32003E0681



Official Journal L 249 , 01/10/2003 P. 0066 - 0069


Azzjoni konġunta tal-kunsill 2003/681/PESK

tad-29 Settembru 2003

fuq il-Missjoni ta' Infurzar tal-Liġi ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPOL "Proxima")

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14, l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 26 u l-Artikolu 28(3) tiegħu,

Billi:

(1) Skond il-Qafas tal-Ftehim ta' Ohrid, il-kontrbut ta' l-Unjoni huwa bbażat fuq il-metodu wiesa' bl-attivitajiet biex jindirizza l-wisa' kollha tas-saltna tad-dritt ta' aspetti tal-liġi, inklużi programmi ta' formazzjoni ta' istituzzjonijiet u attivitajiet ta' infurzar tal-liġi li għandhom ikunu ta' appoġġ u rinfurzar reċiproku. L-attivitajiet ta' l-Unjoni, appoġġati, fost oħrajn, mill-programmi ta' formazzjoni ta' iustituzzjonijiet tal-Komunità skond ir-Regolament CARDS, jagħtu kontirbut għall-implimentazzjoni tal-paċi ġenerali f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif ukoll għall-kisbiet tal-politika ġenerali ta' l-Unjoni fir-reġjun, b'mod notevoli l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni.

(2) L-Unjoni ħatret Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) biex jagħti kontribut għall-konsolidazzjoni tal-proċess politiku paċifiku u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Qafas tal-Ftehim ta' Ohrid, biex jgħin biex jiżgura l-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE u biex jiżgura cordinament ta' l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex tgħin l-implimentazzjoni u s-sostenibilità tad-disposizzjonijiet ta' dak il-Qafas tal-Ftehim.

(3) Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1371 (2001) adottata fis-26 ta' Settembru 2001 tilqa' l-Qafas tal-Ftehim u tappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu bl-isforzi ta', fost l-oħrajn, l-UE.

(4) L-interess tal-konservazzjoni u l-bini fuq ir-riżultati sinjifikanti miksuba f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja permezz ta' impenn konsiderevoli ta' sforz politiku u riżorsi ta' l-UE, l-UE għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-infurzar tal-liġi biex tagħti kontribut għal ambjent ta' sigurtà aktar stabbli biex jippermetti lill-gvern ta' Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jimplimenta l-qafas tal-Ftehim ta' Ohrid.

(5) Il-qagħda tas-sigurtà preżenti f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija stabbli iżda tista' teħżien b'riperkussjonijiet serji possibbli fuq is-sigurtà internazzjonali. Impenn ta' sforz politiku u riżorsi ta' l-UE jgħin biex idaħħal l-istabbilità fir-reġjun.

(6) Fis-16 ta' Settembru 2003, l-awtoritajiet ta' Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja stiednu lill-UE biex tassumi responsabbiltà għal rwol akbar fl-infurzar tal-liġi u l-użu ta' Missjoni ta' l-UE għall-Infurzar tal-Liġi (EUPOL "Proxima"). Jinħtieġ li jintlaħaq ftehim għal dan il-għan bejn l-awtoritajiet ta' Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-UE.

(7) L-operazzjonijiet ta' l-EUPOL "Proxima" u Concordia għandhom ikunu kkonsidrati bħala operazzjonijiet separati, bla ħsara għal deċiżjonijiet separati.

(8) Il-Kumitat tal-Politika u Sigurtà għandu jeżerċita kontroll politiku ta' u jagħti direzzjoni strateġika lill-EUPOL "Proxima", magħdud it-tim ta' l-ippjanar, u jieħu d-ddeċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25, it-tielet sottoparagrafu tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea (TEU). Il-Kumitat tal-Politika u Sigurtà (PSC) għandu jkun infurmat fuq bażi regolari dwar l-aspetti kollha tal-missjoni, inkluż permezz ta' laqgħat mill-EUSR u l-Kap tal-Missjoni/Kummissarju ta' l-Infurzar tal-Liġi kif meħtieġ.

