<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑515/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0515</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:115">EU:C:2015:115</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150226">26.2.2015</DATE> — KAWŻA C‑515/13</P><P>INGENIØRFORENINGEN I DANMARK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1) u (2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza ta’ ħlas ta’ allowance ta’ tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli, fid-data ta’ meta jitilqu, għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-rtirar mill-Istat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑515/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130917">17 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ingeniørforeningen i Danmark</HT>, li qed taġixxi għal Poul Landin</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Tekniq</HT>, li qed taġixxi għal ENCO A/S - VVS,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur) u J. L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Poul Landin, minn K. Schioldann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Tekniq, li qed taġixxi għal ENCO A/S - VVS, minn C. Ketelsen, u T. Lind-Larsen, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn M. Wolff, kif ukoll minn C. Thorning u U. Melgaard, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Clausen u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2)(a) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal P. Landin, u Tekniq, li qed taġixxi għal ENCO A/S – VVS, dwar iċ-ċaħda minn Tekniq ta’ applikazzjoni ta’ P. Landin li hija intiża sabiex tinkiseb allowance speċjali ta’ tkeċċija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/78</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 din għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġguni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandhux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment ġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet jkunu approprjati u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età [anzjani], u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-iffissar fir-rigward ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ età għall-parteċipazzjoni jew intitolament għall-benefiċċji ta’ l-irtirar jew ta’ l-invalidità, inkluża wkoll l-iffissar għal dawn l-iskemi ta’ etajiet differenti għal ħaddiema jew għal gruppi jew kategoriji differenti ta’ ħaddiema jew ta’ kriterji ta’ età fil-kalkoli ta’ l-attwarji fil-qafas ta’ dawn l-iskemi ma jikkostitwix diskriminazzjoni minħabba l-età, sakemm dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar l-Impjegati [lov om retsforholdet mellem arbejdsgivere og funktionærer (funktionærloven), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi dwar l-Impjegati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>], tinkludi fl-Artikolu 2a tagħha, d-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-kumpens speċjali għal tkeċċija:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegat, li jkun ilu fl-impjieg mal-istess impriża b’mod kontinwat għal 12-il sena, 15-il sena jew 18-il sena, il-persuna li tħaddem trid tħallsu somma, fil-mument tat-tmiem tal-impjieg, li tkun ekwivalenti għal paga ta’ xahar, ta’ xahrejn, jew ta’ tliet xhur rispettivament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx jekk, fil-mument tat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impjegat jirċievi l-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens għal tkeċċija ma jitħallasx jekk, fil-mument tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg, l-impjegat jirċievi mingħand il-persuna li timpjegah pensjoni tax-xjuħija u jekk l-impjegat ikun daħal fis-sistema tal-pensjoni inkwistjoni qabel ma jagħlaq ħamsin sena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002A.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (3) ma japplikawx jekk ikun hemm ftehim kollettiv li, fl-<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE>, jirregola l-kwistjoni tat-tnaqqis jew it-tneħħija tal-kumpens għal tkeċċija minħabba l-pensjoni tax-xjuħija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002A.