<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-247/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0247</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:616">EU:C:2018:616</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bot – Kawża C-247/17</HT>
<HT TYPE="SC">Raugevicius</HT>
<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Yves Bot</HT>
ippreżentati fil-<DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001">
Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
</NOTE>
</TI><STI>
<HT TYPE="BOLD">Kawża C-247/17</HT>
Denis Raugevicius
<HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja))</HT>
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.
</NOTE>, huwa fformulat hekk:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-Partijiet kontraenti għandhom jikkonsenjaw lil xulxin, skont ir-regoli u taħt il-kundizzjonijiet iddeterminati mill-artikoli segwenti, l-individwi suġġetti ta’ proċeduri minħabba reat jew rikjesta għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena jew miżura ta’ sigurtà mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Parti rikjedenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Estradizzjoni ta’ ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull Parti kontraenti għandha l-fakultà li tirrifjuta l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kull Parti kontraenti tista’, permezz ta’ dikjarazzjoni magħmula fil-mument tal-iffirmar jew tal-preżentazzjoni tal-istrument ta’ rettifika jew adeżjoni tagħha, tiddefinixxi, għal dak li jirrigwardaha, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> fis-sens ta’ din il-[k]onvenzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-kwalità ta’ ċittadin tkun evalwata fil-mument tad-deċiżjoni dwar l-estradizzjoni. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-Parti mitluba ma testradixxix liċ-ċittadin tagħha, hija għandha, fuq talba tal-Parti rikjedenti, tissottometti l-kawża lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jekk ikun hemm lok ikunu jistgħu jiġu eżerċitati proċeduri ġudizzjarji. Fil-fatt, il-proċessi, informazzjoni u oġġetti relatati mar-reat jintbagħtu gratwitament skont kif previst fl-Artikolu 12(1). Il-Parti rikjedenti għandha tiġi informata bl-eżitu li jkun ingħata lit-talba tagħha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja għamlet id-dikjarazzjoni segwenti:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fis-sens ta’ din il-[k]onvenzjoni, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jfisser iċ-ċittadini tal-Finlandja, tad-Danimarka, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvezja kif ukoll il-barranin iddomiċiljati f’dawn l-Istati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S>
Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Liġi dwar l-Estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.
</NOTE> tas‑<DATE ISO="19700707">7 ta’ Lulju 1970</DATE>, tipprovdi li ċittadin Finlandiż ma jistax jiġi estradit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tal-Liġi dwar l-Estradizzjoni jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Oikeusministeriö [(il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Finlandja)] jiddeċiedi jekk hemmx lok li tintlaqa’ t-talba għal estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Liġi dwar l-Estradizzjoni jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Jekk, waqt l-investigazzjoni jew f’att mibgħut lill-Ministeru tal-Ġustizzja qabel ma tiġi deċiża l-kawża, il-persuna oġġett ta’ talba għal estradizzjoni tiddikjara li hija tqis li r-rekwiżiti legali tal-estradizzjoni ma humiex issodisfatti, il-Ministeru, jekk it-talba għal estradizzjoni ma tiġix miċħuda immedjatament, għandu jitlob l-opinjoni tal-Korkein oikeus [(il-Qorti Suprema, il-Finlandja)] qabel ma jiddeċiedi l-kawża. Il-Ministeru jista’ jitlob ukoll l-opinjoni f’każijiet oħra fejn huwa jqis li dan huwa neċessarju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-Liġi dwar l-Estradizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[i]l-Korkein oikeus [(il-Qorti Suprema)] teżamina jekk it-talba għal estradizzjoni tistax tintlaqa’ billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 sa 10 ta’ din il-liġi u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ ftehim internazzjonali li tiegħu l-Finlandja hija parti. Jekk il-Korkein oikeus [(il-Qorti Suprema)] tqis li jeżisti ostakolu għall-estradizzjoni, it-talba għal estradizzjoni ma tistax tintlaqa’<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, piena ta’ priġunerija mogħtija minn qorti ta’ Stat li ma jagħmilx parti mill-Unjoni tista’ tiġi eżegwita fil-Finlandja b’applikazzjoni tal-laki kansainvälisestä yhteistoiminnasta eräiden rikosoikeudellisten seuraamusten täytäntöönpanossa (il-Liġi dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq l-Eżekuzzjoni ta’ ċerti Sanzjonijiet Kriminali) (21/1987) tas‑<DATE ISO="19870116">16 ta’ Jannar 1987</DATE>. L-Artikolu 3 ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Piena mogħtija minn qorti ta’ Stat barrani tista’ tiġi eżegwita fil-Finlandja jekk:
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-kundunna hija <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u hija eżekuttiva fl-Istat li fih ingħatat;</TXT></NP></ITEM></LIST>
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Istat li fih il-piena ngħatat talab dan jew ta l-kunsens tiegħu għal dan.</TXT></NP></ITEM></LIST>
Piena ta’ priġunerija tista’ tiġi eżegwita fil-Finlandja skont l-ewwel paragrafu jekk il-persuna kkundannata hija ċittadin Finlandiż jew ċittadin barrani li jirrisjedi b’mod permanenti fil-Finlandja u jekk il-persuna kkundannata tat il-kunsens tagħha għal dan. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>
</ALINEA></QUOT.S>
Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tiċċita b’mod partikolari, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Epitropos tou Elegktikou Synedriou</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑363/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:825">EU:C:2012:825</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-oriġini legali tagħha, il-permanenza tagħha, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tagħha, in-natura kontradittorja tal-proċeduri, l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt, kif ukoll l-indipendenza tagħha. Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iżżid li quddiemha effettivament għandha tilwima, peress li D. Raugevicius ikkontesta l-kundizzjonijiet legali tal-estradizzjoni tiegħu u l-Ministeru tal-Ġustizzja kkunsidra li ma kienx hemm lok li jiċħad immedjatament it-talba għal estradizzjoni. Fl-aħħar nett, l-opinjoni li hija għandha tagħti hija vinkolanti, fis-sens li t-talba għal estradizzjoni ma tistax tintlaqa’ jekk hija tqis li jeżisti ostakolu għall-estradizzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tqis li hija ntalbet tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tirrileva li t-talba għal estradizzjoni hija bbażata fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni u li din tal-aħħar, bħal konvenzjonijiet internazzjonali oħra, ma tobbligax lil Stat li jirrifjuta l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess li jadotta miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ piena mogħtija fi Stat ieħor. Ma jeżistix ftehim fil-qasam tal-estradizzjoni bejn l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa, u r-Repubblika tal-Finlandja lanqas ma ffirmat ftehim ta’ estradizzjoni bilaterali mal-Federazzjoni Russa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema), il-konvenzjonijiet internazzjonali li jirrigwardaw ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet kriminali u t-trasferiment ta’ persuni kkundannati jistgħu jkunu rilevanti, peress li l-għan ta’ dawn il-konvenzjonijiet huwa li jiżguraw li l-persuna kkundannata tkun tista’ tiskonta l-piena tagħha fl-Istat li tiegħu hija ċittadina jew fl-Istat li fih tirresjedi, sabiex tiġi ffavorita r-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tirrileva li, fis-sentenza tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet għall-ewwel darba dwar l-effetti tad-dritt tal-Unjoni fuq l-estradizzjoni barra mill-Unjoni ta’ ċittadin tagħha mwettqa abbażi ta’ ftehim ta’ estradizzjoni internazzjonali konkluż mill-Istat Membru kkonċernat. Hija tfakkar li din is-sentenza kienet tirrigwarda talba għal estradizzjoni indirizzata minn Stat terz għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni minħabba reat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan il-każ il-Kokein oikeus (il-Qorti Suprema) għandha tiddeċiedi dwar sitwazzjoni differenti. Għalhekk, il-problema li hija għandha quddiemha hija dwar jekk il-linji gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, jistgħux japplikaw direttament ukoll fil-każijiet li fihom ċittadin tal-Unjoni huwa suġġett għal talba għal estradizzjoni lejn Stat terz għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija. Għalhekk, għandu jiġi ddeterminat jekk il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fil-qasam kriminali tad-dritt tal-Unjoni jistgħux japplikaw u, jekk ikun il-każ, b’liema mod, f’każ fejn ir-reat diġà kien l-oġġett ta’ deċiżjoni eżekuttiva fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tfakkar li, skont l-Artikolu 21 TFUE, kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri. Ir-riskju li tali ċittadin jista’ jiġi estradit lejn Stat terz jekk huwa jitlaq mill-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor jista’ jaffettwa l-moviment liberu tiegħu. Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tikkunsidra li, fir-rigward ta’ dan l-ostakolu għall-moviment liberu, ftit huwa importanti jekk it-talba għal estradizzjoni tirrigwardax prosekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ piena fi Stat terz. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li l-persuna kkonċernata għandha wkoll in-nazzjonalità tal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni tagħha ma hijiex rilevanti għall-eżami tas-sitwazzjoni tagħha fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tixtieq tikseb konferma dwar dawn il-punti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din il-qorti tenfasizza li teżisti differenza fit-trattament bejn ċittadin Finlandiż u ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, peress li huwa biss dan tal-aħħar li jista’ jiġi estradit skont id-dritt Finlandiż. Madankollu, l-imsemmija qorti tosserva li f’sitwazzjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, iċ-ċittadini nazzjonali u dawk ta’ Stati Membri oħra jistgħu jitqiegħdu f’sitwazzjoni differenti biss jekk jeżistu raġunijiet ġustifikattivi aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’dan ir-rigward, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) issemmi l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li jkunu wettqu reat, li ġie kkunsidrat bħala għan leġittimu fis-sentenza tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>. L-estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni bħal dik għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ kundanna tissodisfa dan l-għan. Għalhekk, skont din il-qorti, għandu jiġi eżaminat jekk fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ piena, iċ-ċittadini Finlandiżi humiex f’sitwazzjoni differenti minn dik taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tirrileva li filwaqt li, bħala prinċipju, fil-ftehimiet internazzjonali ta’ estradizzjoni jeżisti obbligu ta’ prosekuzzjoni taċ-ċittadin nazzjonali jekk ma jiġix estradit, ma jeżistix obbligu li l-piena tiġi eżegwita fit-territorju nazzjonali f’każ ta’ rifjut tal-estradizzjoni. Dan jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Finlandja, bħal ħafna Stati Membri oħra, ma hijiex parti f’konvenzjoni bħal dik dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi tal-infurzar tal-liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009">
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Valur Internazzjonali tas-Sentenzi tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Infurzar tal-Liġi, iffirmata f’Den Haag fit‑<DATE ISO="19700528">28 ta’ Mejju 1970</DATE>.
