20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1196

tad-19 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward ta’ standards armonizzati għal ċertu tagħmir tar-radju li jikkonċernaw apparati ta’ radjudeterminazzjoni għas-sondaġġ tal-art u tal-ħitan, tagħmir ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, tagħmir tar-radju għas-sistemi ferrovjarji tal-Euroloop, apparati ta’ medda qasira f’network, applikazzjonijiet industrijali mingħajr fili u konnessjonijiet bir-radju fuq banda wiesgħa għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u r-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE (“it-Talba”).

(3)

Abbażi tat-Talba, l-ETSI abbozza l-istandard armonizzat EN 303 258 V1.1.1 għal applikazzjonijiet industrijali mingħajr fili.

(4)

Abbażi tat-Talba, l-ETSI wettaq reviżjoni tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati EN 302 066 V2.2.1 għal apparati ta’ radjudeterminazzjoni għas-sondaġġ tal-art u tal-ħitan, EN 302 208 V3.3.1 għal tagħmir ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, EN 302 609 V2.2.1 għal tagħmir tar-radju għas-sistemi ferrovjarji tal-Euroloop, EN 303 204 V3.1.1 għal apparati ta’ medda qasira f’network u EN 303 276 V1.2.1 għal konnessjonijiet bir-radju fuq banda wiesgħa għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-Talba.

(6)

L-istandards armonizzati EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Fl-aħħar sentenza tad-disa’ paragrafu tal-klawżola 6.2.5 tiegħu u fl-għaxar u l-ħdax-il paragrafu tal-klawżola 6.2.5 tiegħu, l-istandard armonizzat EN 302 066 V2.2.1, jippermetti interpretazzjoni u definizzjoni soġġettivi tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dak l-istandard armonizzat. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(8)

Ir-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni dwar l-emissjonijiet mhux mixtieqa fil-qasam spurju (Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER) tistabbilixxi rekwiżiti għall-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju. It-Tabella 6 tar-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER tistabbilixxi li l-protezzjoni jenħtieġ li tkun sal-limitu tal-medda tal-frekwenzi ta’ 694 MHz. It-Tabella 2 tal-istandard armonizzat EN 302 208 V3.3.1 mhijiex allinjata mar-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-KER peress li l-limitu indikat f’dik it-Tabella huwa differenti mil-limitu indikat fir-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(9)

Fit-Tabella 3, l-istandard armonizzat EN 302 609 V2.2.1 jinkludi inkonsistenzi fir-rigward tal-meded tal-frekwenzi għar-riċevitur tal-kejl. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(10)

Il-klawżoli 4.2.8.2, 4.2.9.3 u 4.2.10.3 tal-istandard armonizzat EN 303 258 V1.1.1 ma jistipulawx metodi ta’ ttestjar biex tintwera l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dawk il-klawżoli. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(11)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE, filwaqt li l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE b’restrizzjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1 jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 u r-referenzi tal-istandards EN 302 066 V2.2.1, EN 302 208 V3.3.1, EN 302 609 V2.2.1 u EN 303 258 V1.1.1 jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(12)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1 jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6), peress li dawn ġew riveduti. L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ikun xieraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(13)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 302 066 V2.2.1, EN 302 208 V3.3.1, EN 302 609 V2.2.1, EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1, jeħtieġ li jiġi ddifferit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 final tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).

(6)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“10.

EN 303 204 V3.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) Fissi fin-networks tad-data; Tagħmir tar-radju għal użu fil-medda tal-frekwenzi minn 870 MHz sa 876 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa potenza rradjata effettiva (e.r.p.) ta’ 500 mW; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

11.

EN 303 276 V1.2.1

Konnessjonijiet bir-Radju Marittimi fuq Banda Wiesgħa li joperaw fi ħdan il-meded minn 5 852 MHz sa 5 872 MHz u/jew minn 5 880 MHz sa 5 900 MHz għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta involuti f’attivitajiet koordinati; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“10.

EN 302 066 V2.2.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Apparati ta’ Radjudeterminazzjoni għas-Sondaġġ tal-Art u tal-Ħitan (GPR/WPR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata xi waħda minn dawn li ġejjin:

—

fid-disa’ paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard, is-sentenza “Għall-kejl tal-emissjonijiet, biex tiġi koperta l-medda kollha minn 30 MHz sa 1 000  MHz, jista’ jintuża wkoll kombinament ta’ antenni b’żewġ koni u antenni bipolari logaritmiċi perjodiċi (magħrufa bħala “log periodics”)”;

—

l-għaxar paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard;

—

il-ħdax-il paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard.

11.

EN 302 208 V3.3.1

Tagħmir ta’ Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju li jopera fil-medda minn 865 MHz sa 868 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 2 W u fil-medda minn 915 MHz sa 921 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 4 W; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, fit-Tabella 2 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “692 MHz” huwa sostitwit b’dan li ġej: “694 MHz.”.

12.

EN 302 609 V2.2.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Tagħmir tar-radju għal sistemi ta’ komunikazzjoni Euroloop; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE:

—

fit-tieni ringiela tat-Tabella 3 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “29,090  MHz” għandu jinqara bħala “27,090  MHz”;

—

fit-tielet ringiela tat-Tabella 3 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “29,100  MHz”, għandu jinqara bħala “27,100  MHz.”.

13.

EN 303 258 V1.1.1

Applikazzjonijiet Industrijali Mingħajr Fili (WIA); Tagħmir li jopera fil-medda ta’ frekwenzi minn 5 725 MHz sa 5 875 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa 400 mW; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, f’każ li ma jitwettqux il-metodi ta’ ttestjar xierqa sabiex tintwera l-konformità mal-klawżoli 4.2.8.2, 4.2.9.3 u 4.2.10.3 ta’ dan l-istandard armonizzat.”.


ANNESS III

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“17.

EN 302 066-2 V1.2.1

Kompatibbiltà elettromanjetika u Materji relatati mal-ispettru tar-Radju (ERM); Sistemi tal-immaġni ta’ applikazzjonijiet ta’ Radar għas-Sondaġġ tal-Art u tal-Ħitan (GPR/WPR); Parti 2: EN armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE

l-20 ta’ Jannar 2023

18.

EN 302 208 V3.1.1

Tagħmir ta’ Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju li jopera fil-medda minn 865 MHz sa 868 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 2 W u fil-medda minn 915 MHz sa 921 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 4 W; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023

19.

EN 302 609 V2.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Tagħmir tar-radju għal sistemi ta’ komunikazzjoni Euroloop; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

l-20 ta’ Jannar 2023

20.

EN 303 204 V2.1.2

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) bbażati fuq Network; Tagħmir tar-radju għal użu fil-medda tal-frekwenzi minn 870 MHz sa 876 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa 500 mW; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023

21.

EN 303 276 V1.1.1

Konnessjonijiet bir-Radju Marittimi fuq Banda Wiesgħa li joperaw fi ħdan il-meded minn 5 852 MHz sa 5 872 MHz u/jew minn 5 880 MHz sa 5 900 MHz għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta involuti f’attivitajiet koordinati; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023”.