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> f’każ ta’ tkeċċija inġusta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>P. Landin twieled fl-<DATE ISO="19441124">24 ta’ Novembru 1944</DATE> u ġie impjegat fil-<DATE ISO="19990111">11 ta’ Jannar 1999</DATE> bħala inġinier skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B’effett mill-jum meta għalaq 65 sena, fl-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE>, huwa talab li l-ħlas tal-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali tiegħu jiġi pospost sabiex jikseb ammont ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-konvenuta fil-kawża prinċipali nnotifikat lil P. Landin, li dak iż-żmien kellu 67 sena, bid-deċiżjoni tagħha li tkeċċih fi tmiem preavviż ta’ sitt xhur, fl-aħħar ta’ Mejju 2012, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Impjegati meta titqies l-anzjanità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress li P. Landin, kellu iktar minn 65 sena, huwa kien eliġibbli għall-benefiċċju tal-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali, il-konvenuta fil-kawża prinċipali ma kinitx ħallsitu l-allowance speċjali għal tkeċċija previst fl-Artikolu 2a(1) tal-Liġi dwar l-Impjegati minħabba li, konformement għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a(2) ta’ din il-liġi, l-impjegat eliġibbli għall-benefiċċju tal-pensjoni tal-irtirar mill-Istat jitlef id-dritt għall-allowance previst fil-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 2a, anki jekk huwa kompla jeżerċita attività professjonali u anki jekk huwa talab li l-ħlas ta’ din il-pensjoni jiġi pospost.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>P. Landin ħadem matul il-perijodu kollu tal-preavviż u, fl-iskadenza tiegħu, beda jaħdem bħala inġinier tal-irrigazzjoni ma’ persuna oħra li timpjega, fil-kundizzjonijiet normali tas-suq u skont il-Liġi dwar l-Impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa beda proċeduri sabiex jikseb l-allowance speċjali għal tkeċċija previst fl-Artikolu 2a(1) tal-Liġi dwar l-Impjegati, billi argumenta li r-rifjut ta’ dan il-ħlas imur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Østre Landsret iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni diretta [...] fuq il-bażi ta’ età li tinsab fl-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva [2000/78] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi Stat Membru milli jżomm fis-seħħ sitwazzjoni ġuridika fejn min iħaddem, wara li jitkeċċa ħaddiem impjegat li kien jaħdem mal-istess kumpannija għal 12, 15 jew 18-il sena, għandu, malli jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiem impjegat, iħallas ammont ekwivalenti għal xahar, xahrejn jew tliet xhur paga rispettivament, iżda li dan il-benefiċċju m’għandux jitħallas meta l-ħaddiem impjegat, meta jintemm il-kuntratt, huwa intitolat li jirċievi pensjoni tax-xjuħija minn skema ta’ pensjoni li għaliha jkun ikkontribwixxa min iħaddem? [pensjoni tax-xjuħija tal-iskema ġenerali]?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, l-ewwel nett, għandu jiġi eżaminat jekk tirriżultax differenza fit-trattament mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati għandu bħala effett li jċaħħad mid-dritt tal-allowance speċjali għal tkeċċija lil ċerti ħaddiema u dan biss minħabba l-fatt li huma jistgħu jibbenefikaw, fid-data tat-tkeċċija tagħhom, minn pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali. Issa, mill-proċess jirriżulta li l-għoti tal-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija huwa suġġett għal kundizzjoni tal-età minima li ġiet iffissata għal 65 sena għall-ħaddiema li twieldu fis-sena 1954. Għalhekk, din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq kriterju li huwa marbut b’mod inseparabbli mal-età tal-impjegati (ara, b’analoġija, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, C‑499/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludi differenza fit-trattament bbażata direttament fuq il-kriterju tal-età fis-sens tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 1 u 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tieni nett, jaqbel li jiġi eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament tistax tiġi ġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni jekk din tkun oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, minn għanijiet leġittimi, b’mod partikolari minn għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u tat-taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi intiżi sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu jkunu xierqa u neċessarji (sentenza Schmitzer, C‑530/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod repetut iddeċidiet li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fost għanijiet oħra fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jiksbuh (sentenzi Specht <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2005">EU:C:2014:2005</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u Schmitzer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata n-natura leġittima tal-għan mixtieq mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-allowance speċjali għal tkeċċija