</NOTE>, li minnha jirriżulta obbligu ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-kundanni mogħtija fi Stati oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iżżid li, fid-dritt Finlandiż, l-eżekuzzjoni ta’ kundanna barranija mogħtija fi Stat terz teħtieġ il-kunsens mhux biss tal-Istat li ta l-kundanna, iżda wkoll tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kif ukoll dak tal-persuna kkundannata, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali li ma humiex inkwistjoni f’dan il-każ. Għalhekk jidher li l-protezzjoni mill-estradizzjoni li minnha jibbenefikaw biss iċ-ċittadini nazzjonali ma hijiex iġġustifikata la minn obbligu tal-Istat u lanqas minn possibbiltà ġenwina li jiġu eżegwiti fit-territorju Finlandiż pieni mogħtija barra mill-pajjiż fir-rigward taċ-ċittadini tagħha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tinnota wkoll li, meta talba għal estradizzjoni tiġi ppreżentata għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bbażat fuq l-obbligu ta’ proċeduri timplika l-introduzzjoni ta’ proċedura ġdida għall-istess reat, li jista’ jmur kontra l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>. Fil-fatt, minkejja li dan il-prinċipju, li jinsab fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u ma huwiex stabbilit bl-istess mod lil hinn minnha, madankollu ċerti Stati Membri josservawh ukoll f’każ ta’ kundanna mogħtija fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tressiq ta’ proċeduri fl-Istat Membru mitlub, jista’ jkun impossibbli għal raġunijiet legali oħra. Pereżempju, f’din il-kawża, kieku D. Raugevicius kien ċittadin Finlandiż, huwa ma jkunx jista’ jkun suġġett għal proċeduri fir-Repubblika tal-Finlandja, minkejja li fir-rigward tar-reati mwettqa barra mill-pajjiż, il-Finlandja għandha dritt tressaq proċeduri bbażati fuq in-nazzjonalità. Fil-fatt, fid-dawl tal-fatt li dan ir-reat jirrigwarda kwantità żgħira ta’ prodotti narkotiċi intiżi għal użu personali, id-dritt li tressaq proċeduri fil-Finlandja huwa preskritt skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) tistaqsi jekk huwiex xieraq li jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, għall-finijiet ta’ proċeduri fil-każ fejn ir-reat kien diġà suġġett għal kundanna mogħtija fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li donnu huwa possibbli, fil-loġika tas-sentenza tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, jirriżulta li fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-Istat terz ikkonċernat, ir-regoli fil-qasam tal-estradizzjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013">
Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, ir-regoli nazzjonali kkonċernati għandhom ikunu konformi ma’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014">
Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jinkludu dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru, kif mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, bħal D. Raugevicius, ċittadin Litwan, li għamel użu mid-dritt tiegħu ta’ movement liberu fl-Unjoni billi stabbilixxa ruħu fi Stat Membru ieħor li tiegħu ma għandux iċ-ċittadinanza, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, fis-sens tal-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni b’ebda mod ma hija affettwata mill-fatt, enfasizzat mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema), li l-persuna kkonċernata għandha wkoll in-nazzjonalità tal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni tagħha. Fil-fatt, in-nazzjonalità doppja ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz ma tistax iċċaħħad lill-persuna kkonċernata mil-libertajiet li hija għandha taħt id-dritt tal-Unjoni bħala ċittadina ta’ Stat<?PAGE NO="8"?> Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016">
Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Micheletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑369/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:295">EU:C:1992:295</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Lanqas ma jaffettwa d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni l-fatt li, b’differenza ta’ dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, it-talba għal estradizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali saret għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija u mhux għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-qasam ta’ applikazzjoni tat-Trattati, l-Artikolu 18 TFUE jipprojbixxi kull diskriminazzjoni eżerċitata minħabba n-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1)(a) tagħha, il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tippermetti lill-Istati parti jirrifjutaw l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħhom stess. Madankollu, din is-setgħa għandha tiġi eżerċitata konformement mad-dritt primarju, u b’mod partikolari, mar-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-ugwaljanza fit-trattament u tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tiegħu li tipprovdi li ebda ċittadin nazzjonali ma għandu jiġi estradit għandha tkun konformi mat-Trattat FUE, b’mod partikolari mal-Artikoli 18 u 21 tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-regoli nazzjonali ta’ estradizzjoni ta’ Stat Membru li jintroduċu differenza fit-trattament skont jekk il-persuna kkonċernata hijiex ċittadin ta’ dan l-Istat Membru jew ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn dawn iwasslu sabiex ma jagħtux liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li daħlu fit-territorju tal-Istat mitlub il-protezzjoni mill-estradizzjoni li minnha jgawdu ċ-ċittadini ta’ dan l-aħħar Stat Membru, jistgħu jaffettwaw il-libertà ta’ moviment fl-Unjoni ta’ dawk tal-ewwel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-inugwaljanza fit-trattament li tikkonsisti fil-fatt li tiġi permessa l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru mitlub, bħal D. Raugevicius, tikkostitwixxi restrizzjoni tal-moviment liberu, fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021">
Ara b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni tista’ tkun iġġustifikata biss jekk tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi u tkun proporzjonata mal-għan leġittimament imfittex mir-regoli nazzjonali ta’ estradizzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li jkunu wettqu reat jidħol fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu. Dan l-għan għandu jitqies, fil-kuntest taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, imsemmija fl-Artikolu 3(2) TUE, bħala wieħed ta’ natura leġittima fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, miżuri li jirrestrinġu libertà fundamentali, bħal dik prevista fl-Artikolu 21 TFUE, jistgħu jkunu ġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi biss jekk dawn ikunu neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi li huma intiżi li jiżguraw, u dan biss sakemm dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ miżuri inqas restrittivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024">
Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pisciotti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħal dik li għadni kemm iddeskrivejt, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fir-rigward ta’ D. Raugevicius, ir-Repubblika tal-Finlandja tistax taġixxi b’mod li jippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu tiegħu minn dak tad-deċiżjoni li testradixxih lejn ir-Russja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-determinazzjoni dwar jekk teżistix miżura alternattiva li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE u li tippermetti wkoll li jintlaħaq b’mod daqstant effikaċi bħad-deċiżjoni ta’ estradizzjoni l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuna kkundannata għal piena ta’ priġunerija fi Stat terz, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, fir-rigward ta’ talba għal estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, iddeċidiet li huwa importanti li tingħata prijorità lill-iskambji ta’ informazzjoni mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità, sabiex jekk ikun il-każ, l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru jingħataw l-opportunità li joħorġu mandat ta’ arrest għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni. Għalhekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiġi indirizzata talba lil Stat Membru li fih jinsab ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, għal estradizzjoni minn Stat terz li miegħu l-ewwel Stat Membru kkonkluda ftehim ta’ estradizzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li tiegħu l-imsemmi ċittadin għandu n-nazzjonalità, u jekk ikun il-każ, fuq talba ta’ dan l-aħħar Stat Membru, jikkonsenjalu lil dan iċ-ċittadin, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026">
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.
</NOTE>, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027">
<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Deċiżjoni Qafas 2002/584<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).
