<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-174/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TJ0174</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:586">EU:T:2022:586</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>22</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220928">28.9.2022</DATE> – Kawża T‑174/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Agrofert vs Il‑Parlament</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20220928">28 ta’ Settembru 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati mal-investigazzjoni kontra l-ex Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka għal użu abbużiv tal-fondi Ewropej u kunflitti ta’ interessi potenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu</KEYWORD><KEYWORD>Tmiem parzjali tal-interess ġuridiku</KEYWORD><KEYWORD>Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑174/21,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agrofert, a.s</HT>., stabbilita fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn S. Sobolová, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn N. Görlitz, J.-C. Puffer u O. Hrstková Šolcová, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Ehrbar, M. Salyková u J. Hradil, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),</P><P>Komposta, matul deliberazzjonijiet, minn G. De Baere (Relatur), President, G. Steinfatt u S. Kingston, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA><VISA>fid-dawl tal-assenza ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta mressqa mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat min-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u peress li ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Agrofert, a.s., titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A (2019) 8551 C (D 300153) tal‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha huwa rrifjutalha l-aċċess għal żewġ dokumenti relatati mal-investigazzjoni kontra l-ex Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka għal użu abbużiv tal-fondi Ewropej u kunflitti ta’ interessi potenzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti hija kumpannija holding Ċeka li tikkontrolla iktar minn 230 kumpannija attiva f’diversi setturi tal-ekonomija, bħall-agrikoltura, il-produzzjoni tal-prodotti tal-ikel, l-industrija kimika jew il-media. Hija ġiet inizjalment ikkostitwita minn Andrej Babiš, li sar Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka fl‑2017 u baqa’ hekk sa Diċembru 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20200731">31 ta’ Lulju 2020</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat lill-Parlament talba għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha, ir-rikorrenti indikat li r-Riżoluzzjoni tal-Parlament 2019/2987 (RSP) tad‑<DATE ISO="20200619">19 ta’ Ġunju 2020</DATE> dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura fil-konfront tal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka dwar l-użu ħażin ta’ fondi tal-UE u kunflitti ta’ interess potenzjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="362" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, C 362, p. 37</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>riżoluzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), iddikjarat li A. Babiš kompla jikkontrolla l-grupp Agrofert wara li ġie maħtur bħala Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka. Fid-dawl ta’ din l-affermazzjoni ineżatta, ir-rikorrenti spjegat li xtaqet tkun taf is-sorsi u l-informazzjoni miżmuma mill-Parlament qabel l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapport dwar il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament fir-Repubblika Ċeka mis‑26 sat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>rapport dwar il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li jinkludi l-istess dikjarazzjoni. B’hekk hija talbet l-aċċess, l-ewwel, għad-dokumenti kollha miġbura jew użati mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bħala dokumenti ġustifikattivi insostenn tad-dikjarazzjoni li tgħid li l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, A. Babiš, kompla dejjem jikkontrolla l-grupp Agrofert u dikjarazzjonijiet oħra li jikkonċernaw lir-rikorrenti jew lill-grupp Agrofert li kienu jinsabu fir-rapport dwar il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni, it-tieni, għad-dokumenti kollha li ntużaw waqt il-preparazzjoni tal-proposta ta’ riżoluzzjoni tal-Parlament, tal‑<DATE ISO="20200615">15 ta’ Ġunju 2020</DATE>, dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kontra l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka dwar l-użu abbużiv ta’ fondi Ewropej u kunflitti ta’ interessi potenzjali u, it-tielet, għad-dokumenti kollha pprovduti jew mitluba mill-membri tal-Parlament jew mill-gruppi politiċi tal-Parlament fir-rigward tar-riżoluzzjoni jew tal-proposta ta’ riżoluzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200914">14 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-Parlament wieġeb għat-talba tar-rikorrenti. Minn naħa, huwa identifika ċertu numru ta’ dokumenti bħala li jikkorrispondu għal din it-talba u informa lir-rikorrenti li parti minn dawn id-dokumenti kienet aċċessibbli pubblikament. Min-naħa l-oħra, abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Parlament irrifjuta l-aċċess għal żewġ dokumenti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>dokumenti mitluba<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jiġifieri, l-ewwel, l-ittra tal-membru tal-Kummissjoni<?PAGE NO="3"?