<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0700576701.case.xml"><NO.CASE>C-255/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0255</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5769</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5794</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070705">5.7.2007</DATE> — KAWŻA C-255/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-ITALJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20070705">5 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-255/05,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, imressaq fis-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> irrappreżentata minn M. Konstantinidis, bħala aġent, assistit minn F. Louis u A. Capobianco, avukati, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana,</HT> irrappreżentata minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn M. Fiorilli, avvocato dello Stato, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-5770"?><P>sostnuta mir-</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq,</HT> irrappreżentat minn T. Harris, bħala aġent, assistit minn J. Maurici, barrister,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, P. Kuris, J. Makarczyk (Relatur), L. Bay Larsen u J.-C. Bonichot, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, adottata wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5771"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>peress li qabel il-ħruġ tal-permess għal bini ma ssuġġettatx il-proġett ta' twettiq ta <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>tielet linja<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> ta' l-inċineratur tal-kumpannija ASM Brescia SpA (iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>tielet linja ta' l-inċineratur<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), impjant li jaqa' taħt l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta' Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima ta' leffetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="40">ĠU L 175, p. 40</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta' Marzu 1997</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="073" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="5">ĠU L 73, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Direttiva 85/337<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent prevista fl-Artikoli 5 sa 10 ta' din id-Direttiva, u</P></ITEM><ITEM><P>peress li ma rrendietx l-applikazzjoni għal permess ta' bini tat-tielet linja ta' l-inċineratur aċċessibbli għall-pubbliku f'post wieħed jew aktar, għal matul perijodu xieraq, sabiex il-pubbliku jkun jista' jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni, u peress li ma qegħditx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-deċiżjoni relatata ma' din l-applikazzjoni, flimkien ma' kopja tal-permess,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1) u 4(1) tad-Direttiva 85/337 kif ukoll taħt l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-<DATE ISO="20001204">4 ta' Diċembru 2000</DATE>, dwar l-inċinerazzjoni ta skart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="332" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="91">ĠU L 332, p. 91</REF.DOC.OJ>).</P></NP><?PAGE NO="I-5772"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 75/442/KEE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-<DATE ISO="19750715">15 ta' Lulju 1975</DATE>, dwar l-iskart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="194" DATE.PUB="1975" PAGE.FIRST="47">ĠU L 194, p. 47</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE, ta l-<DATE ISO="19960524">24 ta' Mejju 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="135" DATE.PUB="1996" PAGE.FIRST="32">ĠU L 135, p. 32</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Direttiva 75/442<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>), jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="2018"/>skart<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="2019"/> għandu jfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness I li l-possessur jarmi jew ikun beħsiebu jew ikun imġiegħel li jarmi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="2018"/>l-immaniġġjar<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="2019"/> għandhom ifissru l-ġbir, il-ġarr, l-irkupru u r-rimi ta' l-iskart, inkluża s-sorveljanza ta' dawn l-operati u l-kura/attenzjoni li tiġi wara fuq ilpostijiet tar-rimi ta' l-iskart;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5773"?><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>rimi (ta l-iskart)<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/> għandu jfisser kull waħda mill-ħidmiet provduti fl-Anness II, A;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="2018"/>irkupru<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="2019"/> għandu jfisser kull waħda mill-ħidmiet provduti fl-Anness II, B;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw illi l-iskart jiġi rkuprat jew mormi mingħajr ma jipperikola saħħet il-bniedem u mingħajr l-użu ta' proċessi jew ta' metodi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent, u b'mod partikolari:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u l-pjanti u l-annimali,</P></ITEM><ITEM><P>mingħajr ma jikkawżaw irritazzjoni permezz tal-ħsejjes u bl-irwejjaħ,</P></ITEM><ITEM><P>mingħajr ma jaffettwaw ħażin il-kampanja u l-postijiet ta' interess speċjali.