<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑564/13 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0564</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:124">EU:C:2015:124</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150226">26.2.2015</DATE> — KAWŻA C‑564/13 P</P><P>PLANET vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 272 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni dikjaratorja</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑564/13 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil‑<DATE ISO="20131031">31 ta’ Ottubru 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn V. Christianos u S. Paliou, dikigoroi,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lyal, B. Conte u D. Triantafyllou, bħala aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda (Relatur), A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Planet vs Il‑Kummissjoni (T‑489/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:496">EU:T:2013:496</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tagħha ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, u intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea kienet kisret numru ta’ kuntratti konklużi magħha billi eskludiet l-ispejjeż ta’ persunal għad-diriġenti tal-ogħla livell li hija timpjega u li, għalhekk, dawn l-ispejjeż kienu eliġibbli u ma kellhomx jitħallsu lura lill-Kummissjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-huma deskritti kif ġej fil-punti 1 sa 22 tad-digriet appellat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, PLANET AE Anonymi Etaireia Parohis Symvouleftikon Ypiresion, hija kumpannija li tagħti pariri fl-amministrazzjoni ta’ impriżi u ta’ proġetti. Hija tikkollabora ma’ msieħba internazzjonali u Ewropej, fosthom il-Kummissjoni [...], fis-settur tal-pariri fis-strateġija, fl-informatika u fl-amministrazzjoni ta’ proġetti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża tikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-kuntratti konklużi mar-rikorrenti għal tliet proġetti ta’ riċerka. Dawn il-kuntratti kienu bbażati fuq id-Deċiżjoni 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20020627">27 ta’ Ġunju 2002</DATE>, li tikkonċerna s-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (mill-2002 sa l-2006) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 576)</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, dawn huma kuntratti konklużi bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ir-rikorrrenti, fil-kapaċità tagħha bħala koordinatur u membru ta’ konsorzju, iffirmat fis‑<DATE ISO="20031217">17 ta’ Diċembru 2003</DATE> għall-proġett <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ontology enabled E‑Gov Service Configuration<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> (Ontogov, Nru 507237);</P></ITEM><ITEM><P>il-Forschungszentrum Informatik an der Universität Karlsruhe, fil-kapaċità tiegħu bħala koordinatur ta’ konsorzju li kienet membru fih ir-rikorrenti, iffirmat fil‑<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE> għall-proġett <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fostering self-adaptive e‑government service improvement using semantic technologies<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> (FIT, Nru 27090);</P></ITEM><ITEM><P>ir-rikorrenti, fil-kapaċità tagħha bħala koordinatur u membru ta’ konsorzju, iffirmat fit‑<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> għall-proġett <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Risk Assessment for Customs in Western Balkans<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> (RACWeb, Nru 45101) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, il-“kuntratti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu II.24(1)(a) tal-kuntratti inkwistjoni jipprovdi li l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq l-ispejjeż eliġibbli ddikjarati mill-kontraenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu II.8 tal-kuntratti inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha, qabel ma tħallas lura l-ispejjeż iddikjarati mill-konsorzju u/jew il-kontraenti fi tmiem kull perijodu ta’ rendikont, tevalwa u tapprova r-rapporti u l-elementi disponibbli. Skont il-paragrafu 4 tal-istess artikolu, l-approvazzjoni ta’ rapport mill-Kummissjoni ma jimplikax l-eżenzjoni minn verifika jew minn kontroll, li jista’ jsir konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.29.