> Ewropea, G. Oettinger, lill-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, tad‑<DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, bir-referenza ARES (2018) 6120850 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ittra tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u, it-tieni, ir-rapport tal-awditjar finali tal-Kummissjoni, tad‑<DATE ISO="20191129">29 ta’ Novembru 2019</DATE>, bir-referenza ARES (2018) 6120850 dwar awditu dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fir-Repubblika Ċeka sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi konformement mal-Artikoli 72 sa 75 u 125 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 200, p. 140</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 66, p. 6</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="146" PAGE.FIRST="155" DATE.PUB="2022">ĠU 2022, L 146, p. 155</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>rapport tal-awditjar finali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20201009">9 ta’ Ottubru 2020</DATE>, irreġistrata mill-Parlament fit‑<DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-rikorrenti ippreżentat applikazzjoni konfermatorja intiża sbiex il-Parlament jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu. Hija tqis li l-ipproċessar tal-applikazzjoni inizjali tagħha ma kienx konformi mar-Regolament Nru 1049/2001. L-ewwel, hija qieset li l-lista tad-dokumenti identifikati mill-Parlament kienet inkompleta u, it-tieni, li r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament, qabelxejn, indika li d-dokumenti identifikati fid-deċiżjoni tiegħu tal‑<DATE ISO="20200914">14 ta’ Settembru 2020</DATE> kienu jikkostitwixxu d-dokumenti kollha fil-pussess tiegħu li jikkorrispondu għat-talba tar-rikorrenti. Il-Parlament sussegwentement ikkonferma r-rijfut ta’ aċċess tiegħu għad-dokumenti mitluba abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Parlament fakkar li, peress li l-Kummissjoni kienet l-awtur tad-dokumenti mitluba, huwa kien ikkonsultaha skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex jikseb l-opinjoni tagħha dwar żvelar possibbli ta’ dawn id-dokumenti. Il-Kummissjoni informat lill-Parlament li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jippreġudika investigazzjonijiet u awditi li jkunu għadhom għaddejja dwar kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjoni u jikkomprometti r-riżultati kollha tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Parlament ikkunsidra li d-dokumenti mitluba kienu ġew stabbiliti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ investigazzjoni li kienet għadha għaddejja dwar ksur possibbli, mir-Repubblika Ċeka, tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi u li l-iżvelar tagħhom kien jippreġudika l-għan ta’ din l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Minn naħa, il-Parlament indika li l-għan tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni huwa li jagħti l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt dan id-dritt u li jagħmel użu mid-drittijiet tad-difiża tiegħu kontra l-oġġezzjonijiet ifformulati mill-Kummissjoni. Huwa qies li l-Istat Membru kkonċernat kellu d-dritt li jistenna mill-Kummissjoni l-osservanza tal-kunfidenzjalità, u fin-nuqqas ta’ dan jista’ jirriżulta iktar diffiċli li jinbeda djalogu bejn il-Kummissjoni u dan l-Istat Membru intiż sabiex jintemm il-ksur allegat, sabiex ikun jista’ jkun hemm l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati proċeduri ġudizzjarji. Huwa kkunsidra li l-kunfidenzjalità kienet tiġġustifika rifjut ta’ aċċess għal dokumenti relatati ma’ investigazzjonijiet tal-Kummissjoni li setgħu possibbilment iwasslu għal proċedura ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Parlament irrileva li, kif dan kien indikat fir-riżoluzzjoni, l-investigaturi u l-partijiet interessati fl-investigazzjoni dehru li kienu mdawra minn klima ta’ theddid. Huwa qies li l-pubblikazzjoni prematura tad-dokumenti mitluba jkollha għalhekk impatt negattiv fuq il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-investigaturi u l-partijiet interessati, li jiġu esposti għal pressjonijiet addizzjonali min-naħa ta’ terzi, u tikkomprometti l-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq l-investigazzjoni tagħha bl-iktar mod effikaċi possibbli. Barra minn hekk, il-kwalità tal-informazzjoni li tista’ tinġabar mill-investigaturi tiġi wkoll kompromessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament qies li aċċess pubbliku għad-dokumenti mitluba jippreġudika l-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa rrileva li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, invokati minnha fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha, kienu jikkostitwixxu interess privat u mhux interess pubbliku superjuri. Huwa qies li ma ntweriex li, f’dan il-każ, interess pubbliku sabiex id-dokumenti mitluba jkunu aċċessibbli jipprevali fuq l-interess intiż