<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑287/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0287</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:575">EU:C:2017:575</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170720">20.7.2017</DATE> – KAWŻA C-287/16</P><P>FIDELIDADE-COMPANHIA DE SEGUROS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-proċedura: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 72/166/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>It-Tieni Direttiva 84/5/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt tal-assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet foloz dwar il-proprjetà tal-vettura u l-identità tas-sewwieq abitwali tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Il-persuna assigurata</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ interess ekonomiku għall-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effetti fil-konfront ta’ terzi li jkunu sfaw vittmi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑287/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fidelidade-Companhia de Seguros SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Caisse Suisse de Compensation,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fundo de Garantia Automóvel,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sandra Cristina Crystello Pinto Moreira Pereira,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Catarina Ferreira Seemann,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">José Batista Pereira,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Teresa Rosa Teixeira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur) u C.G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo kif ukoll minn M. Rebelo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Costa de Oliveira u K.-Ph. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10; iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ewwel Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3; iktar ’il quddiem: it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Tieni Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Tielet Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Fidelidade-Companhia de Seguros SA u l-Caisse Suisse de Compensation, u l-Fundo de Garantia Automóvel (fondi ta’ garanzija fuq il-karozzi), u Sandra Cristina Crystello Pinto Moreira Pereira, u Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann, u Catarina Ferreira Seemann, u José Batista Pereira u Teresa Rosa Teixeira dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lok għan-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, konkluż fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet foloz dwar l-identità tal-proprjetarju ta’ vettura bil-mutur u ta’ dik tas-sewwieq abitwali tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kull Stat Membru għandu […] jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni. Il-limiti koperti tar-responsabbiltà u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Is-sitt u s-seba’ premessi tat-Tieni direttiva jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Billi huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall-korp li jiggarantixxi li l-vittma ma tibqax mingħajr kumpens meta l-vettura li kkaġunat l-inċident tkun mingħajr assigurazzjoni jew ma tkunx identifikata; billi huwa importanti, mingħajr ma jiġu emendati d-dispożizzjonijiet applikati mill-Istati Membri fir-rigward tan-natura sussidjarja jew non-sussidjarja tal-kumpens imħallas minn</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><P>dak il-korp u tar-regoli applikabbli fir-rigward ta’ subrogazzjoni, li jiġi previst li l-vittma ta’ dan l-inċident għandha tkun tista’ tapplika direttament lil dak il-korp bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt; billi, madanakollu, Stati Membri għandhom jingħataw il-possibiltà li japplikaw ċerti esklużjonijiet limitati fir-rigward ta’ ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp u li jipprovdu li kumpens għal ħsara lil propjetà kkaġunata minn vettura mhux identifikata jista’ jkun limitat jew eskluż bl-iskop tal-perikolu ta’ frodi;</P></CONSID><CONSID><P>Billi huwa fl-interess ta’ vittmi li l-effetti ta’ ċerti klawsoli ta’ esklużjoni jkunu limitati għar-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-persuna reponsabbli għall-inċident; billi, madanakollu, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew akkwistati b’vjolenza, Stati Membri jistgħu jispeċifikaw li kumpens għandu jitħallas mill-korp imsemmi hawn fuq<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva jipprovdi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp li jkollu bħala għan li jikkumpensa, minn tal-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, id-danni materjali jew personali kkawżati minn vettura mhux identifikata jew mhux assigurata. Din id-dispożizzjoni tistipula fit-tielet subparagrafu tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[…] [L-Is]tati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li minn jeddhom daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment meta il-korp jista’ jipprova li kienu jafu li l-vettura ma kinitx assigurata.