<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-102/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0102</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:272">EU:C:2022:272</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawżi magħquda C-102/21 u C-103/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Autonome Provinz Bozen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija mill-Istati</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku</KEYWORD><KEYWORD>Chalets u refuġji mingħajr network tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑102/21 u C‑103/21,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (il-Qorti Amministrattiva, Sezzjoni Awtonoma tal-provinċja ta’ Bolzano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20210209">9 ta’ Frar 2021</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20210218">18 ta’ Frar 2021</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">KW</HT> (C‑102/21),</P><P><HT TYPE="BOLD">SG</HT> (C‑103/21)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autonome Provinz Bozen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur) u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukata Ġenerali: L. Medina,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal KW, minn St. Pittracher u H. Wild, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal SG, minn M. Durnwalder, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bouchagiar, C. Kovács u C-M. Carrega, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5048 final tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.32113 (2010/N) – Italja: Skema ta’ għajnuna dwar iffrankar tal-enerġija, sistemi ta’ tisħin distrettwali u elettrifikazzjoni ta’ żoni remoti fl-Alto Adige/Tirolo del Sud (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 1, p. 7</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn, minn naħa, KW (Kawża C‑102/21) u SG (Kawża C 103/21), u, min-naħa l-oħra, l-Autonome Provinz Bozen (il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, l-Italja), dwar ir-rimbors tal-għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku mogħtija minn din tal-aħħar b’applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>iskema ta’ għajnuna kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 651/2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2014 tas‑<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 187, p. 1</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u f’Kapitolu I jiġu ssodisfati.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-45 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati abbażi tal-punt (6)(a) jew il-punt (6)(b);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati abbażi tal-punt punt (6)(c).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="041.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>L-intensità tal-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta’ daqs medju.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament 2015/1589</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 28 tar-Regolament 2015/1589:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-użu ħażin tal-għajnuna jista’ jkollu effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern li huma simili għal dawk ta’ għajnuna kontra l-liġi u b’hekk għandhom ikunu trattati skont proċeduri simili. B’differenza mill-għajnuna kontra l-liġi, l-għajnuna li possibilment tkun intużat ħażin, hi għajnuna li preċdentement tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni m’għandhiex titħalla tuża inġunzjoni ta’ rkupru fir-rigward ta’ użu ħażin tal-għajnuna.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament 2015/1589 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>(b) <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser:</P><P>[…]</P><P>(ii) għajnuna awtorizzata, li tfisser, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill;</P><P>[…]</P><P>c) <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti;</P><P>[…]</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>għajnuna kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ f’kontravenzjoni tal-Artikolu 108(3) […]TFUE;</P><P>g) <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>użu ħażin ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser għajnuna wżata mill-benefiċjarju f’kontravenzjoni ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 4(3) jew l-Artikolu 7(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 [tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)] jew Artikolu 4(3) jew Artikolu 9(3) jew (4) ta’ dan ir-Regolament;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eżami preliminari tan-notifika u deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li miżura notifikata ma tqajjem l-ebda dubju dwar il-kompatibilità mas-suq intern, safejn tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) […] TFUE, hija tiddeċiedi li l-miżura hija kompatibbli mas-suq intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema eċċezzjoni skont it- [Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] tkun ġiet applikata.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Inġunzjoni għas-sospenjoni jew rkupru provviżorju ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-Kummissjoni tista’ wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu, tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru li jirkupra proviżjorjament kull għajnuna kontra l-liġi sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>inġunzjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jekk ikunu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:[…]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Rkupru ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>deċiżjoni għall-rkupru<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal- Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament 2015/1589, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Użu ħażin ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jipprevedi:</TXT><P><ALINEA>“Bla ħsara għall-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista, f’każijiet ta’ użu ħażin ta’ għajnuna, tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6 sa 9, 11 u 12, l-Artikolu 13(1) u l-Artikoli 14 sa 17 għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.