|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
401 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Settembru 2005
dwar għajnuna Komunitarja fil-kuntest ta' miżuri ta' urġenza tal-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Portugall fl-2004 u l-2005
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3446)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
(2005/660/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2)d tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u (5), it-tieni inċiż, u l-Artikolu 5(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Novembru 2004, fil-Portugall dehru xi każijiet ta' deni katarrali tan-nagħaġ (bluetongue). Id-dehra ta' din il-marda tirrappreżenta periklu gravi għall-merħliet tal-Komunità. |
|
(2) |
Biex fl-iqsar żmien possibbli jiġi pprevenut it-tixrid tal-marda, il-Komunità għandha tipparteċipa fil-finanzjament ta' l-ispejjeż eliġibbli li jidħlu għalihom l-Istat Membru fil-kuntest tal-miżuri ta' urġenza għall-ġlieda kontra din il-marda, fil-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(3) |
Diversi deċiżjonijiet, speċjalment l-aktar waħda reċenti, jiġifieri d-Deċiżjoni 2005/393/KE (3) dwar iż-żoni ta' sorveljanza għall-bluetongue u l-kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċaqliq minn jew ġewwa dawn iż-żoni, ġew adottati mill-Kummissjoni sabiex jiġu definiti ż-żoni ta' sorveljanza u ta' ħarsien, u l-kriterji rekwiżiti għall-bhejjem li jkunu se jinħarġu min dawn iż-żoni jew jiċċaqilqu fi ħdanhom. |
|
(4) |
Ġaladarba din hija marda li tiġi trażmessa minn “nemus”, fost il-miżuri kollha previsti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, huma pertinenti biss dawk li għandhom l-għan li jħarsu l-bhejjem mill-attakki ta' l-organiżmi li jġorru l-marda (trattamenti insettiċidi, il-ħruġ waqt il-ħinijiet ta' anqas attività ta' dawn l-organiżmi) kif ukoll dawk immirati lejn il-prevenzjoni tat-tixrid ta' l-epidemija permezz taċ-ċaqliq tal-bhejjem (Deċiżjoni 2005/393/KE). Il-qatla tal-bhejjem ta' l-ispeċijiet suxxettibbli mhijiex pertinenti ħlief fil-każ ta' l-annimali morda. |
|
(5) |
Minħabba l-iżvilupp tal-marda, jeħtieġ li tiġi implimentata kampanja ta' tilqim fiż-żoni ta' ħarsien li ġew stabbiliti madwar iċ-ċentri fejn faqqgħet il-marda. |
|
(6) |
It-tilqim huwa miżura li tippermetti, flimkien mal-miżuri pertinenti ta' eradikazzjoni:
|
|
(7) |
Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4), il-miżuri veterinarji tas-saħħa u dawk tas-saħħa tal-pjanti li jittieħdu skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija; Il-kontroll finanzjarju ta' dawn l-azzjonijiet jaqa' taħt l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament imsemmi. |
|
(8) |
Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet programmati jkunu twettqu tassewu li l-awtoritajiet jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ fi skadenzi fissi. |
|
(9) |
Fit-28 ta' Diċembru 2004, il-Portugall ippreżenta l-ewwel stima ta' l-ispejjeż fil-kuntest tal-miżuri ta' urġenza għall-ġlieda kontra l-marda; stima li ġiet aġġornata fil-25 ta' Frar 2005, u li laħqet EUR 9 005 320. |
|
(10) |
Huwa xieraq li, minn issa, fl-istennija li jitwettqu l-kontrolli tal-Kummissjoni, tiġi ffissata s-somma ta' l-ewwel pagament parzjali ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità. Dan l-ewwel pagament parzjali għandu jkun ta' 50 % tal-kontribut KOmunitarju stabbilit fuq il-bażi ta' l-istima ta' l-ispejjeż għall-kumpens tar-raħħala għall-bhejjem u nefqiet oħra. |
|
(11) |
Jeħtieġ li jiġi ppreċiżat il-kunċett ta' “kumpens mgħaġġel u adegwat għall-bdiewa li jrabbu l-annimali” li jissemma fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, flimkien mal-kunċetti ta' “ħlasijiet raġunevoli” u “ħlasijiet ġustifikati” u l-kategoriji ta' nefqiet eliġibbli bħala “nefqiet oħra” relatati mal-qatla obbligatorja tal-bhejjem. |
|
(12) |
L-awtoritajiet Portugiżi qdew għal kollox l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom rigward il-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-kampnaja ta' titlqim
Il-kampanja ta' tilqim kontra l-bluetongue imwettqa mill-Portugall fiż-żoni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Għoti ta' appoġġ finanzjarju Komunitarju lill-Portugall
Il-Portugall għandu jibbenefika mill-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta' urġenza għall-ġlieda kontra l-marda bluetongue fl-2004 u l-2005.