għandha l-għan, kif il-qorti tar-rinviju tindika meta tirreferi għar-raġunijiet tal-abbozz tal-Liġi dwar l-Impjegati, li tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn impjieg ġdid tal-iktar ħaddiema anzjani li jkollhom anzjanità kbira mal-istess persuna li timpjegahom. Min-naħa l-oħra, jekk il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jirrestrinġi l-benefiċċju ta’ din l-allowance għall-ħaddiema li, fid-data tat-tkeċċija tagħhom, ma ngħatawx il-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar mill-Istat, ix-xogħlijiet preparatorji ta’ din il-miżura leġiżlattiva, iċċitati mill-qorti tar-rinviju, juru li din il-limitazzjoni hija bbażata fuq il-konstatazzjoni skont liema l-persuni li ngħatalhom il-benefiċċju ta’ tali pensjoni tal-irtirar jiddeċiedu, bħala regola ġenerali, li jitilqu mis-suq tax-xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja, il-limitazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati hija intiża li tiggarantixxi, b’mod sempliċi u razzjonali, li l-persuni li jimpjegaw ma jħallsux lill-impjegati mkeċċija li jkollhom anzjanità kbira kumpens doppju li ma jservi ebda għan fil-qasam tal-politika tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-għan intiż mill-allowance speċjali għal tkeċċija, ta’ protezzjoni tal-ħaddiema li għandhom anzjanità kbira fl-impriża u l-għajnuna għall-inseriment professjonali mill-ġdid, jaqa’ taħt il-kategorija ta’ għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar, dawn l-għanijiet jistgħu jiġġustifikaw, bħala deroga mill-prinċipju tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età, differenzi fit-trattament marbuta, b’mod partikolari, mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali […] [tal-]impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, […] [għall-]ħaddiema ta’ età […] sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, għanijiet bħalma huma dawk mixtieqa mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom, bħala prinċipju, jitqiesu li huma ta’ natura li jiġġustifikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>objettivament u raġonevolment<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>fil-kuntest tal-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, differenza fit-trattament ibbażat fuq l-età (sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi vverifikat, skont il-kliem stess tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk il-mezzi implementati sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>approprjati [xierqa] u neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati jippermettix li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-impjieg mixtieqa mil-leġiżlatur mingħajr madankollu ma jkun hemm preġudizzju eċċessiv kontra l-interessi leġittimi tal-ħaddiema li, minħabba din id-dispożizzjoni, jiġu mċaħħda minn din l-allowance peress li huma eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-miżuri li jistgħu jiksbu l-għanijiet tagħhom fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg. Madankollu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni ma għandux l-effett li jirrendi ineffettiva l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età (sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, ir-restrizzjoni tal-allowance speċjali għal tkeċċija, biss, lill-ħaddiema li fid-data tat-tkeċċija tagħhom, jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali, ma tidhirx irraġonevoli fir-rigward tal-għan mixtieq mil-leġiżlatur, li jikkonsisti f’li jipprovdi protezzjoni ikbar għall-ħaddiema peress li t-tranżizzjoni tagħhom lejn impjieg ġdid hija iktar diffiċli minħabba l-anzjanità tagħhom fl-impriża. L-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati jippermetti wkoll li l-possibbiltajiet ta’ abbuż jiġu limitati, u<?PAGE NO="6"?> dan jikkonsisti, għal ħaddiem, li jibbenefika minn kumpens intiż li jkun ta’ sostenn fit-tiftix ta’ impjieg ġdid filwaqt li huwa jkun wasal biex jirtira (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark , <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jitqies li dispożizzjoni bħalma hija dik tal-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati ma tidhirx manifestament inadegwata sabiex tilħaq l-għan leġittimu tal-politika tal-impjieg mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jiġi vverifikat ukoll jekk din il-miżura teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, l-leġiżlatur żamm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħaddiema li, minħabba l-anzjanità tagħhom fl-impriża, jkunu ġeneralment fost l-ikbar fl-età, u dik tal-ħaddiema iżgħar, li ma jistgħux jitolbu l-benefiċċju tal-allowance speċjali għal tkeċċija. Ix-xogħlijiet