</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5774"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 9(1) ta' l-imsemmija Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Għall-għanijiet biex jiġu implimentati l-Artikoli 4, 5 u 7, kull stabbiliment jew impriża li jwettqu x-xogħlijiet speċifikati fl-Anness II A għandhom jiksbu permess mingħand l-awtorità kompetenti riferita fl-Artikolu 6.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 10 ta' l-istess Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Għall-għanjiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4, kull stabbiliment jew impriża li jwettqu x-xogħlijiet imsemmija fl-Anness II B iridu jiksbu permess.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 75/442 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva [...] 78/319/KEE [...] dawnli ġejjin jistgħu jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-permess impost bl-Artikolu 9 jew bl-Artikolu 10:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-istabbilimenti jew l-impriżi li jwettqu l-irkupru ta' l-iskart.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-5775"?><P>Din l-eżenzjoni tista tapplika biss:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu adottaw ir-regoli ġenerali għal kull tip ta' attività li tippreskrivi t-tipi u l-kwantitajiet ta' l-iskart u l-kondizzjonijiet li fuqhom l-attività in kwistjoni tista tiġi eżentata mill-ħtiġ[ij]iet ta' permess,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>jekk it-tipi u l-kwantitajiet ta' l-iskart u l-metodi tar-rimi jew ta' l-irkupru huma tali illi l-kondizzjonijiet imposti bl-Artikolu 4 jiġu mħarsa.<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness II A tad-Direttiva 75/442, intitolat <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Xogħlijiet ta' rimi ta' l-iskart<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> huwa intiż sabiex jelenka x-xogħlijiet ta' rimi kif iseħħu fil-prattika. Huwa jindika wkoll li, skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, l-iskart għandu jintrema mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr l-użu ta' proċessi jew metodi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness II B ta' l-istess Direttiva, intitolat <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Xogħlijiet ta' rkupru<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> huwa intiż sabiex jelenka x-xogħlijiet ta' rkupru kif iseħħu fil-prattika. Huwa jindika wkoll li, skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, l-iskart għandu jiġi rkuprat mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr l-użu ta' proċessi jew metodi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5776"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 85/337</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 85/337 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>2.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:</TXT><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="2018"/>proġett<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="2019"/> tfisser:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew ta' istallazjonijiet jew skemi oħra,</P></ITEM><ITEM><P>interventi oħra fil-madwar u pajsaġġ naturali inklużi dawk li jimplikaw lestrazzjoni ta' riżorsi naturali;</P></ITEM></LIST></P><P><QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="2018"/>żviluppatur<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="2019"/> tfisser:</P><P>l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorita pubblika li tibda proġett;</P><P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="2018"/>kunsens għal żvilupp<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="2019"/> tfisser:</P><P>id-deċiżjoni ta' l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett</P></NP><?PAGE NO="I-5777"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandha tkun dik jew għandhom ikunu dawk li l-Istati Membri jaħtru bħala responsabbli li jagħmlu d-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva.<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2(1), (2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3) ta' din id-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>1</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi, qabel ma jingħata l-kunsens/approvazzjoni, il-proġetti li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokazzjoni tagħhom jiġu magħmula soġġetti għall-ħtieġa li jkun hemm il-kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawn il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-istima ta' l-impatt ambjentali tista tkun integrata fi proċeduri eżistenti għal kunsens ta' proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta' dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformita ma l-għanijiet ta' din id-Direttiva.