|
11.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1327
tal-10 ta’ Awwissu 2021
li jemenda l-Annessi II, IX u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ solipedi salvaġġi, prodotti tas-sajd mill-akkwakultura, u insetti, u jikkoreġi l-Anness XI ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ saqajn taż-żrinġijiet u ta’ bebbux
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni elenkati f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(2) |
Pajjiż terz jew reġjun tiegħu jista’ biss jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jekk ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625, u ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(a) sa (f) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 huwa l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ programm ta’ kontroll ta’ residwi approvat mill-Kummissjoni, meta applikabbli, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3). |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (5) tapprova l-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi li jikkonċernaw annimali speċifiċi u prodotti tal-annimali elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/653 (6) emendat id-Deċiżjoni 2011/163/UE u approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi ta’ ċerti pajjiżi terzi, li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Xi wħud minn dawn il-pajjiżi terzi kienu diġà ssottomettew evidenza u garanziji xierqa li l-annimali u l-oġġetti kkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(a) sa (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Jenħtieġ li dawn il-pajjiżi jiġu inklużi fil-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 skont dan. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 neħħiet jew irrestrinġiet l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi ta’ ċerti pajjiżi terzi, li attwalment huma inklużi fil-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Jenħtieġ li l-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan sabiex titneħħa jew tiġi ristretta l-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 approvat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għan-Namibja għall-kaċċa salvaġġa. Ladarba n-Namibja pprovdiet biżżejjed evidenza u garanziji li tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-ikkapuljat, u ta’ preparati tal-laħam ta’ solipedi salvaġġi, jenħtieġ li dan il-pajjiż jiżdied mal-lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam ta’ solipedi salvaġġi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, bil-kumment “kaċċa salvaġġa biss”. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 approvat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tan-Niġerja għall-akkwakultura bil-kumment “eskluż il-ħut bil-pinen”. Ladarba n-Niġerja pprovdiet biżżejjed evidenza u garanziji li tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura, jenħtieġ li l-entrata tan-Niġerja fil-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 tiġi emendata sabiex il-pajjiż jiġi awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura bl-eċċezzjoni tal-ħut bil-pinen. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 approvat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-Oman għall-akkwakultura bil-kumment “esklużi l-krustaċji”. Ladarba l-Oman pprovda biżżejjed evidenza u garanziji li jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura, jenħtieġ li l-entrata tal-Oman fil-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 tiġi emendata sabiex il-pajjiż jiġi awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura bl-eċċezzjoni tal-krustaċji. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 żiedet il-kumment “esklużi l-krustaċji” mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-akkwakultura tal-Gżejjer Falkland, tal-Montenegro, tal-Marokk u tal-Ukrajna. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-pajjiżi ma jiġux awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-krustaċji mill-akkwakultura. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 żiedet il-kumment “esklużi l-krustaċji” mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-akkwakultura tal-Gwatemala, tal-Mozambique, tan-Nikaragwa u tat-Tanzanija. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-pajjiżi ma jiġux awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-ħut bil-pinen mill-akkwakultura. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653 emendat in-noti f’qiegħ il-paġna li japplikaw għall-prodotti tal-akkwakultura. “Krustaċji biss” u “ħut bil-pinen biss” ġew sostitwiti minn “esklużi l-ħut bil-pinen” u “esklużi l-krustaċji”, rispettivament. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa meħtieġ li tiġi allinjata l-formulazzjoni tal-kummenti fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 ma’ dik fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/653. |