|
1 |
fil-livell ta' 50 % ta' l-ispejjeż għal:
|
|
2. |
fil-livell ta' 100 % ta' l-ispejjeż għall-forniment tal-vaċċini, fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(4) u (5), it-tieni inċiż, tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u f'din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
|
a) |
“kumpens rapidu u adegwat”: il-ħlas, matul id-disgħin jum wara l-qatla tal-bhejjem, ta' kumpens li jikkorrispondi għall-valur fis-suq (il-prezz li l-proprjetarju jkun seta' jakkwista għall-annimal immedjatament qabel il-kontaminazzjoni jew il-qatla ta' dan, fil-qies xieraq tas-siwi, il-kwalità u l-età ta' l-annimal) li kellhom immedjatament qabel ma ġew ikkontaminati, maqtula jew meqruda; |
|
b) |
“ħlasijiet raġunevoli”: ħlasijiet għax-xiri ta' materjal jew ta' servizzi għal prezzijiet proporzjonati fi tqabbil mal-prezzijiet li kienu fis-suq qabel ma dehret il-marda tal-bluetongue; |
|
c) |
“ħlasijiet ġustifikati”: ħlasijiet għax-xiri ta' materjal jew ta' servizzi msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, li n-natura tagħhom u r-rabta diretta tagħhom mal-qatla obbligatorja tal-bhejjem fl-istabbilimenti jkunu ġew murija. |
Artikolu 4
Modalitajiet ta' ħlas ta' l-appoġġ finanzjarju
1. Soġġetta għar-riżultati tal-kontrolli eventwali msemmija fl-Artikolu 7, pagament inizjali ta' € 1 000 000 għandu jitħallas, bħala appoġġ finanzjarju tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 2, għall-qatla obbligatorja, il-qerda tal-bhejjem, l-eliminazzjoni ta' l-insetti mill-istabbiliment u, jekk dan ikun il-każ, it-tilqim tal-bhejjem.
2. Il-bilanż ta' l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 2 għandu jiġi ddeterminat f'deċiżjoni ulterjuri adottata f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.
Artikolu 5
Spejjeż eliġibbli koperti mill-appoġġ finanzjarju tal-Komunità
1. L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 2 ma jkoprix ħlief il-ħlasijiet ġustifikati u raġunevoli relatati ma' l-ispejjeż eliġibbli li jissemmew fl-Anness I.
2. In-nuqqas ta' osservanza min-naħa ta' l-awtoritajiet Portugiżi ta' l-iskadenza għall-ħlas li tissemma fl-Artikolu 3(a) għandha twassal għal tnaqqis tas-somom eliġibbli skond ir-regoli li jidhru hawn taħt:
|
— |
tnaqqis ta' 25 % għall-ħlasijiet li jsiru bejn 91 jum u 105 jiem wara l-qatla tal-bhejjem; |
|
— |
tnaqqis ta' 50 % għall-ħlasijiet li jsiru bejn 106 jiem u 120 jum wara l-qatla tal-bhejjem; |
|
— |
tnaqqis ta' 75 % għall-ħlasijiet li jsiru bejn 121 u 135 jum wara l-qatla tal-bhejjem; |
|
— |
tnaqqis ta' 100 % għall-ħlasijiet li jsiru bejn 136 u 135 jiem wara l-qatla tal-bhejjem; |
Madankollu, il-Kummissjoni tista' tapplika skeda differenti taż-żmien u/jew rati ta' tnaqqis iktar baxxi, jew saħansitra l-ebda tnaqqis, jekk iqumu kundizzjonijiet partikolari ta' ġestjoni għal ċerti miżuri, jew fil-każ li l-Portugall iressaq ġustifikazzjonijiet imsejsa fis-sod.