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawżola kontrattwali li tkun tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(1) ta[l-Ewwel Direttiva], li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew implikata għal dan;</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura kkonċernata,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura kkonċernata, għandha</P></ITEM></LIST><P>għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3(1) ta[l-ewwel direttiva], titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident.</P></ALINEA><ALINEA>Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fl-ewwel inċiż tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jista’ jipprova li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-raba’ premessa tat-Tielet Direttiva tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Billi l-vittmi ta’ l-aċċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn fil-Komunità jseħħu l-aċċidenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) ta[t‑Tieni Direttiva], l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) ta[l-Ewwel Direttiva] għandha tkopri r-responsabbiltà għal korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Ewwel Direttiva ġiet applikata fid-dritt Portugiż permezz tad-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 522/85 – Seguro Obrigatório de Responsabilidade Civil Automóvel (Digriet-Liġi Nru 522/85 fuq l-assigurazzjoni obligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi), tal-<DATE ISO="19851231">31 ta’ Diċembru 1985</DATE>. Dan id-Digriet-Liġi, kif emendat bid-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 72-A/2003 – Lei do Seguro Obrigatório (Digriet-Liġi Nru 72-A/2003, liġi fir-rigward tal-assigurazzjoni obbligatorja), tal-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE>, fis-seħħ fid-data tal-fatti fl-oriġini tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Digriet-Liġi Nru 522/85<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprevedi fl-Artikolu 1(1) tiegħu, l-obbligu li wieħed jassigura vettura tal-art bil-mutur fil-kliem li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kull persuna li tista’ tkun responsabbli ċivilment tal-kumpens għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali li jirriżultaw mid-danni tanġibbli jew materjali kkawżati lil terzi minn vettura tal-art bil-mutur, l-irmonk jew semi-irmonk tagħha, għandu, sabiex dawn il-vetturi jkunu jistgħu jiċċirkulaw, ikun kopert minn assigurazzjoni li tiggarantixxi l-imsemmija resposabbiltà skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet-Liġi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Digriet-Liġi Nru 522/85, dwar is-suġġetti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1</NO.PARAG><ALINEA>– L-obbligu tal-assigurazzjoni jibbaża fuq il-proprjetarju tal-vettura, ħlief fil-każ tal-użufrutt, tal-bejgħ bir-riżerva tal-proprjetarju u tas-sistema ta’ leasing, li fihom l-imsemmi obbligu jibbaża, rispettivament, fuq l-użufruttwarju, ix-xerrej jew il-kerrej.</ALINEA><ALINEA>Għalkemm kull persuna oħra tikkonkludi, fir-rigward tal-vettura, kuntratt ta’ assigurazzjoni li jissoddisfa d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet-Liġi, l-obbligu tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 huwa sodisfatt matul it-tul tal-imsemmi kuntratt.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-istess Digriet-Liġi, dwar l-infurzabbiltà tal-eċċezzjonijiet lill-vittmi, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Lil hinn mill-esklużjonijiet jew mill-possibbiltajiet ta’ annullament stabbiliti minn dan id-Digriet-Liġi, il-persuna li qed tassigura tista’ biss tinvoka lill-vittmi x-xoljiment tal-kuntratt fil-kliem tal-Artikolu 13(1) jew ir-riżoluzzjoni jew l-annullament tiegħu fil-kliem tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, peress li huma preċedenti għad-data tal-inċident.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-kodiċi tal-kummerċ Portuġiż jittratta l-assigurazzjoni fit-Titolu XV tiegħu. L-Artikoli 428 u 429 tiegħu huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikolu 428 Għall-kunsiderazzjoni ta’ min l-assigurazzjoni tista’ tiġi konkluża</P><P>L-assigurazzjoni tista’ tiġi konkluża għall-kunsiderazzjoni ta’ xi ħadd jew għall-kunsiderazzjoni tal-oħrjan.</P><PARAG IDENTIFIER="428.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-persuna li għaliha jew għan-nom tagħha l-assigurazzjoni hija konkluża ma għandhiex interess fil-ħaġa assigurata, l-assigurazzjoni hija nulla.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="428.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ma huwiex iddikjarat fil-polza ta’ assigurazzjoni li l-assigurazzjoni hija konkluża għall-kunsiderazzjoni ta’ ħaddieħor, huwa kkunsidrat li hija konkluża għall-kunsiderazzjoni ta’ dak li jikkuntrattaha.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><P>Artikolu 429 Nullità tal-assigurazzjoni minħabba ineżattezzi jew ommissjonijiet</P><P>Kull dikjarazzjoni mhux eżatta, kif ukoll kull ommissjoni volontarja tal-fatti jew taċ-ċirkustanzi magħrufa tal-persuna assigurata jew ta’ dak li jikkonkludi l-assigurazzjoni u li seta’ jinfluwenza l-eżistenza jew il-kundizzjonijiet tal-kuntratt li jwasslu għan-nullità tal-assigurazzjoni.