<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑472/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0472</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:117">EU:C:2015:117</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150226">26. 2.2015</DATE> — KAWŻA C‑472/13</P><P>SHEPHERD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Ażil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(2)(b), (c) u (e)</KEYWORD><KEYWORD>Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet sabiex persuna titqies li hija refuġjat</KEYWORD><KEYWORD>Atti ta’ persekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet kriminali għal suldat tal-Istati Uniti li rrifjuta li jservi fl-Iraq</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑472/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130820">20 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130902">2 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Andre Lawrence Shepherd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, J.‑C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev u J. L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Shepherd, minn R. Marx, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze kif ukoll minn A. Wiedmann u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Michelogiannaki, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt, bħala aġent, assistit minn S. Fatima, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u W. Bogensberger, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(b), (c) u (e), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 204, p. 24</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="278" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 278, p.13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A.L. Shepherd, li huwa ċittadin tal-Istati Uniti tal-Amerika, u l-Bundesrepublik Deutschland dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tirrifjutalu l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, [Serje tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], u li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19540422">22 ta’ April 1954</DATE>] (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ikkompletata bil-Protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati, konkluż fi New York fil-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19671004">4 ta’ Ottubru 1967</DATE>, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> għandha tapplika għal kwalunkwe persuna li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>minħabba biża’ fondata li tiġi ppersegwitata għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika partikolari, tkun barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha u ma tistax jew, minħabba din il-biża’, ma tixtieqx tinvoka l-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż; jew, billi ma jkollhiex nazzjonalità u tkun tinsab barra l-pajjiż fejn qabel kellha r-residenza abitwali, ma tistax, jew minħabba dan il-biża’ ma tkunx trid, tirritorna fih.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/83</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/83 tinkludi l-premessi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(1)</NO.P><TXT>Politika komuni dwar kenn [ażil], inkluża Sistema ta’ Kenn [Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil] Komuni Ewropea, hija parti kostitwenti ta’ l-għan ta’ l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi erja ta’ liberta, sigurta u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, leġittimament ifittxu protezzjoni fl-[Unjoni].</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ [Genève] […] [tipprovdi] [l-bażi] tar-reġim legali internazzjonali għall-protezzjoni ta’ refuġjati.”</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa, mill-banda waħda, li jiżgura li Stati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u, mill-banda l-oħra biex jiżgura li livell minimu ta’ benefiċċju huwa disponibbli għal dawn il-persuni fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Livelli stabbiliti minimi għad-definizzjoni u l-kontenut ta’ stat ta’ refuġjat għandhom jiġu preskritti sabiex jiggwidaw il-korpi nazzjonali kompetenti ta’ l-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ [Genève].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ li jiddaħħlu kriterji komuni għall-għarfien ta’ applikanti għal [l-ażil]” bħala refuġjati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ [Genève].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2004/83 għandha bħala għan li tistabbilixxi regoli minimi, minn naħa, li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali u, min-naħa l-oħra, li jikkonċernaw il-kontenut tal-protezzjoni mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, għal finijiet tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>refuġjat ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ bir-raġun [fondata] li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalita, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalita u ma jistax, jew minħabba f’din il-biża, ma jixtieqx japprofitta ruħu jew ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi rilevanti li l-applikant għandu jissottometti bil-għan li jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali. Dan l-artikolu fil-paragrafu (3) tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-istima ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali trid titwettaq fuq bażi individwali u tinkludi li jitqiesu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-fatti kollha rilevanti kif jirrelataw mal-pajjiż ta’ oriġini fil-mument tat-teħid ta’ deċiżjoni fuq l-applikazzjoni, inkluż liġijiet u regolamenti tal-pajjiż tal-oriġini u l-manjiera li biha jiġu applikati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti presentati mill-applikant inkluż informazzjoni dwar jekk l-applikant kienx jew jistax jiġi suġġett għal persekuzzjoni [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali ta’ l-applikant, inkluż