3. L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità li jissemma fl-Artikolu (2) jeskludi:
|
a) |
it-taxxa fuq il-valur miżjud; |
|
b) |
ir-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali jew aġenti pubbliċi; |
|
c) |
l-ispejjeż relatati ma' l-użu ta' materjali pubbliċi, ħlief għal dawk konsumibbli; |
|
d) |
il-kumpens li jirriżulta minn qatla għajr dik obbligatorja; |
|
e) |
il-ħlasijiet ta' kumpens miġmugħa flinkien ma' appoġġi Komunitarji oħra, bħalma huma l-premiums tal-qatla, bi ksur tar-regoli Komunitarji; |
|
f) |
il-ħlasijiet ta' kumpens relatati mal-qrid jew ir-rinnovazzjoni tal-bini ta' stabbiliment, l-ispejjeż infrastrutturali u l-infiq relatat mat-telf ekonomiku u mal-qgħad assoċjati mal-marda jew mal-projbizzjoni tal-popolament mill-ġdid. |
Artikolu 6
Kundizzjonijiet tal-ħlas u dokumenti ta' ġustifika
1. L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità li jissemma fl-Artikolu 2 għandu jitħallas fuq il-bażi ta' li ġej:
|
a) |
talba ppreżentata, f'konformità ma' l-Annessi II, III a u III b, fl-iskadenza ffissata mill-paragrafu 2; |
|
b) |
id-dokumenti ta' ġustifika ta' l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 2, inkluż rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment li fih il-bhejjem ikunu nqatlu jew inqerdu, flimkien ma' rapport finanzjarju; |
|
c) |
ir-riżultati ta' kontrolli eventwali mwettqa fil-post mill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 7. |
Id-dokumenti msemmija fil-punt b hawn fuq għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għat-twettiq ta' verifiki.
2. It-talba msemmija fil-pragrafu 1, punt a, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' fajl informatiku, f'konformità ma' l-Annessi II, IIa u IIIb, fi żmien 60 jum kalendarju mid-data ta' l-avviż ta' din id-Deċiżjoni. Fil-każ li din l-iskadenza ma tiġix osservata, l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità jitnaqqas b'25 % għal kull xahar ta' dewmien.
Artikolu 7
Kontrolli fil-post imwettqa mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti Portugiżi, tista' twettaq kontrolli fuq il-post rigward l-implimentazzjoni tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 2 u l-infiq relatat magħhom.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.
Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta’ Settembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/99/KE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(3) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/603/KE (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 11).
ANNESS I
Spejjeż eliġibbli msemmija fl-Artikolu 5(1)
|
1. |
Spejjeż relatati mal-qatla obbligatorja tal-bhejjem:
|
|
2. |
Nefqiet relatati mal-qerda tal-karkassi u/jew tal-bajd:
|
|
3. |
Spejjeż relatati ma' l-eliminazzjoni ta' l-insetti mill-istabbilimenti
|
|
4. |
Fil-kuntest tat-tilqim, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jkopru s-salarji u l-ħlasijiet lill-istaff li jkun ġie impjegat apposta, l-oġġetti konsumibbli u t-tagħmir speċifiku utilizzat għat-tilqim, u, jekk ikun il-każ, ix-xiri ta' vaċċini mill-Istat Membru, meta l-Komunità ma tkunx fil-qagħda li tipprovdi l-vaċċini meħtieġa għall-eradikazzjoni tal-marda. |
ANNESS II
Talba għal kontribuzzjoni b'kumpens ta' l-ispejjeż tal-qatla obbligatorja tal-bhejjem
|
Lok kontaminat Nru |
Kun-tatt ma' lok kontaminat Nru |
Nru ta' l-identità ta' l-istabbilment |
Raħħal |
Lok ta' l-istabbilment |
Data tal-qatla |
Metodu ta' qerda |
Piż mal-qerda |
Għadd ta' annimal skond il-kategorija |
Somma mħallsa skond il-kategorija |
Spejjeż oħra mħallsa lirraħħal (mingħajr VAT) |
Kumpens totali (mingħajr VAT) |
Data talħlas |
||||||||||||||
|
Kunjom |
Isem |
Clos d’équarrissage |
Autres (à préciser) |
nagħaġ |
mogħoż |
oħrajn |
nagħaġ |
mogħoż |
oħrajn |
|||||||||||||||||
|
nagħġa |
kibx |
ħaruf |
mogħża |
bod-bod |
gidi |
nagħġa |
kibx |
ħaruf |
mogħża |
bodbod |
gidi |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS III a
Talba għal kontribuzzjoni b'kumpens għall-ispejjeż l-oħra eliġibbli tal-qatla obbligatorja
|
“Spejjeż oħra” ta' l-istabbiliment Nru … (bl-esklużjoni tal-kumpens tal-valur tal-bhejjem) |
|
|
Intestatura |
Somma mingħajr VAT |
|
Qatla |
|
|
Qerda (trasport u trattament) |
|
|
Eliminazzjoni ta' l-insetti (salarji u prodotti) |
|
|
Total |
|
ANNESS III b
Talba għal kontribuzzjoni b'kumpens għall-ispejjeż l-oħra eliġibbli fil-kuntest tal-kampanja ta' tilqim kontra l-bluetongue
|
Spejjeż magħmula |
||
|
Kategorija ta' vaċċini |
Numru ta' dożi |
Somma mingħajr VAT |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Salarji u ħlasijiet (staff impjegat apposta) |
|
|
|
Oġġetti konsumibbli u tagħmir speċifiku għat-tilqim |
|
|
|
Total |
|
|