|
6.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 457/2014
tad-29 ta' April 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
8543 70 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 and 8543 70 90 . L-isplitter HDMI mhux apparat biex jagħmel konnessjonijiet ma' jew f'ċirkwiti elettriċi jew bord għad-distribuzzjoni tal-elettriku peress li jaqsam sinjal wieħed tal-input fi tmien sinjali ta' output u fl-istess ħin jipproċessal-protokolli HDCP. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni jew taħt l-intestatura 8536 bħala kaxxi fejn jaqbdu l-kejbils jew l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'żewġ apparati jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża. Peress li l-apparat għandu funzjoni individwali, li mhux koperta b'mod aktar speċifiku b'intestatura tal-Kapitolu 85, għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħala tagħmir elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85. |
||
|
8543 70 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 and 8543 70 90 . L-iswiċċ HDMI mhux apparat biex jiswiċċja ċ-ċirkwiti elettriċi jew għad-distribuzzjoni tal-elettriku peress li huwa jaqleb (jagħżel) wieħed mill-inputs HDMI biex tiġi konnessa mal-output tal-HDMI u simultanjament ikabbar is-sinjal u jipproċessal-protokolli tal-HDCP. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8536 bħala swiċċijiet jew l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'żewġ apparati jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża. Peress li l-apparat għandu funzjoni individwali, li mhux koperta b'mod aktar speċifiku b'intestatura tal-Kapitolu 85, għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħala tagħmir elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85. |
||
|
8536 50 80 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8536 , 8536 50 and 8536 50 80 . Peress li l-apparat jinkludi biss swiċċ wieħed għall-konnessjoni ta' input ma' output, mhuwiex bord għad-distribuzzjoni tal-elettriku. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'biċċtejn apparat jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża. Peress li l-apparat għandu biss il-funzjoni ta' switching li hija funzjoni elettrika individwali identifikata fil-Kapitolu 85, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8536 50 80 bħala swiċċijiet oħra. |