fatturi bħal ma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, sess u eta, sabiex jiġi stmat jekk, fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi personali ta’ l-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikun jammonta għal persekuzzjoni jew periklu serju;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Atti ta’ persekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jiddefinixxihom b’dan il-mod fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Atti ta’ persekuzzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 A tal-Konvenzjoni ta’ [Genève] jridu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jkunu serji biżżejjed fin-natura jew repetizzjoni tagħhom li jikkostitwixxu vjolazzjoni serja ta’ drittijiet bażiċi tal-bniedem, partikolarment id-drittijiet minn liema deroga ma tistax issir skont l-Artikolu 15(2) tal-[Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali iffirmata iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-“KEDB’).], jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikunu akkumulu ta’ diversi miżuri, inkluż vjolazzjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem li huwa serju biżżejjed li jaffettwa individu f’manjiera simili kif imsemmi f’(a).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1, jistgħu, fost ħwejjeġ oħra, jieħdu l-forma ta’:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>miżuri legali, amministrattivi, ta’ pulizija u/jew ġudizzjarji li huma fihom infushom diskriminatorji jew li huma implimentati f’manjiera diskriminatorja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>prosekuzzjoni jew kastig, li huwa sproporzjonat jew diskriminatorju;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>prosekuzzjoni jew kastig għar-rifjut li wieħed iwettaq servizz militari f’konflitt, fejn it-twettieq ta’ servizz militarju jkun jinkludi delitti jew atti li jidħlu taħt il-klawsoli ta’ esklużjoni kif dikjarat fl-Artikolu 12(2);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/83 jeżiġi l-eżistenza ta’ konnessjoni bejn ir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tagħha u l-atti ta’ persekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandu jiġi eskluż milli jkun refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serja li jitqiesu li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huwa jew hija jkunu kommettew delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra, jew delitt kontra l-umanita, kif definit fl-istrumenti internazzjonali mfassla biex jagħmlu provvediment rigward dawn id-delitti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>huwa jew hija jkunu kommettew delitt serju mhux politiku barra mill-pajjiż tar-refġjuta qabel id-dħul tiegħu jew tagħha bħala refuġjat; li jfisser il-ħin tal-ħruġ ta’ permess ta’ residenza fuq il-bażi ta’ l-għoti ta’ stat ta’ refuġjat; partikolarment azzjonijiet krudili, anke jekk kommessi b’għan allegatament politiku, jistgħu jiġu klassifikati bħala delitti serji mhux politiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>huwa jew hija kienu ħatja ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif dikjarat fil-Preamblu u l-Artikoli 1 u 2 tal-Kapitolu tan-Nazzjonijiet Uniti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Paragrafu 2 japplika għal persuni li jinstigaw jew inkella jipparteċipaw fil-kommissjoni tad-delitti jew atti msemmija fih.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva, l-Istat Membru għandu jagħti l-istatus ta’ refuġjat lill-applikant jekk dan jissodisfa, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) u (2) tal-Liġi dwar il-Proċedura ta’ Ażil (Asylverfahrensgesetz) tas-<DATE ISO="19930727">27 ta’ Lulju 1993</DATE> (BGBl. 1993 I, p. 1361), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fit-<DATE ISO="20080902">2 ta’ Settembru 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 1798, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>AsylVfG<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li tirreferi għaliha l-qorti tar-rinviju:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Barrani huwa refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni [ta’ Genève] jekk, fl-Istat li fih ikollu ċ-ċittadinanza jew li fih, jekk ikun mingħajr ċittadinanza, kellu r-residenza abitwali, ikun espost għat-theddid imsemmi fl-Artikolu 60(1) tal-Liġi dwar ir-Residenza, ix-Xogħol u l-Integrazzjoni tal-Barranin fit-Territorju Federali (Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet) tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1950, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Aufenthaltsgesetz<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ċittadin barrani jiġi eskluż mill-istatus ta’ refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji li jwasslu x’wieħed jaħseb li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ikun wettaq delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra, jew delitt kontra l-umanità, fis-sens tal-istrumenti internazzjonali mfassla sabiex jipprevedu dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ dawn id-delitti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>ikun wettaq, qabel ma jkun ġie ammess bħala refuġjat, delitt serju mhux politiku barra mit-territorju federali, b’mod partikolari azzjoni partikolarment krudili, anki jekk titwettaq b’għan allegatament politiku, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>ikun aġixxa bi ksur tal-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-ewwel sentenza tapplika kemm għall-barranin li jkunu istigaturi tad-delitti jew tal-atti msemmija fl-imsemmi paragrafu, jew li jkunu pparteċipaw fihom b’xi mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 60(1) tal-Aufenthaltsgesetz, fil-verżjoni tagħha ppubblikata fil-<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 162):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont il-Konvenzjoni [ta’ Genève] [...], ċittadin barrani ma jistax jitkeċċa lejn Stat li fih il-ħajja tiegħu jew il-libertà tiegħu jkunu mhedda minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon tiegħu, iċ-ċittadinanza tiegħu, is-sħubija tiegħu fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjonijiet politiċi tiegħu. […] Il-persekuzzjoni fis-sens tal-ewwel sentenza tista’ toriġina</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mill-Istat,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>minn partiti jew organizzazzjonijiet li jiddominaw l-Istat jew partijiet sostanzjali tat-territorju tal-Istat jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>minn atturi mhux tal-Istat, sa fejn l-atturi msemmija f’(a) u (b), inklużi l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jiġi pprovat li ma setgħux jew li ma jixtiqux joffru protezzjoni mill-persekuzzjoni, u dan indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk jeżistix jew le, poter tal-Istat fil-pajjiż,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>sakemm ma tkunx teżisti l-possibbiltà ta’ riperkussjoni fuq skala interna. Sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx persekuzzjoni skont l-ewwel sentenza, għandhom jiġu applikati b’mod komplementari l-Artikolu 4(4) u l-Artikoli 7 sa 10 tad-Direttiva 2004/83 [...]. Meta l-barrani jinvoka l-projbizzjoni ta’<?PAGE NO="6"?> tkeċċija skont dan il-paragrafu, il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge [(uffiċċju federali għall-immigrazzjoni u għar-refuġjati)] [...] jiddetermina fi proċedura ta’ ażil jekk il-kundizzjonijiet mitluba mill-ewwel sentenza humiex sodisfatti u jekk għandux jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat lill-barrani. Id-deċiżjoni tal-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge tista’ tiġi kkontestata biss skont id-dispożizzjonijiet tal-[AsylVfG].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>A.L. Shepherd, li huwa ċittadin tal-Istati Uniti tal-Amerika, ġie rreklutat fix-xahar ta’ Diċembru 2003, f’pajjiżu, sabiex iservi fl-armata Amerikana għal tul ta’ ħmistax-il xahar fit-truppi attivi. Huwa ġie mħarreġ bħala tekniku tal-manutenzjoni tal-ħelikopters u, fix-xahar ta’ Settembru 2004, ġie ttrasferit f’battaljun ta’ sostenn bl-ajru f’Katterbach (il-Ġermanja). F’dak l-istess żmien d-diviżjoni tiegħu kienet diġà impenjata fl-Iraq u, konsegwentement, huwa ġie stazzjonat fil-kamp ta’ Speicher, qrib Tikrit (l-Iraq).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Bejn ix-xhur ta’ Settembru 2004 u ta’ Frar 2005, huwa ħadem fuq il- manutenzjoni tal-ħelikopters u ma pparteċipa direttament la f’operazzjonijiet militari u lanqas fi ġlied.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Frar 2005, id-diviżjoni tiegħu ntbagħtet lura fil-Ġermanja. Huwa estenda t-tul tal-kuntratt tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070401">1 ta’ April 2007</DATE>, huwa rċieva ordni ta’ missjoni sabiex jerġa’ jmur l-Iraq. Qabel it-tluq tiegħu mill-Ġermanja, fil-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE>, huwa telaq mill-armata, peress li ħass li ma kellux iktar jipparteċipa fi gwerra li huwa qies kienet illegali fl-Iraq u f’delitti tal-gwerra li, fl-opinjoni tiegħu, kienu twettqu hemm. Huwa sab akkomodazzjoni għand konoxxent tiegħu sat-tressiq tal-applikazzjoni għall-ażil quddiem l-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi, fix-xahar ta’ Awwissu. Insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, huwa argumenta essenzjalment li minħabba r-rifjut tiegħu li jlesti s-servizz militari tiegħu fl-Iraq, kien ġie mhedded bi prosekuzzjoni kriminali u li peress li d-diżerzjoni hija, mill-perspettiva Amerikana, delitt maġġuri, kien se jaffettwa l-ħajja tiegħu billi jesponiha għal ostraċiżmu soċjali f’pajjiżu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge ċaħad l-applikazzjoni għall-ażil, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-persuna kkonċernata talbet lill-qorti tar-rinviju l-annullament ta’ din id-deċiżjoni u li jiġi rrikonoxxut lilha l-istatus ta’ refuġjat. Hija bbażat ruħha fuq id-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikolu 3(1) u (4) tal-AsylVfG u tal-Artikolu 60(1) tal-Aufenthaltsgesetz.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għall-qorti tar-rinviju, lil hinn mill-kwistjoni ta’ jekk l-applikant fil-futur hux se jiġi mhedded b’persekuzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minħabba d-diżerzjoni tiegħu, għandu jiġi ddeterminat, b’mod partikolari, il-grad ta’ involviment fl-operazzjonijiet militari li għandu jieħu sehem fihom membru tal-forzi armati sabiex is-sanzjonijiet li jirriżultaw mid-diżerzjoni tiegħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>atti ta’ persekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, peress li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>servizz militari [li jippreżumi] t-twettiq ta’ delitti msemmija fl-Artikolu 12(2)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma hijiex iddefinita b’mod ċar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bayerisches Verwaltungsgericht München iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tirrigwarda biss il-persuni li s-settur konkret ta’ attività militari tagħhom jimplika l-parteċipazzjoni diretta f’operazzjonijiet ta’ ġlied, għaldaqstant missjonijiet armati, jew li għandhom is-setgħa li jordnaw tali interventi (l-ewwel parti), jew membri oħra tal-forzi armati<?PAGE NO="7"?> jistgħu huma wkoll jiġu protetti permezz ta’ din id-dispożizzjoni meta s-settur ta’ attività tagħhom ikun limitat għas-sostenn loġistiku tekniku tat-truppa, barra mill-ġlied attwali, u jkollu biss effett indirett fuq il-ġlied innifsu (it-tieni parti)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:</TXT><P>L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz militari f’każ ta’ kunflitt (nazzjonali jew internazzjonali) għandu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jew sistematikament, iwassal għal jew jeżiġi t-twettiq tad-delitti jew tal-atti msemmija fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/83/KE (l-ewwel parti), jew huwa biżżejjed li l-applikant għall-ażil juri li delitti msemmija fl-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE twettqu f’ċerti każijiet, fiż-żona tal-operazzjonijiet fejn ġie ngaġġat, mill-forzi armati li jagħmel parti minnhom, sew minħabba li ċerti ordnijiet ta’ missjoni rriżultaw li huma kriminali f’dan is-sens, jew inkella minħabba li huwa eċċess imwettaq minn individwi (it-tieni parti)?