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku fl-intier tiegħu jew f'parti minnu mid-dispożizzjonijiet preskritti f'din id-Direttiva.<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5778"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta' l-imsemmija Direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>L-istima dwar l-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b'manjiera xierqa, fid-dawl ta' kull każ individwali u b'mod konformi ma l-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta' proġett fuq il-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-bniedem, il-fawna u l-flora;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima u l-pajsaġġ;</P></ITEM><ITEM><P>il-beni materjali u l-wirt kulturali;</P></ITEM><ITEM><P>l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiżi.<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta' l-istess Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>Bla ħsara għall-Artikolu 2 (3), proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għal stima b'mod konformi ma l-Artikoli 5 sa 10.<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5779"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-punt 10 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337, jissemmew l-impjanti tar-rimi ta' skart mhux perikoluż permezz ta' inċinerazzjoni jew trattament kimiku, kif definit fil-punt D 9 ta' l-Anness II A tad-Direttiva 75/442, b'kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata kuljum.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2000/76</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skond il-punt 12 ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="2018"/>permess<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="2019"/> tfisser deċiżjoni miktuba (jew deċiżjonijiet varji bħal dawn) mibgħuta mill-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorità biex impjant jitħaddem, li tkun soġġetta għal ċertu kondizzjonijiet li jiggarantixxu li l-impjant iħares il-ħtiġ[ij]iet kollha ta' din id-Direttiva. Permess jista' jkopri impjant wieħed jew iżjed jew partijiet ta impjant fl-istess sit imħaddma mill-istess operatur<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442/KEE jew għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE, l-ebda impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ma għandu jaħdem mingħajr permess li jwettaq dawn l-attivitajiet<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5780"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76, dwar l-aċċess għat-tagħrif u parteċipazzjoni pubblika, hu fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE u għad-Direttiva 96/61/KE, applikazzjonijiet għal permessi ġodda ta' impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jiġu disponibbli f'lokazzjoni waħda jew aktar li huma aċċessibbli għall-pubbliku, bħal uffiċċji ta' l-awtorità lokali, għall-perjodu xieraq sabiex dan jista jikkummenta fuqhom qabel l-awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni, li tinkludi mill-anqas kopja waħda tal-permess, u kwalunkwe aġġornamenti li jiġu wara, għandhom ukoll [ikunu] disponibbli għall-pubbliku.<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Liġi Nru 349, tat-<DATE ISO="19860708">8 ta' Lulju 1986</DATE>, li twaqqaf il-Ministeru għall-Ambjent (GURI Nru 59, tal-<DATE ISO="19860715">15 ta' Lulju 1986</DATE>), ittrasponiet id-Direttiva 85/337 fiddritt Taljan. Sussegwentement, l-Artikolu 40 tal-Liġi Nru 146, tat-<DATE ISO="19940222">22 ta' Frar 1994</DATE>, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 52, ta' l-<DATE ISO="19940304">4 ta' Marzu 1994</DATE>) kien jirrikjedi li l-Gvern Taljan jiddefinixxi, b'att espress ta' orjentament u koordinazzjoni, il-kundizzjonijiet, kriterji u standards tekniċi għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent għall-proġetti li huma koperti mill-Anness II ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-digriet tal-President tar-Repubblika, tat-<DATE ISO="19960412">12 ta' April 1996</DATE>, intitolat <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>Att ta' orjentament u koordinazzjoni adottat sabiex jiġi implementat l-<?PAGE NO="I-5781"?