għall-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il‑fatti sussegwenti għall‑preżentata ta’ dan ir‑rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20210423">23 ta’ April 2021</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat, fis-sit internet tagħha, ir-rapport tal-awditjar finali f’verżjoni fejn kienet tneħħiet id-data dwar il-funzjonament intern tal-fondi fiduċjarji AB Private Trust I u AB Private Trust II kif ukoll data personali tal-individwi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-sit internet tagħha, il-Kummissjoni indikat:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Wara l-adozzjoni tar-rapport tal-awditjar finali, sar progress sabiex jiġu kkjarifikati ċerti konklużjonijiet tal-awditu […], sabiex jiġu implimentati korrettament rakkomandazzjonijiet tal-awditjar […] jew sabiex tingħata tweġiba parzjali għal oħrajn. L-awtoritajiet Ċeki wettqu wkoll xi titjib fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll sabiex jitnaqqsu l-kunflitti ta’ interessi potenzjali tal-aġenti pubbliċi.</P><P>Fid-dawl tal-miżuri ta’ prekawzjoni meħuda mill-awtoritajiet tal-programm fuq it-talba tal-Kummissjoni, ebda spiża ma ġiet iddikjarata għall-operazzjonijiet affettwati mir-riżultati tal-awditu, u l-fondi tal-Unjoni jibqgħu protetti kontra r-riskji identifikati matul l-awditu.</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Disclaimer<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>: Bħala prinċipju, il-Kummissjoni ma tippubblikax ir-rapporti tal-awditjar tagħha u lanqas l-informazzjoni dwar l-awditu, ħlief f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali bħal dawk fejn it-trasparenza tal-informazzjoni tkun ta’ interess pubbliku importanti. Dan ir-rapport tal-awditjar finali huwa ppubblikat b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni ta’ ċerta informazzjoni, bħad-data personali jew is-sigrieti kummerċjali, konformement mar-Regolament Nru 1049/2001.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Parlament, sostnut mill-Kummissjoni, jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi, ibbażati, essenzjalment, fuq il-ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Parlament ma stabbilixxiex li l-kundizzjonijiet ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba kienu ġew osservati. It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Parlament ma ħax inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑talba għall‑irtirar mill‑proċess ta’ diversi dokumenti prodotti fl‑anness tar‑rikors</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li ċerti dokumenti li jidhru fl-Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors jiġu esklużi mill-proċess. Dan jirrigwarda l-abbozz tar-rapport tal-awditjar tal‑<DATE ISO="20190520">20 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-rapport tal-awditjar finali u l-ittra ta’ segwitu tal-awditu tat‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ittra ta’ segwitu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni tindika li ma awtorizzatx l-iżvelar sħiħ tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li s-sussidjarji tar-rikorrenti kellhom aċċess għal parti mill-ittra ta’ segwitu għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva nazzjonali dwar l-għoti ta’ sussidji. Il-Kummissjoni tindika li, fuq it-talba tal-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), hija aċċettat, fl‑<DATE ISO="20210204">4 ta’ Frar 2021</DATE>, li waħda mill-kumpanniji tal-grupp Agrofert ikollha aċċess għall-abbozz tar-rapport tal-awditjar u għar-rapport tal-awditjar finali, iżda biss għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja nazzjonali. Hija tirrileva li, fit‑<DATE ISO="20210423">23 ta’ April 2021</DATE>, hija ppubblikat ir-rapport tal-awditjar finali f’verżjoni li minnha tneħħiet data dwar il-funzjonament intern tal-fondi fiduċjarji AB Private Trust I u AB Private Trust II kif ukoll data personali tal-individwi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija tqis li ż-żamma ta’ dawn it-tliet dokumenti fil-proċess ta’ din il-kawża tippermetti lir-rikorrenti li tevita, minn naħa, l-obbligu ta’ kunfidenzjalità li hija kienet ifformulat waqt il-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti skont il-kooperazzjoni leali u, min-naħa l-oħra, il-proċedura ta’ talba għal aċċess għad-dokumenti prevista mir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-dokumenti li jinsabu fl-Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors huma dawk li ġew ippubblikati fil-media Ċeka u li għadhom jistgħu jiġu kkonsultati fl-internet. Għalhekk dawn ma humiex dokumenti li l-Kummissjoni kienet ikkomunikat taħt is-sistema ta’ kunfidenzjalità lir-rikorrenti jew lil waħda mis-sussidjarji tagħha, li pproduċew ukoll ir-rapport tal-awditjar finali kif ippubblikat fl-istampa fil-kuntest tar-rikorsi tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali rreġistrati bin-numri tal-Kawża T‑101/21 u T‑213/21.