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu II.29 tal-kuntratti inkwistjoni jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull mument tul il-kuntratt u sa ħames snin wara t-tmiem tal-proġett, il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki jew permezz ta’ reviżuri jew awdituri xjentifiċi jew teknoloġiċi esterni, jew permezz tad-dipartimenti tal-Kummissjoni stess, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Dawn il-verifiki jistgħu jikkonċernaw aspetti xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi u oħrajn (bħal pereżempju l-prinċipji ta’ kontabbiltà u ta’ amministrazzjoni) li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni tajba tal-proġett u tal-kuntratt. Dawn il-verifiki jsiru fuq bażi kunfidenzjali. L-ammonti li jkunu dovuti lill-Kummissjoni skont ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rkupru kif indikat fl-Artikolu II.31. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontraenti għandhom iqiegħdu direttament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-data ddettaljata kollha li tista’ tintalab mill-Kummissjoni sabiex jiġi vverifikat jekk il-kuntratt huwiex amministrat u eżegwit sew.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontraenti għandhom iżommu, matul perijodu ta’ 5 snin minn tmiem il-proġett, l-oriġinali jew, f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, il-kopji ċċertifikati konformi tal-oriġinal tad-dokumenti kollha li jikkonċernaw il-proġett. Dawn id-dokumenti għandhom jitqiegħu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni meta dawn jintalbu matul l-eżekuzzjoni ta’ verifika fil-kuntest tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu II.31(1) tal-kuntratti inkwistjoni, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>meta ammont ikun tħallas indebitament lill-kontraenti jew meta rkupru jkun ġustifikat fiċ-ċirkustanzi tal-kuntratt, il-kontraenti jimpenja ruħu li jħallas lura lill-Kummissjoni s-somma inkwistjoni skont il-kundizzjonijiet u fid-data speċifikata minnha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 12 tal-kuntratti inkwistjoni, dawn tal-aħħar huma rregolati mil-liġi Belġjana. L-Artikolu 13 jipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[i]l-Qorti Ġenerali [...] jew il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-każ, għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-tilwim bejn il-Komunità u l-kontraenti fir-rigward tal-validità, tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt’.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul il-perijodu inkluż bejn is‑17 u l‑<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE>, kif ukoll fl‑<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, kumpannija ta’ verifika esterna wettqet, f’isem id-diviżjoni ta’ verifika esterna tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Soċjetà tal-informazzjoni u mezzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>DĠ Informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>), verifika finanzjarja tar-rikorrenti, li kienet tiffoka fuq l-ispejjeż iddikjarati għal ċerti perijodi fir-rigward tal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tat‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, il-kumpannija ta’ verifika bagħtet lir-rikorrenti r-rapport ta’ verifika provviżorju li kien iqiegħed inkwistjoni b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ persunal fir-rigward ta’ tlieta mid-diriġenti tal-ogħla livell [tagħha] (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ispejjeż kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20090529">29 ta’ Mejju 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-imsemmi rapport ta’ verifika provviżorju.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20090710">10 ta’ Lulju 2009</DATE>, ir-rikorrenti ressqet dikjarazzjoni tal-ispejjeż riveduta, li kienet taċċetta ċerti rakkomandazzjonijiet tal-kumpannija ta’ verifika.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, id-diviżjoni ta’ verifika esterna tad‑DĠ Informazzjoni esponiet ir-raġunijiet għalfejn hija żammet il-konklużjonijiet ippreżentati fir-rapport ta’ verifika provviżorju u bagħtet lir-rikorrenti r-rapport ta’ verifika finali.