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tieni domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:</TXT><P>L-istatus ta’ refuġjat jingħata biss meta huwa probabbli, mingħajr l-ebda dubju raġonevoli, li l-ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju ser iseħħ, fil-ġejjieni, jew huwa biżżejjed li l-applikant għall-ażil isemmi fatti li juru li tali delitti qed iseħħu (inevitabbilment jew probabbilment) fil-kunflitt inkwistjoni, u li għaldaqstant ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li huwa jista’ jiġi implikat fih?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ tolleranza jew ir-repressjoni tal-ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju mit-tribunali militari jeskludu protezzjoni inkwantu refuġjat skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, jew huwa dan l-element irrilevanti?</TXT><P>Huwa meħtieġ li kien hemm ukoll sanzjoni adottata mill-Qorti Kriminali Internazzjonali?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Il-fatt li t-tqegħid fil-pożizzjoni tat-truppi jew l-istatut ta’ okkupazzjoni ġew approvati mill-Komunità internazzjonali jew huma bbażati fuq mandat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jeskludi kull protezzjoni inkwantu refuġjat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ, sabiex il-protezzjoni inkwantu refuġjat tingħata lill-applikant għall-ażil skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, li huwa jista’ jiġi kkundannat, jekk iwettaq id-dmirijiet tiegħu, skont l-istatuti tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (l-ewwel parti), jew il-protezzjoni inkwantu refuġjat tingħata meta dan il-limitu ma jintlaħaqx, u l-applikant għall-ażil ma għandux għaldaqstant jibża’ li tiġi imposta fuqu sanzjoni kriminali, iżda madankollu ma jkunx jista’ jirrikonċilja l-obbligi tas-servizz militari mal-kuxjenza tiegħu (it-tieni parti)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għas-sitt domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:</TXT><P>Il-fatt li l-applikant għall-ażil ma għamilx użu mill-possibbiltà li jsegwi proċedura normali ta’ objettur tal-kuxjenza, meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan, jeskludi kull protezzjoni inkwantu refuġjat fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, jew il-protezzjoni inkwantu refuġjat hija wkoll possibbli fil-każ ta’ deċiżjoni partikolari bbażata fuq il-kuxjenza?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>It-tkeċċija infami mill-armata, il-kundanna għal piena ta’ ħabs u l-ostraċiżmu soċjali u l-iżvantaġġi li jirriżultaw minnu jikkostitwixxu att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) jew (ċ), tad-Direttiva 2004/83?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, mill-premessi 3, 16 u 17 tad-Direttiva 2004/83 jirriżulta li l-Konvenzjoni ta’ Genève tikkostitwixxi l-bażi tas-sistema ġuridika internazzjonali ta’ protezzjoni tar-refuġjati u li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-istatus ta’ refuġjat kif ukoll dwar il-kontenut ta’ din tal-aħħar ġew adottati sabiex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri japplikaw din il-konvenzjoni billi jibbażaw ruħhom fuq kunċetti u kriterji komuni (sentenza X <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑199/12 sa C‑201/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/83 għandha, għaldaqstant, issir fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-għan tagħha, billi jiġu osservati l-Konvenzjoni ta’ Genève u trattati oħra rilevanti msemmija fl-Artikolu 78(1) TFUE. Din l-interpretazzjoni għandha ssir wkoll, kif jirriżulta mill-premessa 10 ta’ din id-direttiva, fir-rispett tad-drittijiet irrikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (sentenza X <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, ir-refuġjat huwa, b’mod partikolari, ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>minħabba f’biża’ bir-raġun [fondata] li jiġi persegwitat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon tiegħu, in-nazzjonalità tiegħu, l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew l-appartenenza tiegħu għal ċertu grupp soċjali, u li ma jistax jew, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>minħabba f’din il-biża<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, ma jixtieqx jinvoka l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ta’ dan il-pajjiż. Iċ-ċittadin ikkonċernat għandu għalhekk, minħabba ċirkustanzi li jeżistu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu biża’ fondata ta’ persekuzzjoni eżerċitata fuq il-persuna tiegħu għal minn tal-inqas wieħed mill-ħames raġunijiet elenkati f’din id-direttiva u fil-Konvenzjoni ta’ Genève (sentenza Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C-179/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 9 tad-Direttiva jiddefinixxi l-elementi li jippermettu li xi atti jitqiesu li jkunu persekuzzjoni skont l-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta’ Genève. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 9(1)(a) ta’ din id-direttiva jispeċifika li l-atti rilevanti għandhom ikunu serji biżżejjed fin-natura jew fir-repetizzjoni tagħhom sabiex jikkostitwixxu ksur serju ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem, b’mod partikolari drittijiet assoluti li fir-rigward tagħhom ebda deroga ma hija possibbli taħt l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1)(b) tal-imsemmija direttiva jispeċifika li l-akkumulu ta’ diversi miżuri, inklużi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li huwa serju biżżejjed li jaffettwa individwu b’mod simili għal dak indikat fl-Artikolu 9(1)(a) tal-istess direttiva għandu wkoll jitqies li huwa persekuzzjoni. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, sabiex ksur tad-drittijiet fundamentali jikkostitwixxi persekuzzjoni skont l-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Genève, dan għandu jilħaq ċertu livell ta’ gravità (sentenza X <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 51 sa 53).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(3)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2004/83, waqt l-evalwazzjoni individwali ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti rilevanti kollha li jikkonċernaw il-pajjiż ta’ oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti mressqa mill-applikant, kif ukoll l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi li għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, kif imsemmija mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel seba’ domandi tagħha, kif ukoll dawk tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ), imsemmija minn din il-qorti fit-tmien domanda tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, għandu jitfakkar ukoll li skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/83, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[a]tti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1, jistgħu, fost ħwejjeġ oħra, jieħdu l-forma ta’:: [...] (b) miżuri legali, amministrattivi, ta’ pulizija u/jew ġudizzjarji li huma fihom infushom diskriminatorji jew li huma implimentati f’manjiera diskriminatorja; (ċ) prosekuzzjoni jew kastig, li huwa sproporzjonat jew diskriminatorju; [...] (e) prosekuzzjoni jew kastig għar-rifjut li wieħed iwettaq servizz militari f’konflitt, fejn it-twettieq ta’ servizz militarju jkun jinkludi delitti jew atti li jidħlu taħt il-klawsoli ta’ esklużjoni kif dikjarat fl-Artikolu 12(2)<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/83, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 39 sa 43 tal-konklużjonijiet tagħha, huwa biss rilevanti r-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>delitti ta’ gwerra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel seba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ċerti ċirkustanzi li huma relatati, b’mod partikolari, man-natura tal-funzjonijiet eżerċitati mis-suldat ikkonċernat, ma’ dik tar-rifjut li huwa jallega li jopponi, ma’ dik tal-kunflitt inkwistjoni u ma’ dik tad-delitti li dan jimplika, għandhom effett determinanti fl-evalwazzjoni li għandhom jagħmlu l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jivverifikaw jekk sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel ma ssir evalwazzjoni tal-portata ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li ma huwiex ikkontestat li, fil-kawża prinċipali, iċ-ċittadin li japplika għall-istatus ta’ refuġjat jesponi ruħu għal azzjonijiet legali u għal sanzjonijiet fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu billi jkun irrifjuta li jwettaq s-servizz tiegħu f’kunflitt. Konsegwentement, dawn id-domandi, kif jirriżulta barra minn hekk mid-deċiżjoni tar-rinviju, ma jirrigwardawx ir-raġunijiet tal-persekuzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/83, iżda biss iċ-ċirkustanzi li huma meħtieġa sabiex dawn l-azzjonijiet legali u sanzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>atti ta’ persekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> kif imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-għan tad-Direttiva 2004/83 huwa li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 1 u 6 tagħha, jidentifika l-persuni li, peress li jkunu mġiegħla miċ-ċirkustanzi, ikollhom realment u leġittimament bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. Il-kuntest ta’ din id-direttiva huwa essenzjalment umanitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza B u D, C‑57/09 u C‑101/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:661">EU:C:2010:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 93).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-każ ta’ kunflitt meta dan is-servizz jippreżumi li jitwettqu delitti ta’ gwerra, ma juru ebda natura restrittiva fir-rigward tal-persuni kkonċernati minn dan is-servizz. Għaldaqstant għandu jiġi ammess li, billi adotta dawn id-dispożizzjonijiet, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jirrestrinġi l-benefiċċju lil ċerti membri tal-persunal li jkunu qegħdin iwettqu dan is-servizz b’mod partikolari skont il-grad tagħhom fil-ġerarkija militari, ta’ kundizzjonijiet li fihom huma jkunu ġew irreklutati jew ukoll tan-natura tal-attivitajiet li jeżerċitaw. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tagħha, dawn id-dispożizzjonijiet ikopru lill-membri tal-persunal militari kollu, konsegwentement, inklużi l-membri tal-persunal loġistiku jew ta’ sostenn.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2004/83, imfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, intiż li jidentifika l-persuni li, imġiegħla miċ-ċirkustanzi, ikollhom realment u leġittimament bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni, il-kwalità tal-membri tal-persunal militari tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja iżda mhux suffiċjenti sabiex jibbenefikaw mill-protezzjoni li jimplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li din id-dispożizzjoni ssemmi sitwazzjoni ta’ kunflitt. Minn dan jirriżulta li kull rifjut ta’ servizz militari, tkun xi tkun ir-raġuni, ma tistax, barra minn dan il-kunflitt, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni. Iċ-ċirkustanzi li fihom qed jintalab lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-portata sabiex jiġi llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni, għandhom għalhekk ikunu direttament relatati ma’ kunflitt speċifiku.