</ALINEA></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża hija bbażata fuq il-Landesgesetz nr. 9, Bestimmungen im Bereich der Energieeinsparung, der erneuerbaren Energiequellen und des Klimaschutzes (il-Liġi Provinċjali Nru 9 tas‑<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet fil-qasam tal-iffrankar ta’ enerġija, tas-sorsi ta’ enerġija rinovabbli u tal-protezzjoni tal-klima) tas‑<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE> li tipprevedi, fost affarijiet oħra, l-għoti ta’ sussidji, b’limitu ta’ 80 % tal-ispejjeż tal-investiment, għall-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli, intiża għall-konsum proprju, meta l-konnessjoni man-network tal-elettriku ma tistax titwettaq mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat minħabba s-sitwazzjoni ġeografika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20101217">17 ta’ Diċembru 2010</DATE>, ir-Repubblika Taljana kkomunikat lill-Kummissjoni l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Permezz tad-deċiżjoni tagħha tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Kummissjoni awtorizzat din l-iskema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑102/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>KW huwa proprjetarju ta’ chalet li jinsab f’żona fil-muntanji tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, li ma hijiex konnessa man-network tal-elettriku pubbliku minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tad‑<DATE ISO="20180129">29 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano allokat lil KW sussidju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">144634</FT>, li jikkorrispondi għal 80 % tal-ispejjeż ammissibbli ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ impjant mikro tal-idroelettriku intiż għall-provvista personali tiegħi, b’applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Sussegwentement il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano informat lil KW li peress li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża skadiet fil‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>, l-għoti ta’ sussidju għall-proġett tiegħu kellu jkun konformi mar-Regolament Nru 651/2014, li jillimita l-livell awtorizzat għal 65 % tal-ispejjeż ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20200127">27 ta’ Jannar 2020</DATE>, il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano rtirat parzjalment id-deċiżjoni tagħha tal-għoti ta’ sussidju lil KW u naqqset l-ammont tiegħu għal EUR 113 257.09 b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 651/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>, il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano talbet lil KW ir-rimbors tal-ammont tal-għajnuna żejda rċevuta, jiġifieri EUR 27 712.91, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>KW adixxa lill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (il-Qorti Amministrattiva, Sezzjoni Awtonoma tal-Provinċja ta’ Bolzano, l-Italja), b’talba għal annullament ta’ dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li t-tilwima fil-kawżi prinċipali tqajjem il-kwistjoni dwar jekk is-sussidju mogħti lil KW jikkostitwixxix għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tad-dritt tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk, fid-data tal-għoti ta’ dan is-sussidju, l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> kinitx għada fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, jekk dan ma jkunx il-każ, is-sussidju mogħti lil KW ikun jikkostitwixxi każ ta’ applikazzjoni ħażina ta’ għajnuna u jkun hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament 2015/1589 għandux jiġi interpretat fis-sens li kienet il-Kummissjoni li kellha titlob l-irkupru tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hija żżid li għandu jiġi eżaminat ukoll jekk is-sussidju mogħti lil KW jistax jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (il-Qorti Amministrattiva, Sezzjoni Awtonoma tal-Provinċja ta’ Bolzano) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>] għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament [2015/1589] għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) [TFUE] sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑103/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>SG huwa proprjetarju ta’ chalet li jinsab f’żona fil-muntanji tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, li ma hijiex konnessa man-network tal-elettriku pubbliku minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>, il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano allokat lil SG sussidju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">115011</FT>, li jikkorrispondi għal 80 % tal-ispejjeż ammissibbli ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ impjant mikro tal-idroelettriku intiż għall-provvista personali tiegħi, b’applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20200427">27 ta’ April 2020</DATE>, il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano rtirat parzjalment id-deċiżjoni tagħha tal-għoti ta’ sussidju lil SG peress li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża kienet skadiet fil‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>. Hija kkalkolat mill-ġdid l-ammont tas-sussidju li seta’ jiġi allokat lil SG abbażi tal-kriterji ta’ attribuzzjoni previsti mir-Regolament Nru 651/2014, jiġifieri s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">92604</FT>, u talbet lil SG jirrimborsa l-ammont żejjed irċevut minnu, jiġifieri EUR 22 406.80, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>SG adixxa lill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (il-Qorti Amministrattiva, Sezzjoni Awtonoma tal-Provinċja ta’ Bolzano), b’talba għal annullament ta’ dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li l-kawża tqajjem domandi preliminari identiċi għal dawk tal-Kawża C‑102/21.