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat il-konformità tal-verifika u stiednet lill-Kummissjoni għal laqgħa sabiex tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar l-oġġezzjonijiet tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, seħħet laqgħa bejn ir-rikorrenti u d-diviżjoni ta’ verifika esterma tad-DĠ Informazzjoni. Fiha ġie konkluż li r-rikorrenti kellha tipprovdi lill-Kummissjoni elementi supplimentari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tad-diriġenti tal-ogħla livell tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20100419">19 ta’ April 2010</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni addizzjonali li hija kienet impenjat ruħha li tipprovdi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE>, id-diviżjoni ta’ verifika esterna tad-DĠ Informazzjoni informat lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tagħha li twettaq verifika supplimentari (follow‑up audit) fis-sede tagħha u bagħtet lista tad-dokumenti ta’ sostenn li kellhom jiġu prodotti waqt il-verifika. Din il-verifika seħħet bejn l‑20 u t‑<DATE ISO="20100722">22 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑3 ta’ Settembru u d‑<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, ir-rikorrenti ssottomettiet informazzjoni addizzjonali mitluba waqt l-imsemmija verifika supplimentari.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, id-diviżjoni ta’ verifika esterna tad‑DĠ Informazzjoni informat lir-rikorrenti li hija kienet iddeċidiet li tirrevedi parzjalment il-konklużjonijiet tar-rapport tagħha billi aċċettat ċerti spejjeż, iżda li żżomm il-konklużjonijiet relatati mal-ispejjeż kontenzjużi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20110211">11 ta’ Frar 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-konklużjonijiet riveduti tar-rapport ta’ verifika.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120410">10 ta’ April 2012</DATE>, id-diviżjoni ta’ verifika esterna tad-DĠ Informazzjoni wieġbet li hija żammet kważi l-konklużjonijiet kollha tagħha fir-rigward tal-ispejjeż kontenzjużi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120521">21 ta’ Mejju 2012</DATE>, ir-rikorrenti reġgħet tenniet il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż kontenzjużi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ att imressaq fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell skont l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kienet kisret numru ta’ kuntratti konklużi magħha billi eskludiet l-ispejjeż kontenzjużi u li, għalhekk, dawn l-ispejjeż kienu eliġibbli u ma kellhomx jitħallsu lura lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l‑Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fil‑<DATE ISO="20130311">11 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-rikorrenti ressqet osservazzjonijiet dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni, billi ddeċidiet li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kellhiex interess ġuridiku ċert u attwali fil-ġurnata tal-preżentata tar-rikors tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell bħala manifestament infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ aggravju uniku, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet, fil-punti 31 sa 35, 37, 38, 42 sa 45 u 50 tad-digriet appellat, li hija ma kellhiex interess ġuridiku ċert u attwali fil-ġurnata tal-preżentata tar-rikors tagħha skont l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li l-interess ġuridiku meħtieġ fil-kuntest ta’ azzjoni dikjaratorja intiża sabiex tiġi rrikonoxxuta r-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni bis-saħħa tal-Artikolu 272 TFUR u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, bħal dik ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, għandu kontenut differenti mill-interess ġuridiku meħtieġ fil-kuntest ta’ rikorsi oħrajn li jeżistu fid-dritt tal-Unjoni, bħar-rikors għal annullament u r-rikors għal kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, l-interess ġuridiku meħtieġ fil-kuntest ta’ tali azzjoni dikjaratorja intiża sabiex tiġi rrikonoxxuta r-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni jeżisti meta jiġi kkonstatat, min-naħa tal-parti kontraenti jew tar-rappreżentant ikkwalifikat tagħha, kontestazzjoni serja, sistematika u ripetuta ta’ dritt kuntrattwali, kontestazzjoni li tintroduċi b’mod raġonevoli inċertezza fir-rigward tal-eżistenza, tal-portata u tal-eżerċizzju liberu tad-dritt tal-persuna kkonċernata. Konsegwentement, l-interess ġuridiku meħtieġ fil-kuntest ta’ azzjoni għal responsabbiltà kuntrattwali ma jirrikjedix li att definittiv li jikkawża preġudizzju jkun ġie adottat mill-Kummissjoni jew li jkun jeżisti dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti tqis li l-interess ġuridiku tagħha ma huwiex