza ta’ tali bżonn ma tistax, waħidha, tiġġustifika projbizzjoni totali, fuq il-bażi tal-Artikolu 36 TFUE, tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel legalment immanifatturati u/jew ikkummerċjalizzati fi Stati Membri oħra (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-41/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:762">EU:C:2004:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet premessi, jirriżulta b’mod partikolari li l-kwantitajiet massimi previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/46 għandhom jiġu ffissati każ b’każ, fuq il-bażi tal-elementi kollha li jinsabu f’dan l-Artikolu 5(1) u (2), b’mod partikolari l-limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti, għan-nutrijenti kkonċernati, wara evalwazzjoni xjentifika ddettaljata tar-riskji għas-saħħa pubblika, ibbażata mhux fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda fuq data xjentifika rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, metodu li jiffissa dawn il-kwantitajiet mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni dawn l-elementi kollha, ibbażat biss fuq il-bżonnijiet ta’ nutrizzjoni tal-popolazzjoni kkonċernata, jew ukoll mingħajr ma dan l-iffissar isir każ b’każ, ma jkunx konformi mal-imsemmi Artikolu 5 u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-metodu ta’ ffissar ta’ dawn il-kwantitajiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li għat-tieni domanda tingħata r-risposta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kwantitajiet massimi previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva għandhom jiġu ffissati każ b’każ u fid-dawl tal-elementi kollha li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 5(1) u (2), b’mod partikolari l-limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti, għan-nutrijenti kkonċernati, wara evalwazzjoni xjentifika ddettaljata tar-riskji għas-saħħa pubblika, ibbażata mhux fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda fuq data xjentifika rilevanti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-metodu ta’ ffissar ta’ dawn il-kwantitajiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfax dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji prevista fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ din id-direttiva, li għandha ssir qabel l-istabbiliment tal-limiti ogħla ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-kwantitajiet massimi previsti fl-istess Artikolu 5, issir biss fuq il-bażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali, meta opinjonijiet xjentifiċi internazzjonali reċenti fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ffissar ta’ limiti ogħla jkunu wkoll disponibbli fid-data tal-adozzjoni tal-miżura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement ma’ dan l-Artikolu 5(1)(a), l-iffissar ta’ dawn il-kwantitajiet massimi għandu b’mod partikolari jkun ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti għall-vitamini u għall-minerali wara evalwazzjoni xjentifika tar-riskji bbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>informazzjoni ġeneralment aċċettata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jiġi dedott minn dan il-kliem li din l-evalwazzjoni tista’ ssir biss fuq il-bażi ta’ data xjentifika nazzjonali, ladarba data xjentifika internazzjonali hija disponibbli wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minkejja li ma jistax jiġi eskluż li, fl-assenza ta’ data xjentifika internazzjonali affidabbli, tali evalwazzjoni ssir biss fuq il-bażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali iktar affidabbli, dan ma jistax, mill-banda l-oħra, ikun il-każ meta tali data tkun disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, billi jeżiġi li din l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>informazzjoni ġeneralment aċċettata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2002/46 jipprevedi li din l-evalwazzjoni ssir fuq il-bażi ta’ data xjentifika affidabbli, indipendentement min-natura nazzjonali jew internazzjonali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-evalwazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-istess rekwiżiti li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja meta jkun hemm riskju reali għas-saħħa pubblika, allegat minn Stat Membru sabiex jiġġustifika miżura ta’ projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ suppliment tal-ikel fuq il-bażi tal-Artikolu 36 TFUE. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod partikolari li l-eżistenza ta’ tali riskju għandha tintwera f’kull każ partikolari fid-dawl tad-drawwiet tal-ikel nazzjonali u fid-dawl tar-riżultati tar-riċerka xjentifika internazzjonali (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030923">23 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-192/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:492">EU:C:2003:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-24/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:70">EU:C:2004:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, minn naħa, li tali miżura tista’ tiġi adottata biss jekk ir-riskju reali allegat għas-saħħa pubblika jkun jidher li huwa suffiċjentement stabbilit fuq il-bażi tad-data xjentifika l-iktar reċenti li tkun disponibbli fid-data tal-adozzjoni ta’ din il-miżura (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030923">23 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-192/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:492">EU:C:2003:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-24/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:70">EU:C:2004:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-41/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:762">EU:C:2004:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:44">EU:C:2010:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u, min-naħa l-oħra, li l-evalwazzjoni ta’ dan ir-riskju għandha ssir fuq il-bażi tad-data xjentifika disponibbli l-iktar affidabbli u tar-riżultati l-iktar reċenti tar-riċerka internazzjonali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Greenham u Abel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-95/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:71">EU:C:2004:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk data xjentifika internazzjonali affidabbli u reċenti hija disponibbli fid-data li fiha ssir l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji prevista fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2002/46, tali evalwazzjoni ma tistax ssir mingħajr ma titqies din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li għat-tielet domanda tingħata r-risposta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji prevista fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ din id-direttiva, li għandha ssir qabel l-istabbiliment tal-limiti ogħla ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-kwantitajiet massimi previsti fl-istess Artikolu 5, issir biss fuq il-bażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali, meta opinjonijiet xjentifiċi internazzjonali affidabbli u reċenti fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ffissar ta’ limiti ogħla jkunu wkoll disponibbli fid-data tal-adozzjoni tal-miżura kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020610">10 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel, u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura dwar it-tqegħid fis-suq ta’ dan l-Istat Membru ta’ supplimenti tal-ikel li l-kontenut ta’ nutrijenti tagħhom jeċċedi d-dożi massimi għal kull jum stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni u li huma legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kwantitajiet massimi previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva għandhom jiġu ffissati każ b’każ u fid-dawl tal-elementi kollha li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 5(1) u (2), b’mod partikolari l-limiti ogħla ta’ sigurtà stabbiliti, għan-nutrijenti kkonċernati, wara evalwazzjoni xjentifika ddettaljata tar-riskji għas-saħħa pubblika, ibbażata mhux fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda fuq data xjentifika rilevanti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-metodu ta’ ffissar ta’ dawn il-kwantitajiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfax dawn ir-rekwiżiti.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46 u dawk tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji prevista fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ din id-direttiva, li għandha ssir qabel l-istabbiliment tal-limiti ogħla ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-kwantitajiet massimi previsti fl-istess Artikolu 5, issir biss fuq il-bażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali, meta opinjonijiet xjentifiċi internazzjonali affidabbli u reċenti fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ffissar ta’ limiti ogħla jkunu wkoll disponibbli fid-data tal-adozzjoni tal-miżura kkonċernata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>