|
20.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1189
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b'rispons għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi awtonomi fl-Artikolu 3(2) tiegħu. |
|
(3) |
Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi T-93/22 (3) u T-94/22 (4), il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jitneħħew żewġ entrati mil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336 I, 12.12.2016, p. 7).
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Ramazani Shadary vs il-Kunsill, T-93/22, ECLI:EU:T:2023:122.
(4) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Mutondo vs il-Kunsill, T-94/22, ECLI:EU:T:2023:120.
ANNESS
L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:
|
“8. |
Emmanuel Ramazani SHADARY; |
|
9. |
Kalev MUTONDO.”. |