ipotetiku, iżda ċert u attwali, ġaladarba l-kontestazzjonijiet ripetuti min-naħa tal-Kummissjoni ħolqu inċertezza fir-rigward tal-eżistenza tad-dritt tagħha li tirreġistra r-remunerazzjonijiet ta’ diriġenti tal-ogħla livell bħala spejjeż diretti eliġibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-interess ġuridiku meħtieġ sabiex jiġi ppreżentat rikors għal annullament, jiġifieri l-eżistenza ta’ att definittiv, fil-punt 34 tad-digriet appellat, moqri flimkien mal-punti 45, 35, 37, 38 u 42 tiegħu. L-appellanti tqis ukoll li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-interess ġuridiku meħtieġ sabiex jiġi ppreżentat rikors għal kumpens, jiġifieri l-eżistenza ta’ dannu ċert, fil-punti 42 sa 44 tad-digriet ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, fil-punt 50 tad-digriet ikkontestat, li l-interess ġuridiku tiegħu seta’ kien ċert u attwali biss wara l-ħruġ mill-Kummissjoni ta’ ordni ta’ rkupru jew ta’ kull att ieħor. Dan ir-rekwiżit jagħti lok għal nuqqas ta’ ċertezza legali fit-tul għall-persuni kkonċernati, sa fejn dawn huma mġiegħla jistennew il-ħruġ ta’ ordni ta’ rkupru anki meta l-Kummissjoni tkun diġà kkontestat id-dritt kuntrattwali tagħhom b’mod serju, ripetut u sistematiku.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi billi ddeċidiet li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kellhiex interess ġuridiku ċert u attwali fil-ġurnata tal-preżentata tar-rikors tagħha għall-konstatazzjoni ta’ ksur tal-obbligi kuntrattwali skont l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma bbażatx id-digriet appellat fuq il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma bbażatx l-evalwazzjoni tagħha fuq l-assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tafferma li hija ma kkontestatx id-drittijiet kuntrattwali tal-appellanti, ġaladarba hija ma ħarġitx nota ta’ debitu biex tirrikjedi l-ħlas lura tal-ispejjeż kontenzjużi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Artikolu II.29(1) tal-kuntratti inkwistjoni mal-appellanti jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[l-]ammonti li jkunu dovuti lill-Kummissjoni skont ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Skont din id-dispożizzjoni, ir-redazzjoni ta’ rapport finali sfavorevoli ma jagħtix awtomatikament lok għall-irkupru tal-ispejjeż kontenzjużi, ġaladarba d-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni jżommu s-setgħa diskrezzjonali tagħhom jekk għandhomx jirrikjedu ħlas lura jew le. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, fil-każ inkwistjoni, ir-redazzjoni ta’ rapport sfavorevoli minn wieħed mid-dipartimenti interni tagħha, meta l-proċedura ta’ verifika ma kinitx ingħalqet, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala kontestazzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tar-rikorrenti. Il-Kummissjoni tqis, b’mod definittiv, li għad ma teżisti ebda tilwima bejn il-partijiet kontraenti, ġaladarba ebda waħda minnhom ma adottat miżuri konkreti sabiex timponi l-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali li dwarha l-partijiet ma jaqblux.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li hija għadha ma ħarġitx nota ta’ debitu ma jagħti lok għal ebda konsegwenza negattiva għall-appellanti. Din is-sitwazzjoni ma tagħti lok għal ebda nuqqas ta’ inċertezza legali ġaladarba, il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tirrikjedi ħlas lura hija suġġetta għall-preskrizzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti u, min-naħa l-oħra, l-eventwali ordni ta’ rkupru huwa suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju komplet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, permezz tar-rikors tagħha ppreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ressqet azzjoni dikjaratorja b’mod partikolari skont l-Artikolu 272 TFUE. Fil-fatt, bħalma osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 16 tal-konklużjonijiet tagħha, l-azzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali ma kinitx intiża sabiex tinkiseb prestazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, iżda sabiex tinkiseb dikjarazzjoni min-naħa tal-qorti tal-Unjoni li tawtorizzaha żżomm is-somom diġà mħallsa mill-Kummissjoni skont il-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura dikjaratorja tal-azzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-qorti tal-Unjoni għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan it-tip ta’ azzjoni, u dan minkejja l-fatt li l-Kummissjoni ma eċċepietx