</P><P>Paragrafu uniku. Jekk il-parti li għamlet id-dikjarazzjonijiet kienet <HT TYPE="ITALIC">in mala fede</HT>, il-persuna li qed tassigura tista’ tirrikjedi l-primjum.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040520">20 ta’ Mejju 2004</DATE> seħħ inċident tat-triq li kien jimplika, minn naħa, vettura bil-mutur misjuqa minn Teixeira Pereira u li tappartjeni għal S.C. Crystello Pinto Moreira Pereira u, min-naħa l-oħra, mutur misjuq mill-proprjetarju tiegħu, Seemann. L-inċident ikkawża l-mewt tas-sewwieqa taż-żewġ vetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Caisse Suisse de Compensation ippreżentat, fil-<DATE ISO="20100111">11 ta’ Jannar 2010</DATE>, rikors ġudizzjarju kontra l-Fundo de Garantia Automóvel (fondi ta’ garanzija għall-karozzi) u S.C. Crystello Pinto Moreira Pereira, li biha hija talbet ir-rimbors tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">285980.54</FT>, imħallsa lill-membri tal-familja tal-persuna assigurata minnha, Seemann.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-imsemmija konvenuti invokaw eċċezzjoni dwar in-nuqqas ta’ kwalità biex jiġu mfittxija bbażat fuq il-fatt li, fid-data tal-inċident, kien jeżisti kuntratt ta’ assigurazzjoni validu konkluż mal-kumpannija llum imsejħa Fidelidade-Companhia de Seguros, SA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>persuna li qed tassigura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) li kienet tkopri r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-vettura bil-mutur. Imsejħa tintervjeni, din il-kumpannija sostniet li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza ma kienx validu minħabba li l-persuna assigurata kienet għamlet dikjarazzjoni falza, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, billi allegat li kienet il-proprjetarju tal-vettura u s-sewwieq tagħha abitwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti adita fl-ewwel istanza ddeċidiet li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni ma kienx validu, peress li dan in-nuqqas ta’ validità kien infurzabbli għall-vittmi. Adit fl-appell, it-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall) iddeċieda li dan il-kuntratt ma kienx validu, iżda li dan in-nuqqas ta’ validità ma kienx infurzabbli għall-vittmi. Il-persuna li qed tassigura ppreżentat appell għal reviżjoni kontra s-sentenza tat-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto) quddiem is-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema, il-Portugall) billi invokat in-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni u n-natura infurzabbli ta’ din in-nullità lill-vittma, Seemann u lill-Caisse Suisse de Compensation.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-ewwel, it-tieni u t-tielet direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-vettura, il-qorti tar-rinviju tqis li jeżistu dubji fuq il-kwistjoni tal-infurzabbiltà għall-vittmi tan-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, kif din hija intiża fl-Artikolu 428(1) tal-kodiċi kummerċjali Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeżisti fil-ġurisprudenza tas-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema) xi diverġenzi fl-interpretazzjoni. Skont l-ewwel linja ta’ ħsieb ġie deċiż f’dan is-sens li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni qed jintlaqat bin-nullità assoluta meta l-persuna assigurata tiddikjara falzament li hija l-proprjetarja tal-vettura u s-sewwieq abitwali tagħha, bil-għan li tikseb mill-persuna li tassigura kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili jkun konkluż u/jew li jkun suġġett għall-kundizzjonijiet inqas onerużi għall-persuna assigurata. In-nullità assoluta tibbaża, b’mod partikolari, fuq l-assenza<?PAGE NO="6"?> tal-kundizzjoni legali dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>interess<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-persuna assigurata, meħtieġa fl-Artikolu 428(1) tal-kodiċi tal-kummerċ Portugiż. Skont l-Artikolu 14 tad-Digriet-Liġi Nru 522/85, in-nullità assoluta hija, skont din il-ħsieb ta’ ġurisprudenza, infurzabbli għall-vittma. Dan l-approċċ jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-vittma tibqa’ dejjem protetta mill-intermedjarju tal-fondi ta’ garanzija tal-karozzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont it-tieni ħsieb, il-possibbiltà li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni obligatorju għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi jkun konkluż minn terzi tikkostitwixxi deroga għall-imsemmija kundizzjoni legali dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>interess<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-persuna assigurata. Konsegwentement, il-kwistjoni għandha tiġi solvuta fid-dawl tas-sistema speċifika applikabbli għad-dikjarazzjonijiet foloz fil-kuntest tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, li huwa biss dak tan-nullità relattiva, mhux infurzabbli għall-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema) iddeċieda li jissospendi