5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/230


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1365

tal-4 ta’ Awwissu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(3)

Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi ż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA bħala ikel ġdid awtorizzat.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), iż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA ġie awtorizzat li jitqiegħed fis-suq bħala ikel ġdid biex jintuża f’għadd ta’ oġġetti tal-ikel.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/546 (4) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu taż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA. B’mod partikolari, l-użu taż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA ġie estiż għal ikel addizzjonali, jiġifieri, is-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, il-kumpanija DSM Nutritional Products (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għal emenda tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA. L-applikant talab li jiġi estiż l-użu taż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA għall-analogi tal-ħut u l-analogi tal-laħam fil-livelli ta’ 300 mg/100 g u 300 mg/100 g rispettivament, maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali.

(7)

Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament mitlub tal-lista tal-Unjoni mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem u li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-estensjoni mitluba tal-użu se tirriżulta f’teħid ta’ żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA li, flimkien mat-teħid mill-użi awtorizzati bħalissa tal-ikel ġdid, huma komparabbli mat-teħid ivvalutat mill-Awtorità (6) bħala sikur u li appoġġa l-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni tal-użu taż-żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/546. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA billi jiġi estiż l-użu tiegħu għall-analogi tal-ħut u l-analogi tal-laħam.

(8)

L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/546 tal- 31 ta’ Marzu 2015 li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt rikk fid-DHA u l-EPA mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 2.4.2015, p. 11).

(5)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(6)  Scientific Opinion on the extension of use for DHA and EPA-rich algal oil from Schizochytrium sp. as a Novel Food ingredient (EFSA Journal 2014;12(10):3843).


ANNESS

Fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għall-ikel ġdid “Żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-data

“Żejt tas-Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi ta’ DHA u EPA flimkien

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “Żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. li fih ħafna DHA u EPA.”

 

 

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsubin għal popolazzjoni adulta, minbarra n-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu

3 000  mg kuljum

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għan-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu

450 mg kuljum

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

F’konformità mal-bżonnijiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsubin il-prodotti

Sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 u sostituti ta’ ikliet għall-kontroll tal-piż

250 mg/ikla

Xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

200 mg/100 g

Ikel ipproċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb għall-użu tal-enerġija waqt sforz muskolari qawwi, speċjalment għall-isportivi

Oġġetti tal-ikel li fuqhom ikollhom dikjarazzjonijiet tan-nuqqas jew tal-preżenza mnaqqsa tal-glutina f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014

Prodotti tal-furnara (ħobżiet, bziezen u gallettini ħelwin)

Ċereali tal-kolazzjon

500 mg/100 g

Xaħam għat-tisjir

360 mg/100 g

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, ħlief xarbiet

600 mg/100 g għall-ġobon; 200 mg/100 g għall-prodotti tas-sojja u tal-ħalib tal-imitazzjoni (esklużi x-xarbiet)

Prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet magħmulin mill-ħalib

600 mg/100 g għall-ġobon; 200 mg/100 g għall-prodotti tal-ħalib (inklużi l-ħalib, il-fromage frais u l-prodotti tal-jogurt; esklużi x-xarbiet)

Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogi ta’ prodotti tal-ħalib u xarbiet magħmulin mill-ħalib)

80 mg/100 g

Bars nutrittivi/taċ-ċereali

500 mg/100 g

Xaħmijiet li jiddelku u taħwir tal-ikel

600 mg/100 g

Analogi tal-ħut

300 mg/100 g

Analogi tal-laħam

300 mg/100 g