(9) Skond il-linji gwida tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Nizza tas-7 u 9 ta' d-Diċembru 2000, din l-Azzjoni Konġunta għandha tistabbilixxi r-rwol tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SG/HR) skond l-Artikoli 18 u 26 tat-TEU fl-implementazzjoni tal-miżuri li jaqgħu taħt il-kontroll politiku u id-direzzjoni strateġika eżerċitati mill-PSC, skond l-Artikolu 25 tat-TEU.

(10) Pajjiżi barranin għandhom jieħdu sehem fl-operazzjoni skond il-linji gwida stipulati mill-Kunsill Ewropew f'Nizza.

(11) L-Artikolu 14(1) tat-TEU jitlob indikazzjoni għall-ammont finanzjarju ta' riferenza għal perjodu kollu ta' implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta; l-indikazzjoni ta' l-ammonti li għandhom ikunu ffinanzjati min-nefqa pubblika tal-Komunità turi l-volontà ta' l-awtorità leġislattiva u hija bla ħsara għad-disponibbilità ta' approprjazzjonijiet ta' ta' impenn matul is-sena ta' nefqa pubblika rispettiva,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Missjoni

1. L-Unjoni Ewropea b'dan tistabbilixxi Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi (EUPOL "Proxima") magħmula minn tim ta' l-ippjanar li għandu jkun stabbilit mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru u fażi operatorja li tibda fil-15 ta' Diċembru 2003 l-aktar tard.

2. EUPOL "Proxima" għandha taħdem skond l-għanijiet u disposizzjonijiet oħra kif jinsabu fid-dijarazzjoni tal-missjoni stipulati fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Fażi ta' Ppjanar

1. Matul il-fażi ta' ppjanar, it-Tim ta' Ppjanar għandu jkun jikkonsisti f'Kap tal-Missjoni għall-Infurzar tal-Liġi, Kap tat-Tim ta' l-Ippjanar u l-persunal meħtieġ biex jittratta mal-funzjonijiet li jirriżultaw mill-ħtiġiet tal-missjoni.

2. Stima komprensiva tar-riskju għandha titwettaq bħala prijorità fil-proċess ta' ppjanar u tista' tiġi aġġornata kif meħtieġ.

3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jelabora l-Kunċett ta' l-Operazzjonijiet (CONOPS) bil-għajnuna tal-Kap tal-Missjoni għall-Infurzar tal-Liġi/Kap tat-Tim ta' l-Ippjanar. It-Tim ta' l-Ippjanar għandu wara jfassal il-Pjan Operazzjonali (OPLAN) u jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa biex iwettaq l-EUPOL "Proxima". CONOPS u OPLAN għandhom jikkonsidraw l-istima komprensiva tar-riskju. Il-Kunsill għandu japprova l-CONOPS u l-OPLAN.

4. It-Tim ta' l-Ippjanar għandu jaħdem b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-OSCE.

5. Mill-15 ta' Diċembru 2003, il-Kap tal-Missjoni għall-Infurzar tal-Liġi/Kap tat-Tim ta' l-Ippjanar għandu jsir il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi kif stipulat fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

L-EUPOL "Proxima", skond l-għanijiet tal-Ftehim ta' Ohrid, bl-assoċjazzjoni qawwija ma' l-awtoritajiet relevanti, u f'perspettiva usa' ta' l-istat tad-dritt għandha, b'konformità u kumplimentarjetà sħiħa mal-formazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-Komunità kif ukoll ta' l-OSCE u programmi bilaterali, tappoġġa, permezz tas-sorveljanza u direzzjoni, kif inhu xieraq:

- il-konsolidazzjoni tal-liġi u l-ordni, inkluża l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li tikkonċentra fuq oqsma sensittivi,

- l-implimentazzjoni prattika tar-riforma komprensiva tal-Ministru ta' l-Intern, inkluża l-pulizija,

- it-transizzjoni operazzjonali lejn, u l-ħolqien ta' infurzar tal-liġi usa', bħala parti minn sforz akbar ta' l-UE biex tippromwovi amministrazzjoni tal-fruntieri aktar magħquda,

- l-infurzar tal-liġi tal-lokal f'li tkattar il-kunfidenza mal-popolazzjoni,

- koperazzjoni msaħħa ma' l-Istati ġirien fil-qasam ta' l-infurzar tal-liġi.