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, jirriżulta mit-test innifsu tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 li huwa s-servizz militari nnifsu li jippreżupponi l-kummissjoni ta’ delitti ta’ gwerra. Din id-dispożizzjoni ma ssemmix biss is-sitwazzjoni li fiha l-applikant jitwassal iwettaq personalment dawn id-delitti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried li jittieħed oġġettivament il-kuntest ġenerali li fih dan is-servizz jiġi eżerċitat. Konsegwentement, ma humiex esklużi, bħala prinċipju, is-sitwazzjonijiet li fihom l-applikant ikun ipparteċipa biss indirettament fil-kommissjoni ta’ dawn id-delitti, għaliex, b’mod partikolari, huwa ma kienx parti mis-suldati tal-ġlied, imma, pereżempju, kien assenjat lil diviżjoni loġistika jew ta’ sostenn. Konsegwentement, iċ-ċirkustanza li l-persuna interessata, minħabba n-natura unikament indiretta ta’ din il-parteċipazzjoni, ma setgħetx tkun suġġetta, fuq bażi personali, għal azzjoni ma tipprekludix il-protezzjoni taħt l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk il-benefiċċju tal-protezzjoni internazzjonali ma huwiex irriżervat għal dawk li setgħu personalment jaslu li jikkommettu atti kklassifikati bħala delitti ta’ gwerra, b’mod partikolari t-truppi tal-ġlied, din il-protezzjoni tista’ tiġi estiża unikament għall-persuni oħra li l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom seta’ jwassalhom b’mod suffiċjentement dirett u bi plawżibbiltà raġonevoli jipparteċipaw f’dawn l-atti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 ifittex li jipproteġi l-applikant li jopponi s-servizz militari għaliex ma jkunx irid li dan jesponih jikkommetti, fil-futur, atti tan-natura bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva. Il-persuna interessata tista’ tinvoka, barra min hekk, biss in-natura plawżibbli li atti bħal dawn iseħħu. Minn dan jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva ma għandhomx jiġu interpretati li jkopru esklużivament is-sitwazzjonijiet li fihom jiġi stabbilit li d-diviżjoni li jkun parti minnha l-applikant ikun ikkommetta delitti ta’ gwerra. Ma jistax jintalab fuq dan li atti ta’ gwerra ta’ din id-diviżjoni jkunu diġà ġew issanzjonati mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, jekk dak li jkun jassumi li hija kellha l-ġurisdizzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-raba’ u l-aħħar nett, għalkemm, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-fatti li, skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/83, ikunu biss l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu jistgħu jwettqu, taħt l-istħarriġ tal-qorti, sabiex jikklassifikaw is-sitwazzjoni tas-servizz inkwistjoni, ċerti avvenimenti bħal, b’mod partikolari, l-aġir passat tad-diviżjoni li tagħha jkun parti l-applikant jew il-kundanni kriminali mogħtija kontra membri ta’ din id-diviżjoni jistgħu jikkostitwixxu wħud mill-indizji li jirrendu probabbli li hija tikkommetti delitti ta’ gwerra ġodda, huma waħedhom ma jistgħux awtomatikament jistabbilixxu, fil-mument tar-rifjut ta’ servizz magħmul mill-applikant għall-istatus ta’ refuġjat, in-natura plawżibbli tal-kommissjoni ta’ dawn id-delitti. L-evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali tista’ tibbaża ruħha unikament, f’dawn iċ-ċirkustanzi, fuq firxa ta’ indizji, li huma biss tali li jistabbilixxu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, li s-sitwazzjoni ta’ dan is-servizz tirrendi plawżibbli l-kommissjoni ta’ dawn l-atti.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, l-importanza li għandha tingħata liċ-ċirkustanza li l-Istat ikkonċernat jippersegwxxi d-delitti ta’ gwerra jew lil dik li l-intervent armat kien twettaq fuq il-bażi ta’ mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jew ukoll fuq il-bażi ta’ kunsens tal-komunità internazzjonali, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li intervent armat immexxi fuq il-bażi ta’ riżoluzzjoni tal-imsemmi Kunsill tas-Sigurtà jagħti, bħala prinċipju, il-garanziji kollha li ma jkunux ser jitwettqu delitti ta’ gwerra waqtu u dan, iktar u iktar, minn operazzjoni li taqa’ taħt kunsens<?PAGE NO="11"?> internazzjonali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki jekk qatt ma jista’ jiġi eskluż li jiġu kommessi atti li jmorru kontra l-istess prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ gwerra, il-fatt li l-intervent armat seħħ f’kuntest bħal dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, min-naħa l-oħra, li, konformement mal-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 2004/83, din l-importanza għandha tingħata liċ-ċirkustanza li l-Istat jew l-Istati li jmexxu l-operazzjonijiet jippersegwixxu d-delitti ta’ gwerra. L-eżistenza, fl-ordinament ġuridiku ta’ dawn l-Istati, ta’ leġiżlazzjoni li tissanzjona d-delitti ta’ gwerra u ta’ qrati li jiżguraw ir-repressjoni effettiva hija tali li tirrendi ftit plawżibbli t-teżi li tgħid li suldat ta’ wieħed minn dawn l-Istati jista’ jasal jikkommetti dawn id-delitti u din ma tistax, konsegwentement, fl-ebda każ, tintesa.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-persuna li tfittex li lilha jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat, bis-saħħa tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, li għandha turi bi plawżibbiltà suffiċjenti li d-diviżjoni li tagħha hija parti tmexxi l-operazzjonijiet assenjati lilha, jew mexxiethom fil-passat, f’ċirkustanzi tali li jkun ħafna probabbli li jkun sar aġir ta’ natura bħal dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, peress li l-atti ta’ persekuzzjoni li jinvoka l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat għandhom, skont dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/83, jirriżultaw mir-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz, dan ir-rifjut għandu jikkostitwixxi l-unika raġuni li jippermetti li dan l-applikant jevita l-parteċipazzjoni fid-delitti ta’ gwerra allegati. F’dan ir-rigward, l-evalwazzjoni li għandhom iwettqu l-awtoritajiet nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, konformement mal-Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva 2004/83, il-fatt li, b’mod partikolari, f’dan il-każ, l-imsemmi l-applikant mhux biss daħal volontarjament fil-forzi armati meta huma kienu diġà impenjati fil-kunflitt fl-Iraq imma, wara li wettaq, fi ħdan tagħhom, l-ewwel soġġorn f’dan il-pajjiż, li ġedded l-ingaġġ tiegħu fl-imsemmija forzi.