in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali matul il-proċedura quddiemha, u lanqas matul din il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward ta’ kwistjoni li tirrigwarda l-ġurisdizzjoni nnifisha tal-qorti tal-Unjoni, hija għandha tiġi kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti meta ebda waħda mill-partijiet ma titlobha tagħmel dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il‑Ġermanja vs L-Awtorità Għolja, 19/58, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:19">EU:C:1960:19</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 488, kif ukoll Ferriera Valsabbia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, 154/78, 205/78, 206/78, 226/78 sa 228/78, 263/78, 264/78, 31/79, 39/79, 83/79 u 85/79, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:81">EU:C:1980:81</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 7). Barra minn hekk, il-partijiet ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kwistjoni mqajma <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi li, filwaqt li fil-kuntest ta’ klawżola ta’ arbitraġġ konkluża skont l-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab tiddeċiedi tilwima billi tapplika dritt nazzjonali li jirregola l-kuntratt, il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima dwar dan il-kuntratt għandha tiġi evalwata abbażi tas-sempliċi dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u tad-dispożizzjonijiet tal-klawżola ta’ arbitraġġ, mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu invokati kontriha dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li allegatament jostakolaw il-ġurisdizzjoni tagħha (sentenzi Il‑Kummissjoni vs Zoubek, 426/85, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:501">EU:C:1986:501</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10, u Il‑Kummissjoni vs Feilhauer, C‑209/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:172">EU:C:1992:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 272 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 256 TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, fl-ewwel istanza, bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt ta’ dritt pubbliku jew ta’ dritt privat li sar mill-Unjoni jew f’isimha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 272 TFUE jikkostitwixxi dispożizzjoni speċifika li tippermetti li tiġi adita l-qorti tal-Unjoni bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ stipulata mill-partijiet għal kuntratti ta’ dritt pubbliku jew ta’ dritt privat, u dan mingħajr limitazzjoni marbuta man-natura tal-azzjoni ppreżentata quddiem il-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk, f’dan il-każ, il-klawżola ta’ arbitraġġ imdaħħla fil-kuntratti inkwistjoni tagħtix ġurisdizzjoni lill-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni dikjaratorja ppreżentata mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-klawżola ta’ arbitraġġ inkluża fl-Artikolu 13 tal-kuntratti inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-każ, għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-tilwim bejn l-Unjoni u l-kontraenti fir-rigward tal-validità, tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni ta’ dawn il-kuntratti. Minn dan jirriżulta li din il-klawżola ta’ arbitraġġ lanqas ma tillimita l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tan-natura tal-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, l-imsemmija klawżola ta’ arbitraġġ hija f’dan is-sens tali li tagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti Ġenerali jew lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dikjaratorja, bħal dik inkwistjoni, li tirrigwarda tilwima bejn l-Unjoni u r-rikorrenti fir-rigward tal-validità, tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni tal-imsemmija kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma hemmx wisq dubju li l-azzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-kuntratti inkwistjoni, u b’mod iktar partikolari l-eliġibbiltà tal-ispejjeż kontenzjużi fir-rigward ta’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 33 tad-digriet appellat, li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinitx stabbilixxiet li, fid-data tal-preżentata tar-rikors tagħha, dan kien ibbażat fuq interess ċert u attwali li kien jirrikjedi protezzjoni ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-appellanti tqis li, billi ddeċidiet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn, fil-kuntest ta’ azzjoni