European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3948

21.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12538 – H.I.G. EU MM LBO II / TERRAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3948)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

H.I.G. Europe Middle Market LBO Fund II, SCSp (“H.I.G. EU MM LBO II”, il-Lussemburgu), fond ġestit jew mogħti parir minn H.I.G. Capital, LLC (“H.I.G. Capital”, l-Istati Uniti),

—

Terras Gruppe GmbH (“Terras”, il-Ġermanja).

H.I.G. EU MM LBO II se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Terras kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

H.I.G. EU MM LBO II hija fond ta’ investiment stabbilita fil-Lussemburgu u ġestita minn H.I.G. Capital, ditta globali tal-investiment ta’ ekwità privata u assi alternattivi bbażata f’Miami, l-Istati Uniti. H.I.G. Capital tispeċjalizza fil-forniment kemm ta’ dejn kif ukoll ta’ kapital ta’ ekwità lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju,

—

Terras hija stabbilita fil-Ġermanja u topera fis-settur tal-inġinerija ċivili. Barra minn hekk, Terras toffri servizzi relatati mal-inġinerija ċivili, b’mod partikolari servizzi ta’ inġinerija — upstream — (jiġifieri investigazzjonijiet tal-ħamrija, stħarriġ topografiku u rapporti ta’ esperti), il-kummerċ fil-materjali tal-bini u l-materjali bl-ingrossa, uir-rimi tal-iskart — downstream — (miżbliet u riċiklaġġ). Terras hija attiva kważi esklużivament fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12538 – H.I.G. EU MM LBO II / TERRAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3948/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)