</NOTE>, kemm‑il darba dan l-Istat Membru jkollu ġurisdizzjoni, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, li jressaq proċeduri kriminali kontra dik il-persuna għal fatti mwettqa barra mit-territorju nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028">
Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, Pisciotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑191/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din is-soluzzjoni, meħuda f’kuntest ikkaratterizzat mill-assenza ta’ ftehim internazzjonali fil-qasam tal-estradizzjoni bejn l-Unjoni u l-Istat terz ikkonċernat, għandha l-għan li tapplika f’sitwazzjoni fejn tali ftehim jagħti lill-Istat Membru mitlub is-setgħa li ma jestradixxix liċ-ċittadini tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, iċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ jipprekludu li jitqies li l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istat Membru mitlub u l-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità, kif enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, tista’ titqies bħala alternattiva xierqa għall-estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif rajna, dan il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq informazzjoni mill-Istat Membru mitlub lill-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità, bil-għan li jagħti lil dan l-aħħar Stat l-opportunità li joħroġ, jekk ikun il-każ, mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Issa, infakkar li t-talba għal estradizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-piena li għaliha D. Raugevicius ġie kkundannat fir-Russja. Għalhekk hemm lok li jiġi eżaminat mhux jekk jistgħux jittieħdu proċeduri kriminali ġodda kontra D. Raugevicius mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, jiġifieri r-Repubblika tal-Litwanja, iżda pjuttost jekk l-eżekuzzjoni ta’ din il-piena ġewwa l-Unjoni tikkostitwixxix jew le miżura alternattiva għall-estradizzjoni. Nenfasizza wkoll li soluzzjoni intiża sabiex tagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet ġudizzjarji Litwani joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali ġodda kontra D. Raugevicius tmur kontra l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jidhirli li lanqas huwa possibbli li jinbena mekkaniżmu li permezz tiegħu l-awtoritajiet ġudizzjarji Litwani jkollhom il-possibbiltà li joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena fit-territorju Litwan. Minbarra l-ostakolu legali li jikkostitwixxi l-fatt li l-piena li għandha tiġi eżegwita ngħatat minn qorti ta’ Stat terz, nirrileva li, f’tali każ, l-awtoritajiet Finlandiżi jistgħu jinvokaw il-motiv ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew, li tinsab fl-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li jipprovdi li l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi tista’ tirrifjuta li teżegwixxi tali mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija meta l-persuna rikjesta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru li jesegwixxi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u dak l-Istat jintrabat li jeżegwixxi din il-piena skont id-dritt intern tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan il-motiv ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva għandha b’mod partikolari l-għan li tippermetti lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tagħti importanza partikolari lill-possibbiltà ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna rikjesta meta tiġi skontata l-piena li għaliha din tal-aħħar tkun ġiet ikkundannata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031">
Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170609">9 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:503">EU:C:2017:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li kif indikat il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) fid-deċiżjoni ta’ rinviju tagħha, D. Raugevicius ikkontesta l-estradizzjoni tiegħu billi invoka b’mod partikolari l-fatt li huwa diġà kien ilu żmien twil jgħix fil-Finlandja u li f’dan l-Istat Membru huwa għandu żewġt itfal li huma ċittadini Finlandiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Dawn l-elementi fattwali ma tqiegħdux inkwistjoni matul din il-proċedura. Barra minn hekk, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja ma setgħet tistaqsi, matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali li saret fl‑<DATE ISO="20180514">14 ta’ Mejju 2018</DATE>, la lir-Repubblika tal-Finlandja u lanqas lir-rappreżentant ta’ D. Raugevicius bil-għan li jikkonfermaw dawn l-elementi u jippreċiżaw ir-rabtiet eżistenti bejn D. Raugevicius u dan l-Istat Membru, peress li ebda waħda minn dawn iż-żewġ partijiet ma qieset utli li tipparteċipa f’din is-seduta. Għalhekk ser nibbaża ruħi biss fuq l-uniċi żewġ elementi fattwali li għandi, jiġifieri dawk li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-fatt li D. Raugevicius ilu diġà żmien twil jgħix fil-Finlandja u li f’dan l-Istat Membru għandu żewġt itfal ċittadini Finlandiżi jwassalni sabiex nikkunsidra li sabiex niffaċilita l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tiegħu ladarba jiskonta l-piena tiegħu, huwa fit-territorju Finlandiż li għandha tiġi eżegwita l-kundanna mogħtija fir-Russja, jekk ikun il-każ wara li tiġi addattata skont il-piena prevista mil-leġiżlazzjoni kriminali Finlandiża għal reat tal-istess natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ir-risposta li għandha tagħti r-Repubblika tal-Finlandja għat-talba għal estradizzjoni magħmula mill-awtoritajiet Russi, għandha għalhekk tieħu inkunsiderazzjoni l-iskop ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-piena, li huwa marbut strettament mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dinjità umana<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, stabbilit mill-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni ta’ piena sseħħ wara li tingħata kundanna definittiva. Għalhekk tirrigwarda l-aħħar fażi tal-proċess kriminali, dik li fiha jingħata effett lis-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni tkopri l-miżuri kollha ta’ natura, minn naħa, li jiżguraw l-eżekuzzjoni materjali tal-piena u, min-naħa l-oħra, li jiżguraw l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna kkundannata. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet relatati mal-iżvolġiment tal-piena u mal-amministrazzjoni tagħha, billi jiddeċiedu, pereżempju, dwar il-kollokament fl-estern, il-permessi tal-ħruġ, is-semilibertà, it-tqassim u s-sospensjoni tal-piena, il-miżuri ta’ liberazzjoni bikrija jew kundizzjonata tal-priġunier jew it-tqegħid taħt sorveljanza elettronika. Id-dritt tal-eżekuzzjoni tal-pieni jkopri wkoll il-miżuri li jistgħu jiġu adottati wara l-liberazzjoni tal-persuna kkundannata, bħat-tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja jew anki l-parteċipazzjoni tagħha fi programmi ta’ riabilitazzjoni, jew miżuri ta’ kumpens favur il-vittmi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dan jimplika li l-miżuri kollha relatati mal-eżekuzzjoni u l-amministrazzjoni tal-pieni huma individwalizzati mill-awtoritajiet ġudizzjarji b’mod li jiffavorixxi, fl-osservanza tal-interessi tas-soċjetà u tad-drittijiet tal-vittmi, minbarra l-prevenzjoni ta’ reċidiviżmu, l-integrazzjoni jew l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna kkundannata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni tal-piena fl-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata tirresjedi mal-familja tagħha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distakk bejnha u l-komunità li fiha hija trid tintegra mill-ġdid labarba l-piena tiġi eżegwita. L-istabbiliment ta’ dan il-post għall-eżekuzzjoni tal-piena huwa neċessarju sabiex tinżamm ir-rabta soċjali li l-persuna kkonċernata bniet, li ppermettiet l-inklużjoni tiegħu fis-soċjetà kkonċernata u li għalhekk tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali tagħha mill-ġdid wara li l-piena ta’ priġunerija tiġi skontata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>It-trasferiment jikkostitwixxi miżura ta’ eżekuzzjoni tal-piena<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032">
Ara f’dan ir-rigward, il-Qorti EDB, tas‑<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Szabó vs L‑Isvezja, CE:ECHR:2006:0627DEC002857803, p. 12.