|
(12) |
Fit-12 ta’ Marzu 2021, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit issottomettiet il-kwestjonarju rilevanti lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit wieġbet b’mod sodisfaċenti għall-mistoqsijiet kollha, u għaldaqstant ipprovdiet biżżejjed evidenza u garanziji lill-Kummissjoni li juru li r-rekwiżiti ekwivalenti għall-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 ġew issodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ insetti stabbiliti fl-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, IX u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan. |
|
(14) |
L-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fih żbalji f’termini ta’ ommissjoni u ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-Armenja u l-Ażerbajġan. Dawk l-iżbalji jbiddlu t-tifsira tat-test. |
|
(15) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, IX, XI u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/653 tal-20 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, 22.4.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-ikkapuljat, u ta’ preparati tal-laħam ta’ solipedi salvaġġi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 19(2)
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ |
KUMMENTI |
|
NA |
In-Namibja |
Kaċċa salvaġġa biss |
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
Kaċċa salvaġġa biss |
ANNESS IX
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 13, l-Artikoli 18(3), 19(4), u 20(3), u fl-Artikoli 22(b) u 25(d)
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
KUMMENTI |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
Akkwakultura: Materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra biss approvata għall-importazzjonijiet ta’ tali materja prima fl-Unjoni |
|
AG |
Antigua u Barbuda |
Awwisti ħajjin minn qabda salvaġġa biss |
|
AL |
L-Albanija |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
AM |
L-Armenja |
Ċkali salvaġġi ħajjin, ċkali mhux imrobbija ipproċessati bis-sħana u ċkali mhux imrobbija iffriżati biss |
|
AO |
L-Angola |
Qabda salvaġġa biss |
|
AR |
L-Arġentina |
|
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
AZ |
L-Ażerbajġan |
Kavjar minn qabda salvaġġa biss |
|
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
BJ |
Il-Benin |
Qabda salvaġġa biss |
|
BN |
Il-Brunei |
Prodotti tal-akkwakultura biss |
|
BQ |
Bonaire, Sint Eustatius u Saba |
Qabda salvaġġa biss |
|
BR |
Il-Brażil |
|
|
BS |
Il-Bahamas |
Qabda salvaġġa biss |
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
BZ |
Il-Belize |
Qabda salvaġġa biss |
|
CA |
Il-Kanada |
|
|
CG |
Il-Kongo |
Qabda salvaġġa biss. Prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar biss |
|
CH |
L-Iżvizzera (1) |
|
|
CI |
Il-Kosta tal-Avorju |
Qabda salvaġġa biss |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
CO |
Il-Kolombja |
|
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
CU |
Kuba |
|
|
CV |
Cape Verde |
Qabda salvaġġa biss |
|
CW |
Curaçao |
Qabda salvaġġa biss |
|
DZ |
L-Alġerija |
Qabda salvaġġa biss |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
EG |
L-Eġittu |
Qabda salvaġġa biss |
|
ER |
L-Eritrea |
Qabda salvaġġa biss |
|
FJ |
Fiġi |
Qabda salvaġġa biss |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
GA |
Il-Gabon |
Qabda salvaġġa biss |
|
GB |
Ir-Renju Unit (2) |
|
|
GD |
Grenada |
Qabda salvaġġa biss |
|
GE |
Il-Georgia |
Qabda salvaġġa biss |
|
GG |
Guernsey |
Qabda salvaġġa biss |
|
GH |
Il-Ghana |
Qabda salvaġġa biss |
|
GL |
Greenland |
Qabda salvaġġa biss |
|
GM |
Il-Gambja |
Qabda salvaġġa biss |
|
GN |
Il-Guinea |
Qabda salvaġġa biss. Ħut li ma għadda minn ebda operazzjoni ta’ preparat jew ipproċessar għajr il-qtugħ tar-ras, l-evixxerazzjoni, it-tkessiħ jew l-iffriżar biss. |
|
GT |
Il-Gwatemala |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
GY |
Il-Guyana |
Qabda salvaġġa biss |
|
HK |
Hong Kong |
Qabda salvaġġa biss |
|
HN |
Il-Honduras |
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
IL |
L-Iżrael (3) |
|
|
IM |
Isle of Man |
|
|
IN |
L-Indja |
|
|
IR |
L-Iran |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
JE |
Jersey |
Qabda salvaġġa biss |
|
JM |
Il-Ġamajka |
Qabda salvaġġa biss |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
|
KE |
Il-Kenja |
|
|
KI |
Kiribati |
Qabda salvaġġa biss |
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
KZ |
Il-Każakistan |