>Artikolu 40(1) tal-Liġi Nru 146, tat-<DATE ISO="19940222">22 ta' Frar 1994</DATE>, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> (GURI Nru 210, p. 28, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>DPR<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>) jippreċiża li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>Il-proġetti previsti fl-Anness A huma suġġetti għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri, tat-<DATE ISO="19990903">3 ta' Settembru 1999</DATE>, intitolat <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>Att ta' orjentament u koordinazzjoni li jemenda u jikkompleta l-att ta' orjentament u koordinazzjoni preċedenti għall-implementazzjoni ta' l-Artikolu 40(1) tal-Liġi Nru 146, tat-<DATE ISO="19940222">22 ta' Frar 1994</DATE>, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> (GURI Nru 302, tas-<DATE ISO="19991227">27 ta' Diċembru 1999</DATE>, p. 17, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>DPCM<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/>), li emenda l-verżjoni inizjali ta' l-Anness A tad-DPR, hu fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>Fl-Anness A tad-DPR tat-<DATE ISO="19960412">12 ta' April 1996</DATE>, il-punti (i), (1) [...] għandhom jiġu ssostitwiti bil-punti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Impjanti ta' rimi u rkupru ta' l-iskart perikoluż permezz ta' operazzjonijiet previsti fil-punti R 1 sa R 9 ta' l-Anness B u fl-Anness C tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 22 tal-<DATE ISO="19970205">5 ta' Frar 1997</DATE> [(GURI Nru 38, tal-<DATE ISO="19970215">15 ta' Frar 1997</DATE>, iktar 'il quddiem id-'Digriet Leġiżlattiv')], bl-esklużjoni ta' impjanti ta' rkupru suġġetti għall-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikoli 31 u 33 ta' l-istess Digriet Leġiżlattiv</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>Impjanti ta' rimi u rkupru ta' l-iskart mhux perikoluż, b'kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata kuljum, permezz ta' operazzjonijiet ta' inċinerazzjoni jew ta<?PAGE NO="I-5782"?> trattament previsti fil-punt D 2 u D 8 sa D 11 ta' l-Anness B, kif ukoll fil-punti R 1 sa R 9 ta' l-Anness C tad-[Digriet Leġiżlattiv], bl-esklużjoni ta' impjanti ta' rkupru suġġetti għall-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikoli 31 u 33 ta' l-istess Digriet Leġiżlattiv [...]<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv, li jiddeskrivu l-karatteristiċi ta' l-iskart u l-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw mill-proċedura simplifikata, ġew adottati fid-dawl tat-traspożizzjoni ta' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 33(1) tad-Digriet Leġiżlattiv jirriżulta, b'mod partikolari, li mingħajr preġudizzju għall-osservanza ta' ċerti standards tekniċi, l-attivitajiet ta' rkupru ta skart jistgħu jitwettqu fterminu ta' 90 ġurnata min-notifika tal-bidu ta' dawn l-attivitajiet lill-provinċja territorjalment kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(2) ta' dan id-Digriet jispeċifika, kemm għal skart mhux perikoluż u kemm għal skart perikoluż, l-kontenut ta' l-istandards tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 33(3) ta' dan id-Digriet Leġiżlattiv, il-provinċja għandha tirreġistra f'reġistru speċjali l-impriżi li jinnotifikawha bil-bidu ta' l-operat u, fit-terminu previst fil-paragrafu 1, hija għandha tiwerifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> li l-kundizzjonijiet meħtieġa huma ssodisfati.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar, mill-Artikolu 33(4) tad-Digriet Leġiżlattiv jirriżulta li meta l-provinċja tosserva li l-istandards tekniċi u l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ma ġewx irrispettati, hija għandha tagħti ordni motivat li jipprojbixxi l-bidu jew it-tkomplija ta' l-attività, sakemm l-interessat ma jikkonformax ruħu mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fit-terminu li kien iffissat qabel mill-awtorità.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5783"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="20030428">28 ta' April 2003</DATE>, il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Taljana tagħtiha informazzjoni, b'mod partikolari, dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti mid-Direttivi 85/337 u 2000/76 għat-tielet linja ta' l-inċineratur.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru indika, minn naħa, li kien eskluda l-proġett tat-tielet linja ta' l-inċineratur mill-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent peress li dan il-proġett kien jaqa' taħt l-eċċezzjoni prevista fil-punt 1 ta' l-Anness A tad-DPR, kif emendat mid-DPCM, u, min-naħa l-oħra, li kien eżegwixxa diversi atti ta' pubblikazzjoni u miżuri ta' konsultazzjoni in konformità ma l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/76.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti pprovduti mir-Repubblika Taljana, li hija qieset bħala insodisfaċenti, il-Kummissjoni bdiet proċedura prekontenzjuża billi bagħtet ittra ta' intimazzjoni datata d-<DATE ISO="20031219">19 ta' Diċembru 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="20040608">8 ta' Ġunju 2004</DATE>, l-awtoritajiet Taljani kompetenti esprimew ixxewqa ta' loperatur tat-tielet linja ta' l-inċineratur li jissuġġetta lil din ta' l-aħħar, li loperat tagħha kien ġie awtorizzat f'Diċembru 2003, għal stima ta' impatt.