preparatorji tal-Liġi Nru 1417, tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li permezz tagħha saret it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/78, iċċitati mill-qorti tar-rinviju, juru, f’dan ir-rigward, li l-leġiżlatur ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li l-allowance speċjali għal tkeċċija, sa fejn huwa strument ta’ protezzjoni sostnut minn kategorija ta’ ħaddiema ddefiniti b’riferiment għall-anzjanità tas-servizz tagħhom, jikkostitwixxi forma ta’ differenza fit-trattament li jikkawża preġudizzju għall-ħaddiema l-iktar żgħażagħ. Għalhekk, il-Gvern Daniż josserva li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-allowance speċjali għal tkeċċija prevista fl-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati tippermetti li miżura ta’ protezzjoni soċjali, li ma hijiex intiża sabiex tapplika għall-ħaddiema l-iktar żgħażagħ, ma tiġix estiża lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tiżgura, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u n-neċessità tal-ġlieda kontra l-abbużi, li l-allowance speċjali għal tkeċċija tingħata biss lill-persuni li għalihom din hija intiża, jiġifieri dawk li jkollhom il-ħsieb li jibqgħu attivi, li iżda, minħabba l-età tagħhom, ġeneralment jiltaqgħu ma’ iktar diffikultajiet sabiex isibu impjieg ġdid. Din il-miżura tippermetti wkoll li jiġi evitat li l-allowance speċjali għal tkeċċija ma titħallasx lil persuni li jridu, barra minn hekk, jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati, sa fejn dan jeskludi mill-benefiċċju tal-allowance speċjali għal tkeċċija l-ħaddiema li ser jirċievu, fid-data ta’ tkeċċija tagħhom, pensjoni tal-irtirar mill-Istat, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet li huwa jrid jilħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk din il-konstatazzjoni tistax tiġi kkontestata miċ-ċirkustanza li din id-dispożizzjoni tekwipara lill-persuni li ser jirċievu effettivament pensjoni tal-irtirar mill-Istat ma’ dawk li huma eliġibbli għall-benefiċċju ta’ tali pensjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati għandha bħala effett li teskludi mill-benefiċċju tal-allowance speċjali għal tkeċċija dawk il-ħaddiema kollha li huma eliġibbli, fid-data tat-tkeċċija tagħhom, għal pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk din l-esklużjoni tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju u mill-Gvern Daniż jirriżulta li din l-esklużjoni hija bbażata fuq l-idea skont liema, bħala regola ġenerali, l-impjegati jitilqu mis-suq tax-xogħol peress li jkunu eliġibbli għal pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali. Minħabba din l-evalwazzjoni marbuta mal-età, ħaddiem li, minkejja li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar mill-iskema ġenerali, ikun jixtieq li jirrinunzja temporanjament għal dan il-benefiċċju sabiex ikompli bil-karriera professjonali tiegħu, ma jkunx jista’ jirċievi l-allowance speċjali għal tkeċċija,<?PAGE NO="7"?> minkejja li din hija intiża għal protezzjoni tiegħu. Għalhekk, bil-għan leġittimu li jiġi evitat li dan il-kumpens ikun ta’ benefiċċju għal persuni li ma jkunux qed ifittxu impjieg ġdid iżda jkunu ser jieħdu dħul alternattiv fl-għamla ta’ pensjoni tal-irtirar mill-Istat, il-miżura inkwistjoni twassal sabiex teskludi minn din l-allowance lill-ħaddiema mkeċċija li jkunu jridu jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u dan biss minħabba l-fatt li dawn ikunu jistgħu, minħabba b’mod partikolari, l-età tagħhom, jieħdu din il-pensjoni (ara s-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-punt 45 tas-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha qamet il-kwistjoni jekk l-Artikolu 2a(3) tal-Liġi dwar l-Impjegati, li jipprevedi l-esklużjoni tal-allowance speċjali għal tkeċċija fil-każ meta l-impjegat għandu l-possibbiltà, fid-data ta’ meta jitlaq, li jibbenefika mill-pensjoni tal-irtirar imħallsa mill-persuna li timpjegah, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din id-dispożizzjoni rendiet iktar diffiċli l-eżerċizzju sussegwenti tad-dritt ta’ tali impjegat li jaħdem, peress li, la kien f’sitwazzjoni ta’ tranżizzjoni lejn impjieg ġdid, ma jibbenefikax minn tali allowance. Fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-eżistenza ta’ riskju għall-ħaddiema kkonċernati li jkollhom jaċċettaw telf ta’ dħul sinjifikattiv fuq perijodu twil.