</NOTE>. Hija tippermetti l-individwalizzazzjoni tal-piena, bil-għan li tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna kkundannata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn huwa ġenwinament integrat hija fl-interess mhux biss ta’ dan tal-aħħar, iżda wkoll tal-Unjoni inġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033">
Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-importanza mogħtija mil-leġiżlatur tal-Unjoni lill-integrazzjoni soċjali mill-ġdid hija kkonfermata b’mod espliċitu, b’mod partikolari, mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas‑<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034">
<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 327, p. 27</REF.DOC.OJ>.
</NOTE>, li l-Artikolu 3(1) tagħha jippreċiża li għandha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[t]iffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem enfasizzat l-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu inkunsiderazzjoni l-għan ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-priġunieri fl-iżvilupp tal-politika kriminali tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035">
Ara b’mod partikolari, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Khoroshenko vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2015:0630JUD004141804 (§ 121).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan li jikkonsisti fiż-żieda tal-opportunitajiet ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid ta’ persuna kkundannata għal piena ta’ priġunerija fi Stat terz, iċ-ċittadini tal-Istat Membru mitlub u ċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra li jirrisjedu f’dan l-Istat ma għandhomx, bħala prinċipju, jiġu ttrattati b’mod differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036">
Ara b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li għandhom rabta ġenwina, stabbli u fit-tul mas-soċjetà tal-Istat Membru mitlub jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik taċ-ċittadini ta’ dan l-aħħar Stat Membru. Trattament differenti billi ma jingħatawx l-istess opportuntajiet ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid ikun jikkostitwixxi, għalhekk, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità li tmur kontra l-Artikolu 18 TFUE. Jidher ukoll kontradittorju għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ċittadinanza tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> stess, l-argument li għandhom ikunu biss il-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru mitlub li jippreżentaw din ir-rabta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037">
Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:151">EU:C:2012:151</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jirrileva, barra minn hekk, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[l]-libertà ta’ moviment u ta’ residenza, konċessa mid-dritt tal-Unjoni, għandha wkoll bħala konsegwenza diretta l-fatt li llum il-ġurnata mhux possibbli li wieħed jippreżumi, b’mod indiskutibbli, li l-possibbiltajiet ta’ rijabilitazzjoni ta’ persuna kkundannata huma l-iktar għolja fl-uniku pajjiż li tiegħu l-persuna għandha ċ-ċittadinanza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (punt 51).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk l-iskop tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-piena jidher li huwa regola favur l-ugwaljanza li bħala tali, hija inerenti fl-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nenfasizza li f’dan il-każ differenza fit-trattament bejn iċ-ċittadini Finlandiżi u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirresjedu fil-Finlandja ma tistax tiġi ġġustifikata bl-għan li tiġi evitata l-impunità ta’ persuni li jkunu wettqu reat, kif enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżekuzzjoni fit-territorju Finlandiż tal-piena mogħtija fir-Russja fir-rigward ta’ D. Raugevicius tidher possibbli għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, tali possibbiltà donnha tirriżulta mir-regoli li jinsabu fil-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-<DATE ISO="19830321">21 ta’ Marzu 1983</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039">
Ara b’analoġija, għal teħid inkunsiderazzjoni ta’ din il-konvenzjoni sabiex tiġi stabbilita l-possibbiltà li Stat Membru jeżegwixxi piena mogħtija fi Stat Membru ieħor, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Konformement ma’ dak indikat fil-preambolu tagħha, din il-konvenzjoni tistabbilixxi kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam kriminali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għandha sservi l-interessi tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuni kkundannati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fost il-kundizzjonijiet tat-trasferiment, l-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati jipprovdi dik li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>l-persuna kkundannata għandha tkun ċittadina tal-Istat ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skont l-Artikolu 3(4) ta’ din il-konvenzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[k]walunkwe Stat jista’, fi kwalunkwe mument, permezz ta’ dikjarazzjoni indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, jiddefinixxi, sa fejn jikkonċerna lilu, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ċittadin<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> għall-finijiet ta’ din il-konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040">
F’dan ir-rigward, ir-Rapport ta’ Spjega tal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati jindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[d]in il-possibbiltà, korrispondenti għal dik prevista mill-Artikolu 6[(1)(b)] tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, għandha tiġi interpretata f’sens wiesa’: hija tippermetti lill-Istati kontraenti jestendu l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal persuni oħra minbarra ċ-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>, fis-sens strett tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tan-nazzjonalità tal-Istat ikkonċernat, pereżempju għal persuni mingħajr stat jew ċittadini ta’ Stati oħra iżda li għandhom għeruq fil-pajjiż għaliex huma residenti permanenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (p. 4, § 20).