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, permezz ta' opinjoni motivata tad-<DATE ISO="20040709">9 ta' Lulju 2004</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lir-Repubblika Taljana sabiex tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha, b'mod partikolari, ma' l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 85/337 f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' din l-opinjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5784"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F'ittra tal-<DATE ISO="20050131">31 ta' Jannar 2005</DATE>, ir-Repubblika Taljana kkonfermat li l-operatur tat-tielet linja ta' l-inċineratur kien ippreżenta applikazzjoni formali ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent, ippubblikata fil-<DATE ISO="20041211">11 ta' Diċembru 2004</DATE>. Sussegwentement, permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="20050503">3 ta' Mejju 2005</DATE>, hija ppreżentat dokumenti dwar l-istat ta' żvilupp tal-proċedura ta' stima li kienet għaddejja u indikat li din il-proċedura dalwaqt kienet ser titlesta.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni qieset li l-pożizzjoni tal-Gvern Taljan, kif stabbilita fl-ittri ta risposta msemmija iktar 'il fuq, kienet insodisfaċenti, hija ressqet dan ir-rikors abbażi tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 226 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li r-rikors tal-Kummissjoni huwa inammissibbli peress li din ta' l-aħħar m'għandhiex interess li tressaq din il-kawża. Fil-fatt, il-Kummissjoni m'għandhiex interess li teżiġi l-eżekuzzjoni ta' obbligu diġà ssodisfat B'dan il-mod, fid-dawl tad-deċiżjoni pożittiva dwar il-kompatibbiltà ambjentali tat-tielet linja ta' l-inċineratur li tirriżulta mid-Digriet Interministerjali tat-<DATE ISO="20050603">3 ta' Ġunju 2005</DATE>, adottat wara l-proċedura ta' stima mibdija taħt il-kundizzjonijiet imsmmija fil-punt 30 ta din is-sentenza, id-dewmien fit-twettiq ta' l-istudju ta' l-impatt fuq l-ambjent ma kien wassal għal ebda ħsara għall-ambjent L-unika sitwazzjoni ta' illegalità formali li kienet teżisti kienet marbuta mal-fatt li ma kienx sar studju dwar l-impatt fuq l-ambjent, sitwazzjoni li mbagħad ġiet irrimedjata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5785"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana żżid tgħid li l-Kummissjoni teżiġi l-ħarsien ta' obbligi illoġiċi u, għaldaqstant, ikkommettiet abbuż ta' poter billi aġixxiet bi ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u ta' proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li hija għandha interess dirett, speċifiku u konkret f'din il-kawża. F'dan ir-rigward, għal dak li jikkonċerna l-interess tagħha li tressaq rikors minħabba l-ksur tad-Direttiva 85/337, hija ssostni li l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti għamlu stima ta' l-impatt tat-tielet linja ta' l-inċineratur fuq l-ambjent huwa irrilevanti peress li din l-istima ma tikkorrispondix għall-eżiġenzi ta' din id-Direttiva, peress li huwa qabel ma jingħata l-permess li l-proġetti li x'aktarx ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent, minħabba <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> n-natura, il-kobor u l-post tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta' applikazzjoni għal permess u għal stima ta dan l-impatt</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, il-volontà waħedha ta' l-operatur tat-tielet linja ta' l-inċineratur li jissuġġetta lil dan l-impjant għal stima ta' l-impatt fuq l-ambjent filwaqt li dan l-impjant kien diġà ġie mwaqqaf u kien beda jopera hija, konsegwentament, irrilevanti billi l-applikazzjoni għal stima ġiet ippreżentata biss fis-<DATE ISO="20041207">7 ta' Diċembru 2004</DATE> u din l-istima saret biss wara li għalaq it-terminu stabbilit flopinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-Kummissjoni tosserva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kuntest ta' l-eżerċizzju tal-kompetenzi li hija għandha taħt l-Artikolu 226 KE, hija m'għandhiex bżonn turi l-eżistenza ta' interess speċifiku sabiex tressaq rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kompetenzi li għandha taħt l-Artikolu 226 KE, il-Kummissjoni m'għandhiex bżonn turi l-eżistenza ta' interess li tressaq</TXT><?PAGE NO="I-5786"?><P>rikors. Fil-fatt, ix-xogħol tal-Kummissjoni huwa li tiżgura, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u fl-interess ġenerali, li l-Istati Membri japplikaw id-dritt Komunitarju u li tikkonstata, bil-għan li twaqqafhom, l-eżistenza ta' eventwali nuqqasijiet ta' twettiq ta' obbligi li joħorġu mid-dritt Komunitarju (ara s-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20010201">1 ta' Frar 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1025">C-333/99, Ġabra p. I-1025, punt 23</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20050602">2 ta' Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs II-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4713">C-394/02, Ġabra p. I-4713, punti 14 u 15</REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza iċċitata, u tat-<DATE ISO="20051208">8 ta' Diċembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10629">C-33/04, Ġabra p. I-10629, punt 65</REF.DOC.ECR>).