Artikolu 4

Struttura

L-EUPOL "Proxima" fil-prinċipju għandha tkun strutturata kif ġej:

(a) kwartier ġenerali fi Skopje, kostitwit mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi u l-persunal kif imfisser fl-OPLAN;

(b) unit wieħed ta' ko-lokalità fil-livell tal-Ministeru ta' l-Intern;

(ċ) xi units allokati flimkien fDik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-livelli xierqa.

Artikolu 5

Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi

1. Il-Kunsill, fuq proposta tas-SG/HR, għandu jaħtar Kap tal-Missjoni/Kummissarju ta' l-Infurzar tal-Liġi. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju ta' l-Infurzar tal-Liġi għandu jeżerċita Kontroll Operazzjonali (OPCON) fuq il-EUPOL "Proxima" u jkollu f'idejh l-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-operazzjonijiet ta' l-EUPOL "Proxima".

2. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju ta' l-Infurzar tal-Liġi għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

3. L-uffiċjali kollha ta' l-infurzar tal-liġi għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtorità nazzjonali xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operazzjonali (OPCON) lill-Kap ta' l-EUPOL "Proxima".

4. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi għandu jkun responsabbli mill-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Rigward personal sekondat, azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta' l-UE relatata.

Artikolu 6

Persunal

1. L-għadd u l-kompetenza of tal-persunal tal-EUPOL "Proxima" għandhom ikunu konsistenti mad-dikjarazzjoni tal-missjoni stipulat fl-Artiklu 3 u l-istruttura stipulata fl-Artikolu 4.

2. Uffiċjali għall-infurzar tal-liġi għandhom ikunu sekondati mill-Istati Membri. L-anqas perjodu ta' sekondament għandu jkun ta' sena waħda. Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż relatati ma' l-uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi sekondati minnu, inklużi s-salarji, kura medika, allokazzjonijiet oħra esklużi dawk ta' kuljum, u spejjeż ta' l-ivvjaġġar għal u minn Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

3. Persunal internazzjonali ċivili u persunal lokali għandhom ikunu ingaġġati fuq bażi kontrattwali mill-EUPOL "Proxima" kif meħtieġ.

4. Istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri jew tal-Komunità jistgħu wkoll, jissekondaw persunal ċivili internazzjonali jekk ikun meħtieġ għal perjodu minimu ta' sena. Kull Stat Membru kontribwenti għandu jħallas l-ispejjeż relatati ma' l-uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi sekondati minnu, inklużi s-salarji, kura medika, allokazzjonijiet oħra esklużi dawk ta' kuljum, u spejjeż ta' l-ivvjaġġar għal u minn Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Artikolu 7

Ġerarkija

L-istruttura ta' l-EUPOL "Proxima" bħala parti minn approċċ usa' għall-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu jkollha ġerarkija ta' kmand magħquda, bħala operazzjoni ta' l-immaniġġjar ta' kriżi.

- Ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz ta' l-SG/HR.

- Il-Kumitat għall-Politika u għas-Sigurtà għandu jipprovdi l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika.

- Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi għandu jmexxi l-EUPOL "Proxima" u jassumi l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha.

- Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi għandu jirrapporta għand is-SG/HR permezz ta' l-EUSR.

- Is-SG/HR għandu jiggwida lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi permezz ta' l-EUSR.

