|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5141 |
16.8.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11659 – BNPP CARDIF / NEUFLIZE VIE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5141)
1.
Fis-7 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas Cardif S.A. (“BNPP Cardif” jew “l-Akkwirent”, Franza), ikkontrollata minn BNP Paribas S.A., |
|
— |
Neuflise Vie S.A (“Neuflise Vie” jew “il-Mira”, Franza), ikkontrollata b’mod konġunt minn ABN Amro Bank N.V. u l-AXA Group. |
BNPP Cardif se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Neuflize Vie kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Il-BNPP Cardif ifassal, jiżviluppa u jikkummerċjalizza offerti ta’ tfaddil u protezzjoni biex jassigura lin-nies, il-proġetti tagħhom u l-assi tagħhom, |
|
— |
Neuflise Vie hija kumpanija inkorporata skont il-liġijiet ta’ Franza, u bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn ABN Amro Bank N.V. u l-AXA Group. Neuflise Vie hija attiva fil-provvista ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11659 - BNPP CARDIF / NEUFLIZE VIE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5141/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)