</P></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn dan, hija l-Kummissjoni li għandha tevalwa l-opportunità li tressaq rikors kontra Stat Membru, li tiwerifika d-dispożizzjonijiet li dan ikun kiser u li tagħżel il-mument meta hija tibda l-proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu kontrih, filwaqt li l-kunsiderazzjonijiet li jiddeterminaw din l-għażla ma jistgħux jaffettwaw l-ammissibbiltà tar-rikors (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19980618">18 ta' Ġunju 1998</DATE>, IIKummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-3851">C-35/96, Ġabra p. I-3851, punt 27</REF.DOC.ECR>, u Il-Kummissjoni vs IILussemburgu, iċċitata iktar 'il fuq, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja hija marbuta li teżamina jekk in-nuqqas ta twettiq ta' obbligu kkontestat jeżistix jew le, mingħajr ma tista tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju, mill-Kummissjoni, tad-diskrezzjoni tagħha (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20020613">13 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-474/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-5293">C-474/99, Ġabra p. I-5293, punt 25</REF.DOC.ECR>, u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar 'il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżunt li t-twettiq ta' stima <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta' l-impatt tat-tielet linja ta' l-inċineratur fuq l-ambjent huwa ta' natura li jtemm in-nuqqas ta twettiq ta' obbligu kkontestat, għandu jiġi kkonstatat li tali stima ma kinitx saret filperijodu taż-żmien stabbilit fl-opinjoni motivata, data li fir-rigward tagħha għandha tiġi eżaminata s-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta nuqqas ta' twettiq ta' obbligu (ara, b'mod partikolari, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20050714">14 ta' Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-6985">C-433/03, Ġabra p. I-6985, punt 32</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5787"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, ibbażata fuq in-nuqqas ta' interess tal-Kummissjoni li tressaq rikors, għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>In sostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ ilmenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 2(1) u 4(1) tad-Direttiva 85/337</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, it-tielet linja ta' l-inċineratur, ikklassifikata bħala impjant li jeżegwixxi xogħlijiet ta' rkupru fis-sens ta' l-Anness II B tad-Direttiva 75/442, b'kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata kuljum, taqa taħt il-paragrafu 10 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337, u kellha, konsegwentement, tiġi suġġetta għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent qabel ma jinħareġ il-permess għaliha u kien biss imbagħad li kellha tinbena. Il-Kummissjoni tosserva li, il-fatt li l-proġett ma kienx suġġett għal stima ta' impatt fuq l-ambjent, kien minħabba li l-leġiżlazzjoni Taljana stess ma tissuġġettax l-impjanti intiżi għall-irkupru ta' l-iskart, li huma suġġetti għal proċeduri simplifikati, għal din l-istima.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5788"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid tgħid li, billi jeskludi mill-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent l-impjanti kollha li jagħmlu xogħlijiet ta' rkupru ta' skart u li jibbenefikaw minn permess għal żvilupp mogħti skond il-proċedura simplifikata, id-DPCM jikser l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ma tirrikonoxxix l-eżistenza tan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu li qed tiġi akkużata bih u tippreċiża li ser terġa tagħmel użu, għad-difiża tagħha, mill-argumenti li kienet żviluppat fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta' Novembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-486/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11025">C-486/04, Ġabra p. I-11025</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B'hekk, hija ssostni, prinċipalment, li, peress li t-tielet linja ta' l-inċineratur tirkupra l-iskart u hija suġġetta għall-proċeduri simplifikati implementati permezz ta' l-Artikoli 31 u 33 tad-Digriet Leġiżlattiv, adottati għat-traspożizzjoni ta' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442, hija mhijiex suġġetta għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent Billi tistabbilixxi, minn naħa, rabta bejn id-Direttiva 85/337 u d-Direttiva 75/442 għal dak li għandu x'jaqsam mal-kliem tekniku użat fir-rigward ta' l-iskart u billi tirreferi, min-naħa l-oħra, għat-test stess tal-punt 10 ta' l-Anness I u għal dak tal-punt 11 ta' l-Anness II B tad-Direttiva 85/337, li jirreferu biss għal kunċett ta' rimi ta' l-iskart, ir-Repubblika Taljana tqis li din l-aħħar Direttiva teskludi l-impjanti li jirkupraw dan l-iskart mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni wkoll li l-emendi miġjuba għad-Direttiva 75/442 bid-Direttiva 91/156 kellhom l-għan li jistabbilixxu terminoloġija komuni u definizzjoni armonizzata ta' l-iskart bil-għan li jiġu approssimati d-diversi dispożizzjonijiet li jirregolaw, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Komunitarju, l-iskart. Minn dan isegwi li, meta d-Direttiva 97/11 issemmi l-kunċett ta' skart, it-termini u ddefinizzjonijiet li hija tuża huma neċessarjament mislufa mil-leġiżlazzjoni li tirregola dan is-settur, jiġifieri d-Direttiva 91/156.