Artikolu 8

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1. Il-Kumitat għall-Kontroll Politiku u Sigurtà għandu jeżerċita skond ir-responsabbilta tal-Kunsill kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà biex jieħu d-direzzjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25 tat-TEU. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex temenda l-pjan operazzjonali, il-ġerarkija tal-kmand u r-regoli ta' l-ingaġġ. Is-setgħat ta' deċiżjoni rigward l-għanijiet u t-tmiem ta' l-operazzjoni għandhom jibqgħu tal-Kunsill, megħjun mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

2. Il-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà għandu jgħarraf lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3. Il-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà għandu jirċievi rapporti mill-Kap tal-Missjoni ta' l-Infurzar tal-Liġi rigward it-tmexxija tal-missjoni f'intervalli regolari. Il-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà jista' jistieden lill-Kap tal-Missjoni għall-Infurzar tal-Liġi għal-laqgħat tagħha fejn ikun xieraq.

Artikolu 9

Parteċipazzjoni ta' Terzi Stati

1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-UE u l-qafas uniku istituzzjonali ta' l-Unjoni, Stati li Jaqblu huma mistiedna u Terzi Stati oħra jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL "Proxima" fuq il-bażi li huma jħallsu l-ispejjeż biex jibagħtu uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi u/jew il-persunal ċivili internazzjonali sekondat minnhom, inklużi s-salarji, allokazzjonijiet u spejjeż ta' l-ivvjaġġar għal u minn Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-EUPOL "Proxima" kif ikun xieraq.

2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qafas Istituzzjonali Uniku, Terzi Stati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fl-operazzjoni.

3. Il-Kunsill hawnhekk jawtorizza lill-PSC biex tieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kap tal-Missjoni għall-Infurzar tal-Liġi u l-Kumitat għall-Aspetti Ċivili ta' l-Amministrazzjoni tal-Kriżi, id-deċiżjonijiet relevanti fuq l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti.

4. Kontribuzzjonijiet ta' Terzi Stati għall-EUPOL "Proxima" għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi rigward l-amministrazzjoni ta' l-operazzjoni bħal Stati Membri ta' l-UE li qed jieħdu sehem fl-operazzjoni.

5. Il-PSC għandha tieħu l-azzjoni xierqa rigward l-arranġamenti tal-parteċipazzjoni u għandha, jekk ikun meħtieġ, tibgħathom lill-Kunsill, inkluż il-pateċipazzjoni finanzjarja possibbli minn Terzi Stati għall-ispejjeż komuni.

6. Arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta' Terzi Stati għandhom ikunu bla ħsara għall-ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli li jkun jgħin lill-Presidenza jista' jinnegozja dawk l-arranġamenti f'isimha.

Artikolu 10

Arranġamenti finanzjarji

1. L-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta għandhom ikunu:

(a) ammont massimu ta' 7.3 miljun EUR għal spejjeż biex jagħtu bidu għall-missjoni;

(b) massimu ta' 650000 EUR għall-ispejjeż kurrenti għall-2003, inklużi kull jum ta' 100 EUR kull persuna għall-2003;

(ċ) massimu ta' 7,056 miljun EUR għall-ispejjeż kurrenti għall-2004, li ma jinkludux kull jum, biex ikunu ffinanzjati kollha mill-budget tal-Komunità.

L-iffinanzjar ta' kuljum għall-2003 mill-budget tal-PESK budget mgħandhux jippreġudika l-ammont tagħhom u l-modalitajiet ta' l-iffinanzjar tagħhom għall-2004 u s-snin ta' wara.

L-ammont finali għas-sena 2004, inklużi l-modalitajiet ta' l-ffinanzjar ta' kuljum, għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill f'Diċembru 2003.