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-kawża prinċipali hija distinta minn dik li tat lok għall-kawża li wasslet għas-sentenza Ingeniørforeningen i Danmark (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-pensjoni tax-xjuħija inkwistjoni fl-imsemmija kawża tista’ titħallas mill-età ta’ 60 sena, kull impjegat li jkun laħaq din l-età fil-jum tat-tluq tiegħu jkun jista’ jibbenefika biss minn pensjoni ta’ ammont imnaqqas meta mqabbel ma’ dak li kien jikseb kieku stenna li jilħaq l-età tal-irtirar sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu tal-irtirar. Għaldaqstant, huwa fil-fatt jirriskja li jitnaqqaslu l-ammont imħallas bħala rtirar antiċipat.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża, li tikkonċerna l-esklużjoni tal-allowance speċjali għal tkeċċija fil-każ fejn l-impjegat għandu l-possibbiltà, fid-data ta’ tluq tiegħu, li jibbenefika mill-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali. Għalhekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, din il-pensjoni tal-irtirar hija ekwiparabbli għal sostenn meta l-età tal-irtirar iddefinità fil-livell nazzjonali tintlaħaq. Matul il-perijodu li jibda mis-sena 1999 sas-sena 2023, l-età normali tal-irtirar hija ta’ 65 sena u dan il-limitu jiżdied progressivament sal-età ta’ 67 sena għas-sena 2027.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li r-riskju li jitnaqqas l-ammont imħallas bħala rtirar antiċipat ma jikkonċernax, bħala prinċipju, lill-impjegati li jistgħu jibbenefikaw mill-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali, bħal P. Landin, li kellu 67 sena fid-data tat-tkeċċija tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra dan, sa fejn l-allowance speċjali għal tkeċċija hija allowance unika li tikkorrispondi għal xahar, għal xahrejn jew għal tliet xhur ta’ salarju, dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tidhirx li tista’ tikkawża telf ta’ dħul sinjifikattiv fuq perijodu twil.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kawża prinċipali hija distinta wkoll mill-fatti li wasslu għal kawża li wasslet għas-sentenza Dansk Jurist- og Økonomforbund (C‑546/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna, għall-uffiċjali li laħqu l-età ta’ 65 sena u li huma eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tal-irtirar, id-dritt li jżommu s-salarju tagħhom matul tliet snin wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet ma humiex ikkontestati mill-fatt li impjegat, bħalma hu P. Landin, jista’ jkompli jaħdem wara l-età tal-irtirar, sabiex iżid l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu. Fil-fatt għandu jiġi rrilevat, kif jindika l-Gvern Daniż b’risposta għal domanda magħmula matul is-seduta, li huwa possibbli li persuna tirċievi l-pensjoni tal-irtirar mill-iskema ġenerali filwaqt li teżerċita attività professjonali. Il-ħlas ta’ din il-pensjoni jista’ jiġi sospiż ukoll bil-għan li tiġi eżerċitata din l-attività u għalhekk, fi tmiem, li jiżdied l-ammont tal-imsemmija pensjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u inkunsiderazzjoni tal-elementi rrilevati fil-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza tagħhom, miżura bħal dik prevista fl-Artikolu 2a(2) tal-Liġi dwar l-Impjegati ma jidhirx li tikkawża preġudizzju eċċessiv lill-interessi leġittimi tal-ħaddiema li jkunu laħqu l-età normali tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 2(1) u 2(a) u 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegat li kien fis-servizz tal-istess impriża matul perijodu mhux interrott ta’ 12-il sena, 15-il sena jew 18-il sena, il-persuna li timpjega tħallas, meta dan l-impjegat jitlaq, allowance li tikkorrispondi rispettivament għal xahar, xahrejn jew tliet xhur tas-salarju, iżda li din l-allowance ma titħallasx jekk l-imsemmi impjegat jkollu l-possibbiltà, fid-data tat-tluq tiegħu, li jibbenefika mill-pensjoni tal-irtirar tal-iskema ġenerali, sa fejn, minn naħa l-waħda, din il-leġiżlazzjoni hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu li jirrigwarda l-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, hija tikkostitwixxi raġuni xierqa u neċessarja għat-twettiq ta’ dan l-għan. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2(1) u (2)(a) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegat li kien fis-servizz tal-istess impriża matul perijodu mhux interrott ta’ 12-il sena, 15-il sena jew 18‑il sena, il-persuna li tħaddem għandha tħallas, meta dan l-impjegat jitlaq, allowance li tikkorrispondi rispettivament għal xahar, għal xahrejn jew għal tliet xhur ta’ salarju, iżda li din l-allowance ma titħallasx jekk l-imsemmi impjegat ikollu l-possibbiltà, fid-data tat-tluq tiegħu, li jibbenefika mill-pensjoni tal-irtirar mill-Istat, sa fejn, minn naħa l-waħda, din il-leġiżlazzjoni hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu li jirrigwarda l-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, hija tikkostitwixxi raġuni xierqa u neċessarja għat-twettiq ta’ dan l-għan. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>