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (il-Qorti Amministrattiva, Sezzjoni Awtonoma tal-Provinċja ta’ Bolzano) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiema u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>] għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi eżaminat ukoll jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 […] għandux jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>. Għandu jiġi eżaminat jekk l-imsemmija għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) [TFUE] sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew jekk tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tgħaqqid tal-Kawżi C‑102/21 u C‑103/21</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20210317">17 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Kawżi C‑102/21 u C‑103/21 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u dik orali u għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma bbażati fuq il-premessa li l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u li hija, barra minn hekk, konformi, parzjalment, mar-Regolament Nru 651/2014. Hija tidher ukoll li tassumi li ma hemmx lok li tiġi applikata għalihom ir-regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha fil-Kawżi C‑102/21 u C‑103/21, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> kinitx għadha fis-seħħ meta l-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano allokat sussidji lil KW u lil SG (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> tispeċifika, fil-punt 2.2 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Tul u Baġit<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li, skont l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża, ammont totali ta’ EUR 187.25 miljuni ser jingħata matul il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>perijodu 2011‑2016<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Barra minn hekk, is-sunt ta’ din id-deċiżjoni ppubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal‑<DATE ISO="20130104">4 ta’ Jannar 2013</DATE> jindika li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tul<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-imsemmija skema huwa stabbilit sal‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>, l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx għadha awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Jirriżulta, barra minn hekk, mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li din l-istess skema ta’ għajnuna ma kinitx is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ġdida tal-Kummissjoni wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li l-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano allokat l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali wara l‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> ma kinitx għadha fis-seħħ meta l-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano allokat l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha fil-Kawżi C‑102/21 u C‑103/21, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament 2015/1589 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ użu ħażin ta’ għajnuna, ma huwiex l-Istat Membru kkonċernat, iżda l-Kummissjoni li għandha titlob l-irkupru tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif sostniet il-Kummissjoni, għandu jiġi rrilevat li għajnuna individwali mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna wara l-iskadenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza din l-iskema ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>użu ħażin ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 1(g) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1(g) tar-Regolament 2015/1589 jirreferi għas-sitwazzjonijiet li fihom għajnuna tintuża mill-benefiċjarju bi ksur ta’ deċiżjoni meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) jew tal-Artikolu 9(3) u (4) ta’ dan ir-regolament jew tal-Artikolu 4(3) jew tal-Artikolu 7(3) and (4) tar-Regolament Nru 659/1999, li jirrigwardaw, rispettivament, id-deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, id-deċiżjonijiet pożittivi u d-deċiżjonijiet kundizzjonali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE> ma kinitx għadha applikabbli wara l‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE> u li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni ma kinitx is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ġdida wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan il-fatt huwa biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat li l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma tistax titqies li ġiet applikata b’mod ħażin mid-destinatarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-fatt li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ġiet estiża lil hinn mill‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>, jekk jitqies li hija stabbilita, ma huwiex determinanti sa fejn l-estensjoni ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti toħloq għajnuna ġdida, distinta mill-iskema estiża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:785">EU:C:2013:785</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, għajnuna bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali għandha titqies bħala għajnuna ġdida, li, peress li ngħatat bi ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għajnuna kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm lok, għaldaqstant, li t-tieni domanda tiġi fformulata mill-ġdid fis-sens li din tirrigwarda fil-fatt il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 108(3) TFUE, għandux jiġi interpretat fis-sens li ma humiex l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat, iżda hija l-Kummissjoni li għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex timponi l-irkupru ta’ għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ għajnuna stabbilita fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE għandha effett dirett u li n-natura immedjatament applikabbli tal-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni indikata f’din id-dispożizzjoni testendi għal kull għajnuna li tkun ġiet implimentata mingħajr ma ġiet ikkomunikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dan li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiżguraw li l-konsegwenzi kollha ta’ ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE jiġu ddeterminati, skont id-dritt nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda kemm il-validità tal-atti ta’ eżekuzzjoni kif ukoll l-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, u l-għan tal-missjoni tagħhom huwa, għaldaqstant, li jiġu adottati l-miżuri xierqa sabiex tiġi rrimedjata l-illegalità tal-implimentazzjoni tal-għajnuna, sabiex il-benefiċjarju ma jżommx id-dispożizzjoni libera tagħha għaż-żmien li jifdal jiddekorri sad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li kull dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi prodott effett dirett hija vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, jiġifieri mhux biss il-qrati nazzjonali, iżda wkoll il-korpi tal-amministrazzjoni kollha, inklużi l-awtoritajiet deċentralizzati, u dawn l-awtoritajiet huma marbuta li japplikawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Costanzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>103/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:256">EU:C:1989:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm l-awtoritajiet amministrattivi kif ukoll il-qrati nazzjonali inkarigati li japplikaw, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom l-obbligu li jiżguraw l-effett sħiħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, meta awtorità nazzjonali tikkonstata li għajnuna ngħatat bi ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, hija għandha tirkupra fuq inizjattiva tagħha stess l-għajnuna illegalmetn mogħtija (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, f’tali każ, xejn ma jipprojbixxi, bħala prinċipju, lill-Istat Membru kkonċernat iqis li hija biss l-parti tal-għajnuna li ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti mir-Regolament Nru 651/2014 għandha tiġi rrimborsata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li fis-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat stabbilita mit-Trattat, il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom rwoli komplementari, iżda distinti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A-Fonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑598/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:352">EU:C:2019:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tordna l-irkupru ta’ għajnuna unikament abbażi tal-illegalità tagħha u għandha għalhekk twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, irrispettivament minn jekk il-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni preliminari ġietx osservata jew le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900214">14 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:67">EU:C:1990:67</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għalkemm l-Artikolu 13(2) tar-Regolament 2015/1589 tippermettilha madankollu tordna l-irkupru provviżorju ta’ għajnuna mħallsa illegalment sakemm hija tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għat-tieni domandi hija li l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hijiex il-Kummissjoni, iżda l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat li għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jordnaw l-irkupru ta’ għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha fil-Kawżi C‑102/21 u C‑103/21, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hijiex kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) TFUE minħabba li hija tippermetti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tiffaċilita l-iżvilupp ta’[…] ċerti reġjuni ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jew jekk tistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, ma jidhirx b’mod ċar mill-formulazzjoni ta’ din id-domanda jekk, ir-riferiment tagħha għall-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-qorti tar-rinviju tirreferix għall-Artikolu 107(1) TFUE li jipprevedi l-projbizzjoni tal-prinċipju ta’ għajnuna mill-Istat, jew għall-Artikolu 107(3)(c) TFUE, li jispeċifika li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċertu attivitajiet jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, sakemm hija ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-proċess ipprovdut lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn il-kawżi ma jipprovdix l-ispeċifikazzjonijiet fattwali neċessarji sabiex hija tkun tista’ tagħti indikazzjonijiet utli lill-qorti tar-rinviju dwar l-applikazzjoni tal-kriterji relattivi għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u għall-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE, fil-kawżi prinċipali peress li s-sempliċi fatt indikat fid-deċiżjoni tar-rinviju fil-kawża C‑102/21 li l-elettriku prodott mill impjant mikro ffinanzjat ser jintuża biss għall-provvista personali ta’ individwu, ma jippermettix, fi kwalunkwe każ, waħdu, li jiġi kkonstatat jekk dawn il-kriterji humiex issodisfatti jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tali domanda għandha titqies li hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, għadu jitfakkar li l-ġustifikazzjoni sabiex titressaq talba għal deċiżjoni preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-ħtieġa inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ tilwima li tirrigwarda d-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:823">EU:C:2019:823</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, il-qrati nazzjonali ma għandhomx il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>DEI u Il-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑590/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:797">EU:C:2016:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li hija suġġetta għal stħarriġ mill-qrati tal-Unjoni, filwaqt li l-qrati nazzjonali għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni minn qabel tal-għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A-Fonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑598/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:352">EU:C:2019:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE ma hijiex neċessarja sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-tilwimiet fil-kawżi prinċipali u għandha, għaldaqstant, titqies li hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5048 final tal‑<DATE ISO="20120725">25 ta’ Lulju 2012</DATE>, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.32113 (2010/N) – Italja: Skema ta’ għajnuna dwar iffrankar tal-enerġija, sistemi ta’ tisħin distrettwali u elettrifikazzjoni ta’ żoni remoti fl-Alto Adige/Tirolo del Sud ma kinitx għadha fis-seħħ meta l-’Autonome Provinz Bozen (il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, l-Italja) allokat sussidji lil KW u lil SG.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hijiex il-Kummissjoni Ewropea, iżda l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat li għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jordnaw l-irkupru ta’ għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>