l‑proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], l-Artikolu 2(1) [tat-Tieni Direttiva], u l-Artikolu 1 [tat-Tielet Direttiva] jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lok għan-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, bħala konsegwenza ta’ dikjarazzjonijiet foloz dwar il-proprjetarju tal-vettura bil-mutur, kif ukoll dwar l-identità tas-sewwieq abitwali tagħha, inkwantu l-kuntratt kien konkluż minn persuna li ma jkollhiex interess ekonomiku fl-użu tal-vettura u jkun hemm intenzjoni frawdolenti mistura min-naħa tal-partijiet ikkonċernati (il-persuna assigurata, il-proprjetarju u s-sewwieq abitwali) li jiġu koperti għar-riskji marbuta mal-użu tal-vettura bil-mutur, permezz: (i) tal-konklużjoni ta’ kuntratt li l-persuna li qed tassigura ma kinitx tikkonkludi li kieku kellha tkun taf l-identità tal-persuna assigurata; (ii) tal-ħlas ta’ primjum inferjuri għal dak li jkun dovut minħabba l-età tas-sewwieq abitwali?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tkun infurzabbli għall-terzi li jkunu sfaw vittmi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, in-nullità ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi li tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet foloz inizjali tal-persuna assigurata fir-rigward tal-identità tal-proprjetarju u tas-sewwieq abitwali tal-vettura kkonċernata, jew taċ-ċirkustanza li l-persuna li għaliha jew għan-nom tagħha dan il-kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa konkluż ma kellhiex interess ekonomiku għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-preambolu tal-Ewwel u tat-Tieni Direttivi juri li dawn jippruvaw, minn naħa, jiżguraw il-moviment liberu kemm tal-vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-persuni li jinsabu abbord dawn il-vetturi u, min-naħa l-oħra, jiggarantixxu li l-vittmi tal-inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi jibbenefikaw minn trattament paragunabbli, ikun fejn ikun il-post fit-territorju tal-Unjoni fejn iseħħ l-inċident (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għal dawn il-finijiet, l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, kif iċċarat u kkompletat mit-Tieni u t-Tielet Direttivi, jimponi fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tagħhom, tkun koperta minn assigurazzjoni u jippreċiża, b’mod partikolari, it-tipi ta’ danni u t-terzi li jkunu sfaw vittmi li din l-assigurazzjoni għandha tkopri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-drittijiet rikonoxxuti għat-terzi li jkunu sfaw vittmi, l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva jipprekludi li kumpannija ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza tista’ tinvoka dispożizzjonijiet legali jew klawżoli kuntrattwali biex tirrifjuta li tikkumpensa lil dawn tal-aħħar għall-inċident ikkawżat mill-vettura assigurata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva sempliċement ifakkar dan l-obbligu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet legali jew il-klawżoli kuntrattwali ta’ polza ta’ assigurazzjoni msemmija f’dan l-artikolu li jeskludu mill-kopertura tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi d-dannu kkawżat lil terzi vittmi minħabba l-użu jew is-sewqan ta’ vettura assigurata minn persuni li ma humiex awtorizzati jsuqu din il-vettura, minn persuni li ma għandhomx liċenzja tas-sewqan jew minn persuni li ma jikkonfermawx mal-obbligi legali previsti fil-liġi dwar l-istat u s-sigurtà tal-imsemmija vettura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ċertament, permezz ta’ deroga minn dan l-obbligu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva jipprovdi li ċerti vittmi jistgħu ma jiġux ikkumpensati mill-kumpannija assiguratriċi, fid-dawl tas-sitwazzjoni li ħolqu huma stess, jiġiferi l-persuni li minn jeddhom rikbu fil-vettura li kkawżat id-dannu, meta din il-kumpannija tista’ tipprova li huma kienu jafu li din il-vettura kienet ġiet misruqa. Madankollu, u kif diġà kkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tista’ biss issir f’dan il-każ partikolari (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li ċ-ċirkustanza li l-kumpannija assiguratriċi kkonkludiet dan il-kuntratt fuq il-bażi ta’ ommissjonijiet jew ta’ dikjarazzjonijiet foloz min-naħa tal-persuna assigurata ma hijiex tali li tippermettilha li tinvoka d-dispożizzjonijiet legali fuq in-nullità tal-kuntratt u li tipprekludi lill-terz li tkun sfat vittma biex teżenta l-obbligu tagħha li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva li jikkumpensa lil din tal-aħħar għal inċident ikkawżat mill-vettura assigurata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll fir-rigward taċ-ċirkustanza li l-persuna assigurata ma hijiex is-sewwieq abitwali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċ-ċirkustanza li vettura tkun misjuqa minn persuna mhux indikata fil-polza ta’ assigurazzjoni ta’ din il-vettura, ma tistax, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-għan tal-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti taċ-ċirkulazzjoni segwit mill-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Direttivi, li jippermettu li jiġi kkunsidrat li tali vettura