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5789"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru jkompli jsostni li, peress li, fir-rigward ta' rkupru ta' l-iskart, lemissjonijiet ma jaqbżux il-limiti awtorizzati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, mhuwiex meħtieġ li titkompla l-implementazzjoni tal-proċedura ta' stima peress li l-irkupru ta' l-iskart għandu fih innifsu l-għan li jipproteġi l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fin-nota ta' intervent tas-<DATE ISO="20060407">7 ta' April 2006</DATE>, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq isostni t-talbiet tar-Repubblika Taljana fir-rigward ta' l-ewwel ilment</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li fis-sentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta' Novembru 2006</DATE>, IIKummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1) u 4(1), (2) u (3) tad-Direttiva 85/337 billi adottat l-Artikolu 3(1) tad-DPCM li jippermetti l-esklużjoni ta' proġetti intiżi għall-irkupru ta' skart perikoluż u ta' skart mhux perikoluż ta' kapaċità ogħla minn 100 tunnellata kuljum li jaqa' taħt l-Anness I ta' din l-istess Direttiva, li huma suġġetti għal proċedura simplifikata fis-sens ta' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442, mill-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent prevista fl-imsemmija Artikoli 2(1) u 4(1).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>In-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu allegat mill-Kummissjoni f'dan l-ilment huwa biss il-konsegwenza ta' l-applikazzjoni, għal każ speċifiku, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li, kif ġie espost fil-punt preċedenti, diġà ġiet meqjusa bħala li tmur kontra d-dritt Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5790"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, li teskludi milli jiġu suġġetti għal proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent l-impjanti intiżi għall-irkupru ta' liskart li jaqgħu taħt il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikoli 31 u 33 tad-Digriet Legiżlattiv, kellha bħala riżultat li teskludi t-tielet linja ta' l-inċineratur mill-istudju ta l-impatt fuq l-ambjent, filwaqt li din ta' l-aħħar taqa taħt il-kategorija ta' impjanti ta' rimi ta' skart mhux perikoluż b'inċinerazzjoni jew trattament kimiku, b'kapaċità ogħla minn 100 tunnellata kuljum, prevista fil-punt 10 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337. Bħala tali, it-tielet linja ta' l-inċineratur kellha tkun suġġetta għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt tagħha fuq l-ambjent qabel ma nħareġ il-permess għaliha, billi l-proġetti li jaqgħu taħt dan l-Anness I għandhom jiġu suġġetti għal stima sistematika b'applikazzjoni ta' l-Artikoli 2(1), 4(1) u 5 sa 10 ta' l-imsemmija Direttiva (ara ssentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta' Novembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ngħad preċedentement, għandu jiġi kkonstatat li, peress li qabel il-ħruġ tal-permess għal bini ma ssuġġettatx il-proġett ta' twettiq tat-tielet linja ta' l-inċineratur għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt fuq l-ambjent prevista fl-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 85/337, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1) u 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tallega li r-Repubblika Taljana la ppubblikat l-applikazzjoni għal permess għal żvilupp tat-tielet linja ta' l-inċineratur u lanqas il-permess korrispondenti, u dan bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/76.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5791"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru sostna, matul il-proċedura prekontenzjuża, li l-Artikolu 12 ma japplikax f'dan il-każ, peress li ebda applikazzjoni għal permess ta' żvilupp ma ġiet ippreżentata għal din it-tielet linja. Din ta' l-aħħar kienet biss is-suġġett ta' dikjarazzjoni ta' l-operat tagħha, fl-<DATE ISO="20030724">24 ta' Lulju 2003</DATE>, in konformità mal-proċedura stabbilita bid-Digriet Leġiżlattiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 33(1) tad-Digriet Leġiżlattiv jirriżulta li l-attivitajiet ta' rkupru ta' skart jistgħu jsiru fterminu ta' 90 ġurnata mid-dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat, magħmula lill-provinċja territorjalment kompetenti. F'dan it-terminu, in konformità ma' l-Artikolu 33(3), l-awtoritajiet provinċjali kkonċernati għandhom jiwerifikaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun jista jingħata bidu għall-irkupru jkunux issodisfati.