|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4399 |
5.7.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11619 — LGP / FRANCISCO PARTNERS / REDSAIL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4399)
1.
Fis-17 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Francisco Partners Management L.P. (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Kona Topco, L.P. u s-sussidjarji tagħha, inklużi RedSail Technologies LLC (“RedSail”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Francisco Partners (l-Istati Uniti) |
LGP u Francisco Partners se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ RedSail.
Il-konċentrazzjoni qed titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
LGP hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata bil-kwartieri ġenerali f’Los Angeles, California, l-Istati Uniti. LGP tissieħeb ma’ timijiet maniġerjali b’esperjenza u spiss ma’ fundaturi biex tinvesti primarjament f’kumpaniji bbażati fl-Istati Uniti fis-setturi tal-konsumaturi, tan-negozju u tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. |
|
— |
Francisco Partners hija ditta ta’ investiment globali, ibbażata f’San Francisco, California, l-Istati Uniti, li tispeċjalizza fi sħubija ma’ negozji tat-teknoloġija u ma’ dawk abilitati bit-teknoloġija. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Redsail huma dawn li ġejjin: RedSail hija fornitur ibbażat fl-Istati Uniti ta’ softwer u servizzi għall-ġestjoni tan-negozju għall-ispiżeriji, attiva esklussivament fl-Amerika ta’ Fuq u primarjament fl-Istati Uniti. Il-pjattaforma integrata tat-teknoloġija farmaċewtika tal-kumpanija tawtomatizza u tottimizza l-flussi tax-xogħol tal-ispiżeriji, bħall-awtomatizzazzjoni tal-ġestjoni tal-inventarju, il-ġestjoni tal-profili tal-pazjenti, kif ukoll l-offerta ta’ fatturazzjoni medika, preskrizzjoni elettronika, u kapaċitajiet ta’ pagament.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja jenħtieġ li tiġi speċifikata dejjem:
M.11619 — LGP / FRANCISCO PARTNERS / REDSAIL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża dawn id-dettalji tal-kuntatt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4399/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)