9.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10155 — OTPP/SL GIO II/SGI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 46/03)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada),

—

Swiss Life GIO II Eur Holding S.À.R.L (“SL GIO II”, il-Lussemburgu), li jappartjenu għal Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Isvizzera),

—

Societa Gasdotti Italia S.p.A. (“SGI”, l-Italja), bħalissa hija kkontrollata minn SL GIO II u MEIF 4 li hija finalment kkontrollata minn Macquarie Group (l-Awstralja).

OTPP u SL GIO II jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SGI kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

OTPP: attiva fl-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni tal-għalliema fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario,

—

SL GIO II: fond li jappartjeni għal Swiss Life, fornitur ta’ assikurazzjonijiet fuq il-ħajja, pensjonijiet, assikurazzjoni tas-saħħa u ġestjoni tal-assi,

—

SGI: operatur indipendenti tas-sistema ta’ trażmissjoni (transmission system operator, TSO) li hij proprjetarja ta’ parti limitata min-network Taljan tal-gass bi pressjoni għolja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10155 — OTPP/SL GIO II/SGI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.