|
16.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9043 — ZF/MAGURA/BFO/BMZ/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 288/09)
1.
Fit-8 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ZF Friedrichshafen AG, Friedrichshafen (“ZF”, il-Ġermanja), |
|
— |
Gustav Magenwirth GmbH & Co. KG (“MAGURA”, il-Ġermanja), |
|
— |
Brake Force One GmbH, (“BFO”, il-Ġermanja), |
|
— |
BMZ Batterien-Montage-Zentrum GmbH (“BMZ”, il-Ġermanja), |
|
— |
Sachs Micro Mobility GmbH (“JV”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn ZF, MAGURA, BFO u Unicorn Energy GmbH. |
ZF, MAGURA, BFO u BMZ jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-joint venture (JV) kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— ZF: predominantement attiva bħala produttur ta’ komponenti tal-karozzi, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija tad-driveline u tax-chassis kif ukoll mat-teknoloġija tas-sikurezza attiva u passiva;
— MAGURA: predominantement timmanifattura komponenti għar-roti u l-muturi;
— BFO: tipproduċi u tiżviluppa brakes u prototipi ta’ prodotti ta’ darba għar-roti u vetturi ħfief tal-elettriku;
— BMZ: tiżviluppa u tipproduċi sistemi ta’ batteriji ta’ teknoloġija għolja għal applikazzjonijiet fil-karozzi, mobilità elettronika u ħżin, applikazzjonijiet mediċi u industrijali kif ukoll għodda tal-elettriku u tal-ġnien;
— JV: Il-joint venture se tiżviluppa, tipproduċi u tikkummerċjalizza sistemi tal-ABS u s-sewqan għal vetturi ħfief tal-elettriku.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9043 — ZF/MAGURA/BFO/BMZ/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Fax: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).