Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) (li saret il-Qorti Ġenerali)tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T‑351/03), li biha l-Qorti Ġenerali kkundannat lill-Komunità Ewropea tikkumpensa, minn naħa, l‑ispejjeż li sostniet Schneider Electric minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fit‑tkomplija tal-proċedura ta’ investigazzjoni ta’ konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal‑Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni (T‑310/01 u T‑77/02) u, min-naħa l-oħra, żewġ terzi tad‑dannu subit minn Schneider Electric minħabba l-ammont ta’ tnaqqis tal-prezz tat-trasferiment ta’ Legrand SA li Schneider Electric kellha tagħti lill-akkwirent bħala korrispettiv għall-posponiment tat-terminu għat-twettiq effettiv tal-bejgħ ta’ Legrand sal-10 ta’ Diċembru 2002 - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kunċetti ta’ nuqqas, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn in-nuqqas imwettaq u d-dannu subit - Ksur “suffiċjentement serju” tad-dritt Komunitarju li jivvizzja proċedura ta’ kontroll tal-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-ammont tad-dannu li jista’ jiġi kkumpensat imsemmi fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C‑440/07 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huwa stabbilit għas-somma ta’ EUR 50 000.

2) It-talba ta’ Schneider Electric SA dwar l-ispejjeż hija miċħuda.