dikjaratorja, huwa meħtieġ, sabiex jirriżulta tali interess, li dritt kuntrattwali jiġi kkontestat b’mod serju, sistematiku u ripetut minn waħda mill-partijiet fil-kuntratt, fejn b’hekk tinħoloq inċertezza għal waħda mill-partijiet kontraenti fir-rigward tal-eżistenza jew tal-portata ta’ dan id-dritt. Din il-kundizzjoni hija sodisfatta f’dan il-każ, ġaladarba l-Kummissjoni kkontestat b’mod serju, sistematiku u ripetut id-dritt tar-rikorrenti għall-ħlas lura tal-ispejjeż kontenzjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiddikjara li hija ma kkontestatx id-drittijiet kuntrattwali tal-appellanti, għar-raġunijiet spjegati fil-qosor fil-punt 16 ta’ din is-sentenza. Essenzjalment, il-Kummissjoni ssostni li, fid-data tal-preżentata tal-azzjoni tar-rikorrenti fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, hija kienet għadha ma rrikjeditx il-ħlas lura tal-ispejjeż kontenzjużi billi ħarġet nota ta’ debitu u li l-eliġibbiltà ta’ dawn<?PAGE NO="8"?> l-ispejjeż kienet suġġetta għal proċedura ta’ verifika li kienet għadha għaddejja, fejn ir-rapport finali tagħha, fi kwalunkwe każ, ma hijiex vinkolanti għad-dipartimenti ta’ rkupru tal-Kummissjoni skont l-Artikolu II.29(1) tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu, fid-dawl tas-suġġett tar-rikors, jeżisti fl-istadju tal-preżentata tiegħu, taħt piena ta’ inammissibbiltà (ara, b’analoġija u fir-rigward tar-rikors għal annullament, is-sentenzi Wunenburger vs Il‑Kummissjoni, C‑362/05 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42, kif ukoll Cañas vs Il‑Kummissjoni, C‑269/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:415">EU:C:2013:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jirriżultaw fil-punt 34 tad-digriet appellat, fid-data tal-preżentata tar-rikors fl-ewwel istanza, ma kienet għadha saret ebda talba mid-dipartiment kompetenti tal-Kummissjoni għall-ħlas lura tal-ispejjeż imħallsa fil-kuntest tal-kuntratti inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali speċifikat, fil-punt 35 tad-digriet appellat, li l-eliġibbiltà tal-ispejjeż kontenzjużi kienet suġġetta għal proċedura ta’ verifika, li hija biss proċedura preliminari u preparatorja, separata mill-proċedura li tista’ eventwalment tagħti lok għal irkupru, fejn din tal-aħħar issir mid-dipartimenti operattivi tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punti 36 sa 39 tad-digriet appellat jirriżulta li din il-proċedura ta’ verifika kienet għadha għaddejja fid-data tal-preżentata tar-rikors tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u li d-dipartiment tal-Kummissjoni inkarigat minn din il-verifika kompla jikkomunika magħha, anki wara din id-data, dwar modifika eventwali fil-konklużjonijiet preliminari tal-imsemmija verifika.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi mfakkra fil-punti 32 u 33 ta’ din is-sentenza, l-appellanti ma għandhiex raġuni issostni li, fid-data tal-preżentata tal-azzjoni tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, hija kellha interess ċert u attwali li kien jeħtieġ protezzjoni ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-eliġibbiltà tal-ispejjeż kontenzjużi kienet għadha suġġetta għal proċedura ta’ verifika, fejn ir-rapport finali tagħha ma huwiex, fi kwalunkwe ipoteżi, vinkolanti għad-dipartimenti ta’ rkupru tal-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kienet għadha ma ddeterminatx definittivament l-ispejjeż li hija kienet tqis bħala mhux eliġibbli fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kuntratti inkwistjoni. Issa, il-punt dwar jekk, u kemm, l-imsemmija spejjeż jistgħu effettivament jagħtu lok għal talba għal ħlas lura min-naħa tal-Kummissjoni kien għadu inċert. Għaldaqstant, l-appellanti ma kellhiex interess ġuridiku fid-data tal-preżentata tar-rikors tagħha fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi billi ddeċidiet li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kellhiex interess ċert u attwali li jeħtieġ protezzjoni ġuridika fid-data tal-preżentata tar-rikors tagħha fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li l-aggravju invokat mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha ma jistax jintlaqa’ u, għaldaqstant, dan l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn l-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1), tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma talbitx li r-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ispejjeż, din tal-aħħar u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>