European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6557

8.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12194 – KKR / SSCP / INFOBRIC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6557)

1.   

Fil-25 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Integrity Lux Bidco S.à r.l. (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn KKR & Co. Inc. (l-Istati Uniti) (flimkien, “KKR”),

—

SSCP Build Holdings SCA (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Stirling Square Capital Partners Fifth Fund (Jersey, “SSCP Fifth Fund”) (flimkien, “SSCP”), u

—

SSCP Build HoldCo AB (l-Iżvezja, “Infobric”), ikkontrollata minn SSCP Fifth Fund.

KKR u SSCP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Infobric.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni.

—

SSCP huwa fond ta’ investiment li għandu l-għan jagħmel, iżomm, jimmonitorja u jwettaq investimenti primarjament permezz ta’ xiri sfurzat mill-maniġment, kapital ta’ tkabbir u tranżazzjonijiet oħra ta’ ekwità privata madwar l-Ewropa. Il-Fifth Fund SSCP huwa wieħed minn erba’ fondi ġestiti mill-istruttura ta’ investiment tal-SSCP.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża fil-mira, Infobric, huma dawn li ġejjin: fornitur tas-software għall-industrija tal-kostruzzjoni fl-Ewropa, iffokat fuq il-fażi tal-bini tal-kostruzzjoni.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12194 — KKR / SSCP / INFOBRIC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6557/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)