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Isegwi li ċ-ċirkustanza, invokata mill-qorti tar-rinviju, fis-seba’ domanda tagħha, li l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat astjena milli jirrikorri għal proċedura intiża li jinkiseb l-istatus ta’ obbjettur ta’ kuxjenza teskludi kull protezzjoni taħt l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, sakemm l-imsemmi applikant ma jipprovax li l-ebda proċedura ta’ tali natura ma kienet disponibbli għalih fis-sitwazzjoni konkreta tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel sad-seba’ domandi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li huma jkopru l-persunal militari kollu, inkluż il-persunal loġistiku jew ta’ sostenn;</P></ITEM><ITEM><P>li huma jkopru s-sitwazzjoni li fiha s-servizz militari mwettaq jippreżumi fih innifsu, f’kunflitt iddeterminat, li jiġu kommessi delitti ta’ gwerra, inklużi s-sitwazzjonijiet li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun ipparteċipa biss indirettament fil-kommissjoni ta’ dawn id-delitti filwaqt li, bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, huwa jkun ipprovda, bi plawżibbiltà raġonevoli, sostenn indispensabbli għall-preparazzjoni jew għall-eżekuzzjoni tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>li huma jkopru mhux biss esklużivament is-sitwazzjonijiet li fihom jiġi stabbilit li delitti ta’ gwerra diġà ġew kommessi jew jistgħu jiġu stabbiliti mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, imma wkoll dawk li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun jista’ jipprova li huwa ħafna probabbli li ġew kommessi dawn id-delitti;</P></ITEM><ITEM><P>li l-evalwazzjoni tal-fatti li trid titwettaq unikament mill-awtoritajiet nazzjonali, taħt l-istħarriġ tal-qorti, sabiex tiġi kklassifikata s-sitwazzjoni tas-servizz ikkonċernat, trid tkun ibbażata fuq firxa ta’ indizji tali li juru, fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, b’mod partikolari dawk dwar il-fatti<?PAGE NO="12"?> rilevanti li jikkonċernaw il-pajjiż tal-oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni fuq l-applikazzjoni kif ukoll dawk dwar l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tal-applikant, li s-sitwazzjoni tas-servizz tirrendi plawżibbli l-kommissjoni tad-delitti ta’ gwerra allegati;</P></ITEM><ITEM><P>li ċ-ċirkustanzi li intervent militari twettaq bis-saħħa ta’ mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jew fuq il-bażi ta’ kunsens tal-komunità internazzjonali u li l-Istat jew l-Istati li jmexxu l-operazzjonijiet jippersegwixxu d-delitti ta’ gwerra, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, u</P></ITEM><ITEM><P>li r-rifjut li jwettaq is-servizz militari għandu jikkostitwixxi l-unika raġuni li tippermetti lill-applikant għall-istatus ta’ refuġjat jevita l-parteċipazzjoni fid-delitti ta’ gwerra allegati, u li, konsegwentement, jekk huwa jkun astjena milli jirrikorri għal proċedura intiża li jinkiseb l-istatus ta’ obbjettur ta’ kuxjenza, tali ċirkustanza teskludi kull protezzjoni taħt l-Artikolu 9(2)(e) tad- Direttiva 2004/83 sakemm l-imsemmi applikant ma jipprovax li l-ebda proċedura ta’ tali natura ma kienet disponibbli għalih fis-sitwazzjoni konkreta tiegħu.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Bit-tmien domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sostanzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, man-numru ta’ atti ta’ persekuzzjoni li huma jsemmu, għandhom jiġu ammessi l-miżuri li jiltaqa’ magħhom suldat minħabba r-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz militari, bħall-kundanna għal piena ta’ priġunerija, it-tkeċċija b’infamja mill-armata, kif ukoll l-ostraċiżmu soċjali u l-iżvantaġġi li jirriżultaw minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li hija għamlet insostenn tad-domandi preċedenti tagħha, il-qorti tar-rinviju għandha titqies li qed torbot id-domanda preżenti mal-unika ipoteżi, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-eżami tat-talba tal-applikazzjoni fil-kawża prinċipali jqisu li ma ġiex stabbilit li s-servizz li huwa rrifjuta li jwettaq kien preżunt li jikkommetti delitti ta’ gwerra.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Hemm lok, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li jiġi rrilevat, qabel kollox, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 ikopru atti meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi u li n-natura diskriminatorja jew sproporzjonata tagħhom għandhom, skont il-paragrafi 1 ta’ dan l-artikolu, ikollhom ċertu livell ta’ gravità, kif inhu mfakkar fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, sabiex jitqies li huwa ksur tad-drittijiet fundamentali li jwassal għal persekuzzjoni fis-sens tat-taqsima A tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Genève.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tagħha, fl-evalwazzjoni dwar jekk prosekuzzjoni jew piena għal diżerzjoni jkunux sproporzjonati huwa meħtieġ li jitqies jekk atti bħal dawn imorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-Istat ikkonċernat biex jeżerċita d-dritt leġittimu tiegħu li jżomm forza armata.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minkejja li l-evalwazzjoni ta’ din in-neċessità tippreżumi li jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi ta’ natura differenti, b’mod partikolari politiċi u strateġiċi, li jagħtu l-leġittimità ta’ dan id-dritt u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tiegħu, l-ebda element tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jitqies li dan id-dritt kellu, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, jitqiegħed inkwistjoni, jew li jitqies li l-eżerċizzju tiegħu ma jiġġustifikax li sanzjonijiet kriminali jiġu imposti fuq suldati li jkunu bi ħsiebhom jevadu s-servizz tagħhom, jew li t-tkeċċija mill-armata tiġi ppronunzjata f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Minkejja li jirriżulta mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju li r-rikorrent fil-kawża prinċipali jista’ jingħata piena ta’ priġunerija ta’ bejn 100 ġurnata sa’ ħmistax-il xahar, għal deżerzjoni, li tista’ tilħaq ukoll ħames snin, ma hemm xejn fil-proċess li jippermetti li jiġi konkluż li dawn il-miżuri jaqbżu manifestament dak li huwa neċessarju sabiex l-Istat ikkonċernat jeżerċita d-dritt leġittimu tiegħu li jżomm forza armata.