|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/374 |
25.1.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/374
tal-24 ta’ Jannar 2024
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-titolu tal-kategoriji tal-ikel tax-xorb alkoħoliku u l-użu ta’ diversi addittivi f’ċertu xorb alkoħoliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Awwissu 2022, il-Polonja ssottomettiet applikazzjoni biex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, b’mod partikolari sabiex titqies id-definizzjoni l-ġdida ta’ ċertu xorb alkoħoliku kif deskritt fl-Att tal-liġi Pollakka tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar ix-xorb iffermentat (3) (“il-liġi Pollakka dwar ix-xorb iffermentat”). |
|
(4) |
Bħalissa, l-Anness II, il-Parti E tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistabbilixxi, fil-punti 14.2.3 sa 14.2.5 u 14.2.8 tagħha, il-kundizzjonijiet tal-użu fir-rigward ta’ ċertu xorb iffermentat li ġie introdott sabiex jiġi permess jew ristrett l-użu ta’ diversi addittivi f’ċertu xorb alkoħoliku kif deskritt fil-liġi Pollakka tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-manifattura u l-ibbottiljar tal-prodotti tal-inbid, id-distribuzzjoni ta’ dawn il-prodotti u l-organizzazzjoni tas-suq tal-inbid (4). Il-liġi Pollakka dwar ix-xorb iffermentat issostitwiet il-liġi tat-12 ta’ Mejju 2011. Għalhekk, xi wħud minn dawk l-entrati jenħtieġ li jiġu aġġornati u l-entrata għal E 353 fil-punt 14.2.8 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li titħassar. |
|
(5) |
Ix-xorb alkoħoliku kopert mil-liġi Pollakka dwar ix-xorb iffermentat mhuwiex kopert mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), peress li ma jaqax taħt waħda mill-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli elenkati fl-Anness VII, il-Parti II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jaffettwa s-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ diversi addittivi f’ċertu xorb alkoħoliku kopert mil-liġi Pollakka dwar ix-xorb iffermentat ma twassalx għal esponiment akbar tal-konsumatur għal dawk is-sustanzi, din tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li x’aktarx ma jaffettwax is-saħħa tal-bniedem u ma jenħtieġx li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(7) |
Fil-kategorija tal-ikel “Spirti kif definit mir-Regolament (KE) Nru 110/2008” tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fl-Anness II, il-Partijiet D u E, il-punt 14.2.6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-użu tal-kuluri tal-ikel li jappartjenu għall-Gruppi II u III kif elenkati fl-Anness II, il-Parti C, il-punti 2 u 3 tal-istess Regolament u l-Isfar tal-Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110), l-Amarant (E 123) u l-Ponceau 4R, Aħmar Kuċċinilja A (E 124) jenħtieġ li ma jiġix awtorizzat fil-“vodka” biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Anness I, il-kategorija 15, il-punt d tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jipprevedi li l-vodka ma għandhiex tingħata kulur. |
|
(8) |
Fil-partijiet D u E tal-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, il-kategorija tal-ikel fil-punt 14.2.8 tkopri x-xarbiet alkoħoliċi li ma jinsabux fil-kategoriji fil-punti 14.2.1 sa 14.2.7, inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u ma’ spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/787, ix-xarbiet spiritużi għandu jkollhom qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ mill-inqas 15 %, għajr fil-każ ta’ prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I, il-kategorija 39 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, it-titolu tal-kategorija tal-ikel fl-Anness II, il-Partijiet D u E, il-punt 14.2.8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jenħtieġ li ma jirreferix għal “spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”. Barra minn hekk, it-terminu “xorb alkoħoliku” jenħtieġ li jintuża minflok it-terminu “xarbiet alkoħoliċi” u t-terminu “qawwa alkoħolika skont il-volum”, kif definit fl-Artikolu 4(23) tar-Regolament (UE) 2019/787, jenħtieġ li jintuża minflok it-terminu “alkoħol”. Għalhekk, jixraq li jiġu emendati t-titolu u l-entrati tal-kategorija tal-ikel “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol” fl-Anness II, il-Partijiet D u E, il-punt 14.2.8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(9) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar ċertu xorb alkoħoliku inkluż fl-Anness II, il-Partijiet A, D u E, il-punti 14.2.2, 14.2.6 u 14.2.7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ġiet modifikata. Bħalissa, ir-regoli applikabbli għal dak ix-xorb alkoħoliku huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-Regolament (UE) 2019/787 u fir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Peress li dan ir-Regolament jemenda l-kategoriji li jirreferu għax-xorb alkoħoliku, jixraq li din l-okkażjoni tintuża biex jiġu aġġornati xi wħud mir-referenzi eżistenti għad-dritt tal-Unjoni. |
|
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Dziennik Ustaw - rok 2022 poz. 24.
(4) Dziennik Urzędowy z 2011 r. Nr 120, poz. 690.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti A, l-entrati fil-punti 26 sa 29 tat-Tabella 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti D, l-entrati għall-kategoriji fil-punti 14.2.2, 14.2.6, 14.2.7 u 14.2.8 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
(*1) ĠU L 347 20.12.2013, p. 671.
(*2) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/374/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)