ma hijiex assigurata fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju staqsiet ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-kwistjoni jekk kumpannija ta’ assigurazzjoni hija fid-dritt li tinvoka, fil-każ ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni obbligatorju pendenti għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi u sabiex tevita l-obbligu tagħha li tikkumpensa lill-terzi li jkunu sfaw vittma ta’ inċident ikkawżat mill-vettura assigurata, dispożizzjoni legali, bħall-Artikolu 428(1) tal-kodiċi ta’ kummerċ Portugiż, li jipprevedi n-nullità ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fil-każ fejn il-persuna li għaliha jew f’ismha l-assigurazzjoni hija konkluża ma għandhiex interess ekonomiku fil-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li tali kwistjoni hija rrelatata mal-kundizzjonijiet legali ta’ validità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, li huma rregolati mhux mid-dritt tal-Unjoni, iżda minn dak tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, dawn tal-aħħar huma obbligati jiggarantixxu li r-responsabbiltà ċivili applikabbli skont id-dritt nazzjonali tagħhom tkun koperta minn assigurazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-tliet direttivi msemmija hawn fuq. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-Istati<?PAGE NO="8"?> Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’dan il-qasam filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni u li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kumpens għall-ħsarat li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi ma jistgħux iċaħħdu lill-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Direttivi mill-effettività tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea, id-dritt għal kumpens tal-vittmi ta’ inċident jista’ jkun affettwat mill-kundizzjonijiet ta’ validità tal-kuntratt tal-assigurazzjoni bħall-klawżoli ġenerali previsti fl-Artikolu 428(1) u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 429 tal-kodiċi ta’ kummerċ Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk tali dispożizzjonijiet jistgħu jwasslu għall-assenza ta’ kumpens lil terzi li jkunu sfaw vittmi u, konsegwentement, li jippreġudikaw l-effettività tal-imsemmija direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax titqiegħed fid-dubju mill-possibbiltà li jitħallas kumpens lill-vittma mill-fondi ta’ garanzija tal-karozza. Fil-fatt, l-intervent tal-organu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva ġie mfassal bħala miżura tal-aħħar rikors, previst biss fil-każ fejn id-danni ġew ikkawżati minn vettura li għaliha ma ġiex issodisfatt l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, jiġifieri vettura li għaliha ma jeżistix kuntratt ta’ assigurazzjoni. Tali restrizzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li din id-dispożizzjoni, kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, timponi fuq kull Stat Membru sabiex jiżgura li, suġġett għad-derogi previsti fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva tal-aħħar, kull proprjetarju jew detentur ta’ vettura normalment ibbażata fit-territorju tiegħu jikkonkludi, ma’ kumpannija ta’ assigurazzjoni, kuntratt sabiex jiggarantixxi, tal-inqas fil-limiti ddefiniti mid-dritt tal-Unjoni, ir-responsabbiltà ċivili tiegħu fir-rigward tal-imsemmija vettura (ara, f’dan is-sens, sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Csonka <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑409/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:512">EU:C:2013:512</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, iċ-ċirkustanza li vettura tkun misjuqa minn persuna mhux indikata fil-polza ta’ assigurazzjoni relatata ma’ din il-vettura ma tistax tippermetti li jiġi kkunsidrat li din ma hijiex assigurata fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tkun infurzabbli għall-terzi li jkunu sfaw vittmi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, in-nullità ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza li tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet foloz inizjali tal-persuna assigurata fir-rigward tal-identità tal-proprjetarju u tas-sewwieq abitwali tal-vettura kkonċernata, jew taċ-ċirkustanza li l-persuna li għaliha jew għan-nom tagħha dan il-kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa konkluż ma kellhiex interess ekonomiku għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tal-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill<?PAGE NO="9"?> 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tkun infurzabbli għall-terzi li jkunu sfaw vittmi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, in-nullità ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza li tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet foloz inizjali tal-persuna assigurata fir-rigward tal-identità tal-proprjetarju u tas-sewwieq abitwali tal-vettura kkonċernata, jew taċ-ċirkustanza li l-persuna li għaliha jew għan-nom tagħha dan il-kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa konkluż ma kellhiex interess ekonomiku għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>