2. Rigward in-nefqa ffinanzjata mill-budget tal-Komunità, għandu japplika dan li ġej:

(a) in-nefqa għandha tkun immaniġġjata skond ir-regoli u proċeduri tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-budget, bl-eċċezzjoni li kull iffinanzjar minn qabel mgħandux jibqa' proprjetà tal-Komunità. Ċittadini ta' Stati baranin għandhom jitħallew jitfgħu l-offerti għal kuntratti;

(b) Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju għall-Infurzar tal-Liġi għandu jirrapporta b'mod dettaljat lill-, u jkun sorveljat mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jkunu daħlu għalihom fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

3. L-arranġamenti finanzjarji għandhom isegwu l-ħtiġiet ta' l-operazzjoni ta' l-EUPM, inkluża l-kompatibilità tat-tagħmir u l-interoperabilità tat-timijiet tagħha.

Artikolu 11

L-azzjoni tal-Komunità

1. Il-Kunsill jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tidderieġi l-azzjonijiet tagħha lejn il-kisba ta' l-għanijiet ta' din l-Azzjoni Konġunta, fejn ikun xieraq, b'miżuri relevanti mal-Komunità.

2. Il-Kunsill jinnota wkoll li arranġamenti għall-kordinament huma meħtieġa fi Skopje kif ukoll fi Brussel.

Artikolu 12

L-ippubblikar ta' informazzjoni klassifikata

1. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli huwa awtorizzat li jippubblika lin- NATO/KFOR u lill-partijiet terzi assoċjati ma' l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata u dokumenti ta' l-UE sal-livell ta' "CONFIDENTIEL UE" magħmulin għal skopijiet ta' l-operazzjoni, skond ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill.

2. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli huwa awtorizzat li jippubblika lin- NATO/KFOR u lill-partijiet terzi assoċjati ma' l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata u dokumenti ta' l-UE sal-livell ta' "CONFIDENTIEL UE" magħmulin għal skopijiet ta' l-operazzjoni, skond ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill. Jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.

3. Fil-każ ta' ħtieġa speċifika u immedjata, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli huwa awtorizzat ukoll li jippubblika lill-Istat li jkun jospita informazzjoni klassifikata u dokumenti ta' l-UE sal-livell ta' "CONFIDENTIEL UE" magħmulin għal skopijiet ta' l-operazzjoni, skond ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill. Fil-każi l-oħra kollham dawn l-informazzjoni u dokumenti għandhom jingħataw lill-Istat li jkun qed jospita skond proċeduri xierqa mal-livell ta' koperazzjoni ta' l-Istat jkun qed jospita ma' l-Unjoni Ewropea.

4. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli huwa awtorizzat li jippubblika għal partijiet terzi assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta ta' UE dokumneti mhux klassifikati li għandhom x'jaqsmu mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-operat kopert ma' l-obbligu tas-segretezza professjonali skond l-Artikolu 6(1) tar-Regoli tal-Kunsill dwar Proċedura.

Artikolu 13

L-Istatus tal-persunal ta' l-EUPOL "Proxima"

1. L-istatus tal-persunal ta' l-EUPOL "Proxima" f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, inkluż fejn hu xieraq il-privileġġi, immunitajiet u aktar garanziji meħtieġa għall-konklużjoni u l-funzjoni bla xkiel ta' l-EUPOL "Proxima" għandu jkun miftehem skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Is-Segretraju Ġenerali/Rappreżentant Għoli li jkun jgħin il-Presidenza jista' jinnegozja dawk l-arranġamenti f'isimha.

2. L-istituzzjoni ta' l-Istat jew tal-Komunità li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandha tinżamm responsabbli biex twieġeb għal kull pretensjoni marbuta mas-sekondament, mill-jew dwar il-membru tal-persunal. L-istituzzjoni ta' l-Istat jew tal-Komunità fil-kwestjoni għandha tinżamm responsabbli biex tieħu azzjoni kontra dak sekondat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u kemm iddum

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' meta tiġi adottata u għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, id-29 September 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

--------------------------------------------------