Qabda salvaġġa biss |
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
MA |
Il-Marokk |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
MD |
Il-Moldova |
Kavjar biss |
|
ME |
Il-Montenegro |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
MG |
Madagascar |
|
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
|
MM |
Il-Myanmar/Burma |
|
|
MR |
Il-Mauritania |
Qabda salvaġġa biss |
|
MU |
Mauritius |
|
|
MV |
Il-Maldivi |
Qabda salvaġġa biss |
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
MY |
Il-Malasja |
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
NA |
In-Namibja |
Qabda salvaġġa biss |
|
NC |
New Caledonia |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
NG |
In-Niġerja |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
NI |
In-Nikaragwa |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
NZ |
New Zealand |
|
|
OM |
L-Oman |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
PA |
Il-Panama |
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
Qabda salvaġġa biss |
|
PG |
Papua New Guinea |
Qabda salvaġġa biss |
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
Qabda salvaġġa biss |
|
PK |
Il-Pakistan |
Qabda salvaġġa biss |
|
RS |
Is-Serbja |
|
|
RU |
Ir-Russja |
Qabda salvaġġa biss |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
Qabda salvaġġa biss |
|
SC |
Is-Seychelles |
Qabda salvaġġa biss |
|
SG |
Singapore |
|
|
SH |
Saint Helena (Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u ta’ Ascension) |
Qabda salvaġġa biss |
|
Tristan da Cunha (Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Saint Helena u Ascension) |
Awwisti (friski jew iffriżati) minn qabda salvaġġa biss |
|
|
SN |
Is-Senegal |
Qabda salvaġġa biss |
|
SR |
Is-Suriname |
Qabda salvaġġa biss |
|
SV |
El Salvador |
Qabda salvaġġa biss |
|
SX |
Sint Maarten |
Qabda salvaġġa biss |
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
TN |
It-Tuneżija |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
TR |
It-Turkija |
|
|
TW |
It-Tajwan |
|
|
TZ |
It-Tanzanija |
Esklużi l-ħut bil-pinen mill-akkwakultura |
|
UA |
L-Ukrajna |
Esklużi l-krustaċji mill-akkwakultura |
|
UG |
L-Uganda |
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
|
UY |
L-Urugwaj |
|
|
VE |
Il-Venezwela |
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
YE |
Il-Jemen |
Qabda salvaġġa biss |
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
Qabda salvaġġa biss |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
Qabda salvaġġa biss |
ANNESS XI
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ saqajn taż-żrinġijiet u ta’ bebbux, kif imsemmi fl-Artikolu 17
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
KUMMENTI |
|
AL |
L-Albanija |
|
|
AM |
L-Armenja |
Bebbux biss |
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
AZ |
L-Ażerbajġan |
|
|
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
Bebbux biss |
|
BR |
Il-Brażil |
Saqajn taż-żrinġijiet biss |
|
BY |
Il-Belarussja |
Bebbux biss |
|
CA |
Il-Kanada |
Bebbux biss |
|
CH |
L-Iżvizzera (4) |
|
|
CI |
Il-Kosta tal-Avorju |
Bebbux biss |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
Bebbux biss |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
DZ |
L-Alġerija |
Bebbux biss |
|
EG |
L-Eġittu |
Saqajn taż-żrinġijiet biss |
|
GB |
Ir-Renju Unit (5) |
|
|
GG |
Guernsey |
|
|
GH |
Il-Ghana |
Bebbux biss |
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
IM |
Isle of Man |
|
|
IN |
L-Indja |
Saqajn taż-żrinġijiet biss |
|
JE |
Jersey |
|
|
MA |
Il-Marokk |
Bebbux biss |
|
MD |
Il-Moldova |
Bebbux biss |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
Bebbux biss |
|
NG |
In-Niġerja |
Bebbux biss |
|
NZ |
New Zealand |
Bebbux biss |
|
PE |
Il-Perù |
Bebbux biss |
|
RS |
Is-Serbja |
Bebbux biss |
|
TH |
It-Tajlandja |
Bebbux biss |
|
TN |
It-Tuneżija |
Bebbux biss |
|
TR |
It-Turkija |
|
|
UA |
L-Ukrajna |
Bebbux biss |
|
US |
L-Istati Uniti |
Bebbux biss |
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
Bebbux biss |
ANNESS XV
Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ insetti kif imsemmi fl-Artikolu 24
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
KUMMENTI |
|
CA |
Il-Kanada |
|
|
CH |
L-Iżvizzera |
|
|
GB |
Ir-Renju Unit (6) |
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
(1) F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(2) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(3) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(4) B’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(5) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(6) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.