</NOTE>. Issa permezz ta’ dikjarazzjoni ppreżentata fid‑<DATE ISO="19870129">29 ta’ Jannar 1987</DATE>, ir-Repubblika tal-Finlandja indikat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[s]kont l-Artikolu 3(4), [hija] testendi t-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ċittadin<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> għal ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u <HT TYPE="ITALIC">għal barranin li għandhom id-domiċilju fl-Istat ta’ eżekuzzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041">
Korsiv miżjud minni. L-eżistenza ta’ tali dikjarazzjoni tqajmet mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Repubblika tal-Finlandja għażlet li testendi l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>barranin li għandhom id-domiċilju tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami tal-possibbiltà li tiġi eżegwita l-piena fil-Finlandja, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni ukoll, jekk ikun il-każ, il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati, tat‑<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042">
Fir-rigward tal-Protokoll dwar l-emenda tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati, tat-<DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, sa llum dan għadu ma daħalx fis-seħħ.
</NOTE>, li l-Artikolu 2 tiegħu jirrigwarda l-persuni li ħarbu mill-Istat ta’ kundanna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok u fi kwalunkwe każ, il-possibbiltà li tiġi eżegwita fit-territorju Finlandiż il-piena mogħtija fir-Russja fir-rigward ta’ D. Raugevicius tirriżulta mil-Liġi dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Eżekuzzjoni ta’ ċerti Sanzjonijiet Kriminali, li l-Artikolu 3 tagħha jipprovdi li piena mogħtija minn qorti ta’ Stat barrani tista’ tiġi eżegwita fil-Finlandja jekk il-kundanna tkun saret<?PAGE NO="13"?> <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u eżekuttiva fl-Istat li fih ingħatat u jekk l-Istat li fih ingħatat talabx dan jew tax il-kunsens tiegħu għal dan. Skont dan l-istess artikolu, piena ta’ priġunerija tista’ tiġi eżegwita fil-Finlandja jekk il-persuna kkundannata hija ċittadina Finlandiża jew ċittadina barranija residenti b’mod permanenti fil-Finlandja u l-persuna kkundannata tagħti l-kunsens tagħha għal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Mill-elementi preċedenti jirriżulta li sabiex jiġi żgurat l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuni li jkunu wettqu reat u dak li jikkonsisti fiż-żieda tal-opportunitajiet ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna rikjesta wara li tiġi skontata l-piena li għaliha din tal-aħħar tkun ġiet ikkundannata, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hemmx lok li jitqajjem mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, ispirat minn dak mibdi mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043">
<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, bejn l-Istat Membru mitlub u l-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità, li l-implimentazzjoni tiegħu fil-prattika hija kumplessa u li għandu konsegwenzi inċerti. Fil-fatt, fid-dawl tar-rabtiet li D. Raugevicius donnu għandu mal-Finlandja, ma jeżisti ebda interess, la mill-perspettiva tal-ġlieda kontra l-impunità u lanqas minn dik tal-integrazzjoni soċjali mill-ġdid, li tiġi inkorraġġuta l-eżekuzzjoni fil-Litwanja tal-piena imposta lilu. Huwa għalhekk li nikkunsidra li, f’dan il-kuntest, ma jidhirx li huwa neċessarju li l-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità jiġi informat sabiex jingħata l-opportunità li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew sabiex jiġu eżerċitati l-proċeduri kriminali jew sabiex tiġi eżegwita l-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Istat Membru li għandu jirrispondi għal talba għal estradizzjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu skont l-Artikoli 18 u 21 TFUE, juża l-istrumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali kollha li huwa għandu fil-qasam kriminali fir-rigward tal-Istat terz rikjedent sabiex jikseb il-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex il-piena ta’ priġunerija imposta fuq il-persuna kkonċernata tiġi eżegwita fit-territorju tiegħu, jekk ikun il-każ wara li tiġi addattata skont il-piena prevista mil-leġiżlazzjoni kriminali għal reat tal-istess natura. B’din it-tip ta’ kooperazzjoni mal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni sabiex jeżegwixxi l-piena fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru mitlub jaġixxi b’mod li jippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ movement liberu billi jevita, sa fejn huwa possibbli, ir-riskju li fin-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-piena, ir-reat li ta lok għall-kundanna jibqa’ mingħajr sanzjoni. Billi jaġixxi b’dan il-mod, l-Istat Membru mitlub jiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna kkundannata, ladarba l-piena tiġi skontata. Għalhekk, jidhirli li huwa fundamentali li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan intiż sabiex jiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid b’mod konkomitanti għal dak intiż sabiex jiġġieled kontra l-impunità, billi tingħata prijorità lis-soluzzjoni xierqa sabiex jintlaħqu dawn iż-żewġ għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-qosor, fil-verifika tal-punt dwar jekk miżuri alternattivi li jippreġudikaw inqas il-moviment liberu ta’ ċittadin tal-Unjoni minn estradizzjoni ta’ dan tal-aħħar, jippermettux li jintlaħaq b’mod effikaċi l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuni li jkunu wettqu reat, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni għan ieħor, fundamentali wkoll fid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri dak intiż sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid ta’ persuni kkundannati. F’din il-perspettiva, kif ġustament irrilevat il-Kummissjoni, hija ma għandhiex teżamina biss il-forom ta’ kooperazzjoni interna fil-qasam kriminali fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni iżda wkoll il-forom ta’ kooperazzjoni fil-qasam kriminali bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk li ġew konklużi fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom l-Unjoni kkoperat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Finalment inżid li deċiżjoni tal-awtoritajiet Finlandiżi li tirrifjuta li tilqa’ talba għal estradizzjoni magħmula mill-Federazzjoni Russa ma tistax titqies li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif indikajt preċedentement, l-Artikolu 6(1)(a) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni jippermetti lir-Repubblika tal-Finlandja tirrifjuta l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħha stess. Hemm lok li jiġi enfasizzat li skont il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 6(1)(b) ta’ din l-istess konvenzjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja għażlet li tiddefinixxi f’dikjarazzjoni t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-imsemmija konvenzjoni, bħala li jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>iċ-ċittadini tal-Finlandja, tad-Danimarka, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">kif ukoll il-barranin iddomiċiljati f’dawn l-Istati</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044">
Korsiv miżjud minni.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, din ix-xewqa ta’ ugwaljanza fir-rigward tal-protezzjoni mill-estradizzjoni espressa mir-Repubblika tal-Finlandja f’din id-dikjarazzjoni ma tistax, fir-rigward ta’ ċittadin tal-Unjoni bħal D. Raugevicius, tibqa’ mingħajr effett. L-Artikoli 18 u 21 TFUE jobbligaw lir-Repubblika tal-Finlandja tagħtiha l-effett sħiħ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Konsegwentement, inqis li l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta Stat Membru li fih jinsab ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, jiġi indirizzat talba għal estradizzjoni minn Stat terz għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija li ngħatat f’dak l-Istat, l-Istat Membru mitlub għandu l-obbligu li jeżamina jekk, fid-dawl tar-rabtiet tal-persuna kkundannata ma’ dan l-Istat, l-eżekuzzjoni tal-piena f’dan l-Istat Membru tkun ta’ natura li tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid ta’ din il-persuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045">
F’dan ir-rigward, l-Istat Membru mitlub jista’ jibbaża lilu nnifsu, b’analoġija, fuq il-kriterji elenkati fil-premessa 9 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Ara f’dan ir-rigward, Martufi, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Assessing the resilience of <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>social rehabilitation<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> as a rationale for transfer: A commentary on the aims of Framework Decision 2008/909/JHA<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, New Journal of European Criminal Law, Sage Publishing, New York, 2018, vol. 9, issue 1, p. 43 sa 61.
L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta Stat Membru li fih jinsab ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, jiġi indirizzat talba għal estradizzjoni minn Stat terz għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija li ngħatat f’dak l-Istat, l-Istat Membru mitlub għandu l-obbligu li jeżamina jekk, fid-dawl tar-rabtiet tal-persuna kkundannata ma’ dan l-Istat, l-eżekuzzjoni tal-piena f’dan l-Istat Membru tkun ta’ natura li tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid ta’ din il-persuna. Jekk dan huwa l-każ, l-imsemmi Stat Membru għandu jimplimenta l-istrumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali kollha li huwa għandu fil-qasam kriminali fir-rigward tal-Istat terz rikjedent sabiex jikseb il-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex il-piena inkwistjoni tiġi eżegwita fit-territorju tiegħu, jekk ikun il-każ wara li tiġi addattata skont il-piena prevista mil-leġiżlazzjoni kriminali għal reat tal-istess natura.
</NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>