|
19.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 382/2011
tat-18 ta’ April 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Kiełbasa myśliwska” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Kiełbasa myśliwska” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ġiet innotifikata b'dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, immotivata skont l-Artikolu 9(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. B'ittra tas-27 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti. |
|
(3) |
Ladarba ntlaħaq ftehim fi żmien sitt xhur mingħajr modifiki tal-elementi ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, id-denominazzjoni msemmija għandha għaldaqstant tkun irreġistrata. |
|
(5) |
Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:
Il-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
IL-POLONJA
Kiełbasa myśliwska (STG)