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F'dan il-każ, it-tielet linja ta' l-inċineratur kienet is-suġġett, fil-kuntest tal-proċedura simplifikata stabbilita bid-Digriet Leġiżlattiv, ta' dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat, li ġġib id-data ta' l-<DATE ISO="20030724">24 ta' Lulju 2003</DATE>. Din ta' l-aħħar ġiet segwita minn żewġ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet provinċjali kompetenti, projbizzjoni milli tibda topera, fil-<DATE ISO="20031021">21 ta' Ottubru 2003</DATE>, imbagħad awtorizzazzjoni, fid-<DATE ISO="20031219">19 ta' Diċembru 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/73 jirriżulta wkoll li l-applikazzjonijiet għal permessi ġodda għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, għal matul perijodu xieraq, f postijiet pubbliċi sabiex ikun jista jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni. Din id-deċiżjoni, flimkien ma, ta' l-inqas, kopja tal-permess u l-emendi ulterjuri, ukoll għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5792"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-għan ta' din id-dispożizzjoni, kif jirriżulta b'mod partikolari mill-wieħed u tletin premessa tad-Direttiva 2000/76, huwa li tassigura t-trasparenza tal-proċedura billi tqiegħed lill-pubbliku f'pożizzjoni li jintervjeni fid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu dwar l-applikazzjonijiet għal permess.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li l-kunċett ta' applikazzjoni għal permess ġdid għandu jingħata tifsira li tikkorrispondi kompletament għall-għan ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76. Għaldaqstant, dan il-kunċett għandu jinftiehem <HT TYPE="ITALIC">lato sensu</HT> bħala li jkopri kull proċedura simili għal proċedura ta' ħruġ ta' permess jew ta' awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat imsemmija fil-punt 56 ta' din is-sentenza, li waslet għaliha t-tielet linja ta' l-inċineratur, għandha, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħha u b'mod partikolari tar-rwol mogħti lill-awtoritajiet provinċjali, tiġi mqabbla ma' applikazzjoni għal permess ġdid fis-sens tad-Direttiva 2000/76.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Bħala tali, din id-dikjarazzjoni kellha tkun aċċessibbli għall-pubbliku f post wieħed jew aktar, għal matul perijodu li jippermetti lill-pubbliku jippreżenta xi osservazzjonijiet lill-awtoritajiet provinċjali kompetenti qabel l-iskadenza tat-terminu ta' 90 ġurnata mogħti lil dan ta' l-aħħar sabiex jiwerifika jekk il-kundizzjonijiet legali meħtieġa sabiex isir l-irkupru, ikunux issodisfati. Huwa paċifiku li, bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76, id-dikjarazzjoni in kwistjoni ma kinitx pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn dan, id-diversi deċiżjonijiet meħuda mill-provinċja kkonċernata firrigward tat-tielet linja ta' l-inċineratur, jiġifieri l-projbizzjoni milli tibda topera kif ukoll l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 57 ta' din is-sentenza, lanqas tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kuntrarjament għall-kundizzjonijiet ta' l-istess artikolu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5793"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ngħad preċedentement, għandu jiġi kkonstatat li, peress li ma rrendietx id-dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat tat-tielet linja ta' l-inċineratur aċċessibbli għall-pubbliku f'post wieħed jew aktar għal matul perijodu xieraq, sabiex il-pubbliku jkun jista' jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni, u peress li ma qegħditx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-deċiżjonijiet relatati ma' din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' kopja ta' dan il-permess, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Taljana tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(4) ta' dawn ir-Regoli, ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Peress li qabel il-ħruġ tal-permess għal bini ma ssuġġettatx il-proġett ta' twettiq tat-tielet linja ta' l-inċineratur tal-kumpannija ASM Brescia SpA għall-proċedura ta' stima ta' impatt fuq l-ambjent prevista fl-Artikoli 5 sa<?PAGE NO="I-5794"?> 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta' Ġunju 1985</DATE>, dwar listima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta' Marzu 1997</DATE>, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1) u 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Peress li ma rrendietx id-dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat tat-tielet linja ta' l-inċineratur aċċessibbli għall-pubbliku f'post wieħed jew aktar għal matul perijodu xieraq, sabiex il-pubbliku jkun jista' jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni, u peress li ma qegħditx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-deċiżjonijiet relatati ma' din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' kopja ta' dan il-permess, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-<DATE ISO="20001204">4 ta' Diċembru 2000</DATE>, dwar l-inċinerazzjoni ta' skart.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>