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Huma, madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom iwettqu eżami tal-fatti kollha li jikkonċernaw lill-pajjiż mnejn joriġina l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat, inklużi, hekk kif jipprevedi l-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 2004/83, il-liġijiet u r-regolamenti ta’ dan tal-aħħar u l-mod kif jiġu applikati.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Wara, fir-rigward tal-istħarriġ ta’ natura diskriminatorja tal-atti inkwistjoni, wieħed ikollu jivverifika jekk, fid-dawl tal-għanijiet imsemmija minn leġiżlazzjoni li taqa’ taħt l-eżerċizzju leġittimu li tinżamm forza armata, is-sitwazzjoni tas-suldati li jirrifjutaw li jagħtu s-servizz tistax titqabbel ma’ dik ta’ persuni oħrajn, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sanzjonijiet imposti fuq tal-ewwel jistgħux ikollhom natura manifestament diskriminatorja. Issa, l-elementi tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettux li jitqies li f’dan il-każ kien hemm sitwazzjoni komparabbli bħal din. F’kull każ, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivverifikaw dan.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>l-ostraċiżmu soċjali u l-iżvantaġġi li jirriżultaw minnu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, evokati fid-domanda tal-qorti tar-rinviju, jidhru biss li huma l-konsegwenzi tal-miżuri, prosekuzzjonijiet jew sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu li huma, bħala tali, fost dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, hemm lok li tingħata risposta lit-tmien domanda li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma jidhirx li l-miżuri imposti fuq suldat minħabba r-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz tiegħu, bħal kundanna għal piena ta’ priġunerija jew it-tkeċċija mill-armata, jistgħu jitqiesu, fid-dawl tal-eżerċizzju leġittimu, mill-Istat ikkonċernat, tad-dritt tiegħu li jżomm forza armata, huma f’dan il-punt sproporzjonati jew diskriminatorji tant li jitniżżlu fl-atti ta’ persekuzzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivverifikaw dan.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(e) tad‑Direttiva 2004/83/KE tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandhom jiġu interpretati fis-sens:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li huma jkopru l-persunal militari kollu, inkluż il-persunal loġistiku jew ta’ sostenn;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li huma jkopru s-sitwazzjoni li fiha s-servizz militari mwettaq jippreżumi fih innifsu, f’kunflitt iddeterminat, li jiġu kommessi delitti ta’ gwerra, inklużi s-sitwazzjonijiet li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun ipparteċipa biss indirettament fil-kommissjoni ta’ dawn id-delitti filwaqt li, bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, huwa jkun ipprovda, bi plawżibbiltà raġonevoli, sostenn indispensabbli għall-preparazzjoni jew għall-eżekuzzjoni tagħhom;</HT></P></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li huma jkopru mhux biss esklużivament is-sitwazzjonijiet li fihom jiġi stabbilit li delitti ta’ gwerra diġà ġew kommessi jew jistgħu jiġu stabbiliti mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, imma wkoll dawk li fihom l-applikant għall-istatus ta’ refuġjat ikun jista’ jipprova li huwa ħafna probabbli li ġew kommessi dawn id-delitti;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li l-evalwazzjoni tal-fatti li trid titwettaq unikament mill-awtoritajiet nazzjonali, taħt l-istħarriġ tal-qorti, sabiex tiġi kklassifikata s-sitwazzjoni tas-servizz ikkonċernat, trid tkun ibbażata fuq firxa ta’ indizji tali li juru, fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, b’mod partikolari dawk dwar il-fatti rilevanti li jikkonċernaw il-pajjiż tal-oriġini fil-mument li tittieħed deċiżjoni fuq l-applikazzjoni kif ukoll dawk dwar l-istatus individwali u s-sitwazzjoni personali tal-applikant, li s-sitwazzjoni tas-servizz tirrendi plawżibbli l-kommissjoni tad-delitti ta’ gwerra allegati;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li ċ-ċirkustanzi li intervent militari twettaq bis-saħħa ta’ mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jew fuq il-bażi ta’ kunsens tal-komunità internazzjonali u li l-Istat jew l-Istati li jmexxu l-operazzjonijiet jippersegwixxu d-delitti ta’ gwerra, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li r-rifjut li jwettaq is-servizz militari għandu jikkostitwixxi l-unika raġuni li tippermetti lill-applikant għall-istatus ta’ refuġjat jevita l-parteċipazzjoni fid-delitti ta’ gwerra allegati, u li, konsegwentement, jekk huwa jkun astjena milli jirrikorri għal proċedura intiża li jinkiseb l-istatus ta’ obbjettur ta’ kuxjenza, tali ċirkustanza teskludi kull protezzjoni taħt l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83 sakemm l-imsemmi applikant ma jipprovax li l-ebda proċedura ta’ tali natura ma kienet disponibbli għalih fis-sitwazzjoni konkreta tiegħu.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma jidhirx li l-miżuri imposti fuq suldat minħabba r-rifjut tiegħu li jwettaq is-servizz tiegħu, bħal kundanna għal piena ta’ priġunerija jew it-tkeċċija mill-armata, jistgħu jitqiesu, fid-dawl tal-eżerċizzju leġittimu, mill-Istat ikkonċernat, tad-dritt tiegħu li jżomm forza armata, huma f’dan il-punt sproporzjonati jew diskriminatorji tant li jitniżżlu fl-atti ta’ persekuzzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivverifikaw dan.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>