|
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/116 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/583
tad-9 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1073 dwar l-ekwivalenza ta’ swieq magħżula tal-kuntratti fl-Istati Uniti tal-Amerika skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2a(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1073 (2), il-Kummissjoni ddeċidiet li l-qafas ġuridiku u superviżorju li japplika għas-swieq magħżula tal-kuntratti (designated contract markets — DCMs) fl-Istati Uniti tal-Amerika (United States of America — USA), skont is-sorveljanza regolatorja tal-Commodity Futures Trading Commission (CFTC), jiżgura li d-DCMs jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi vinkolanti ekwivalenti għal dawk li japplikaw għal swieq regolati fl-Unjoni, u li dawk id-DCMs huma soġġetti għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. |
|
(2) |
Minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1073, għadd addizzjonali ta’ DCMs stabbiliti fl-Istati Uniti kisbu l-awtorizzazzjoni tas-CFTC biex jinnegozjaw fid-derivattivi. Fid-dawl tal-informazzjoni li waslet lis-CFTC, dawk id-DCMs addizzjonali jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi vinkolanti ekwivalenti għar-rekwiżiti għas-swieq regolati tal-Unjoni kif stipulat fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE (3). Barra minn hekk, uħud mid-DCMs imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1073 annullaw l-awtorizzazzjoni tagħhom jew emendaw isimhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1073 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1073 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1073 tal-1 ta’ Lulju 2016 dwar l-ekwivalenza ta’ swieq magħżula tal-kuntratti fl-Istati Uniti tal-Amerika skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 2.7.2016, p. 24).
(3) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
ANNESS
“ANNESS
Swieq magħżula tal-kuntratti fl-Istati Uniti tal-Amerika msemmija fl-Artikolu 1:
|
(a) |
Bitnomial Exchange, LLC |
|
(b) |
Cantor Futures Exchange, L.P. |
|
(c) |
Cboe Futures Exchange, LLC |
|
(d) |
Chicago Board of Trade (Board of Trade of the City of Chicago, Inc.) |
|
(e) |
Chicago Mercantile Exchange, Inc. |
|
(f) |
Commodity Exchange, Inc. |
|
(g) |
ELX Futures, L.P. |
|
(h) |
Eris Exchange, LLC |
|
(i) |
ICE Futures U.S., Inc. |
|
(j) |
KalshiEX, LLC |
|
(k) |
LedgerX, LLC |
|
(l) |
LMX Labs, LLC |
|
(m) |
Minneapolis Grain Exchange, Inc. |
|
(n) |
New York Mercantile Exchange, Inc. |
|
(o) |
Nodal Exchange, LLC |
|
(p) |
North American Derivatives Exchange, Inc. |
|
(q) |
OneChicago LLC |
|
(r) |
Small Exchange, Inc |
|
(s) |
TrueEX LLC |