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-prinċipju li jipprevali fid-dritt tal-Unjoni huwa dak tal-evalwazzjoni libera tal-provi, li minnu jirriżulta li l-ammissibbiltà ta’ prova prodotta fi żmien utli tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qrati tal-Unjoni abbażi biss tal-fatt li din il-prova kienet inkisbet b’mod irregolari (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Qorti tal-Awdituri vs Pinxten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑130/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:782">EU:C:2021:782</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat li la l-fatt li d-dokumenti inkwistjoni jistgħu jkunu ta’ natura kunfidenzjali u lanqas il-fatt li dawn id-dokumenti setgħu nkisbu b’mod irregolari ma jipprekludu bħala prinċipju li jinżammu fil-proċess Fil-fatt, ma teżisti l-ebda dispożizzjoni li tipprevedi espliċitament il-projbizzjoni li jittieħdu inkunsiderazzjoni provi miksuba illegalment (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181108">8 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>QB vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑827/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:756">EU:T:2018:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-Kummissjoni ma awtorizzatx l-iżvelar tal-verżjonijiet sħaħ tad-dokumenti li jinsabu fl-Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel, sa fejn il-verżjonijiet ta’ dawn id-dokumenti huma dawk li ġew ippubblikati fl-internet mill-istampa Ċeka, ma huwiex stabbilit li r-rikorrenti kisbet dawn id-dokumenti illegalment. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax issostni li r-rikorrenti tipproduċihom bi ksur tal-obbligu ta’ kunfidenzjalità li jirriżulta mill-fatt li kienu ġew ikkomunikati lilha fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li n-natura kunfidenzjali ta’ dawn id-dokumenti, fi kwalunkwe każ, ġiet kompromessa minħabba din il-pubblikazzjoni fl-internet, b’tali mod li l-produzzjoni tagħhom fil-proċess ta’ din il-proċedura ma tippreġudikax b’xi mod ieħor l-imsemmija natura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dalli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑562/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:270">EU:T:2015:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni, sabiex issostni li ż-żamma ta’ dawn id-dokumenti fil-proċess ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi evitar tal-proċedura ta’ talba għal aċċess għad-dokumenti prevista mir-Regolament Nru 1049/2001, sempliċement issemmi d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑457/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:65">EU:C:2020:65</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Wagenknecht vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑350/20</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:635">EU:T:2020:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza invokata mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali qiesu li, billi jinvoka u billi jipproduċi, fil-kuntest ta’ rikors, parir legali mogħti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li jinkludi evalwazzjoni ġuridika fuq kwistjonijiet ta’ liġi rilevanti fir-rigward tas-suġġett tar-rikors, ir-rikorrent kellu l-intenzjoni li jikkonfronta lil din l-istituzzjoni b’dan il-parir legali fil-proċedura. Huma kkunsidraw li l-awtorizzazzjoni taż-żamma ta’ dan il-parir legali fil-proċess tal-kawża, filwaqt li l-iżvelar tiegħu ma kienx ġie awtorizzat mill-istituzzjoni kkonċernata, ikun ifisser li r-rikorrent ikun jista’ jevita l-proċedura ta’ talba għal aċċess għal tali dokument, stabbilita bir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, id-deċiżjonijiet iċċitati fil-punt 28 iktar ’il fuq, kienu jikkonċernaw il-produzzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, ta’ parir maħruġ mis-servizz legali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, jiġifieri ta’ dokument intiż għal użu intern. Min-naħa l-oħra, f’dawn is-sentenzi, il-ġustifikazzjoni tar-rifjut li d-dokument jiġi inkluż fil-proċess kienet ibbażata<?PAGE NO="7"?> fuq il-fatt li l-istituzzjoni inkwistjoni kellha tieħu pożizzjoni pubblikament dwar il-kontenut ta’ dan id-dokument fil-kuntest ta’ rikors, li jista’ jikkomprometti l-interess tal-istituzzjonijiet li jitolbu pariri legali u li jirċievu pariri sinċieri, oġġettivi u kompleti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li din il-ġurisprudenza ma hijiex applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan il-każ, id-dokumenti prodotti fl-Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors la huma dokumenti interni tal-Parlament u lanqas tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, peress li s-suġġett ta’ dan ir-rikors jikkonċerna l-legalità tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti, dan il-każ ma jikkonċernax li l-Parlament jew il-Kummissjoni jintalbu jieħdu pożizzjoni dwar il-kontenut tad-dokumenti prodotti fl-Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors, jiġifieri dwar l-awditu mwettaq minn din tal-aħħar jew dwar l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interessi fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tal-Kummissjoni intiża sabiex id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti, bħala Annessi A.10 sa A.12 tar-rikors, jitneħħew mill-proċess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑telf parzjali ta’ interess ġuridiku tar‑rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija żżomm interess ġuridiku anki wara l-pubblikazzjoni parzjali tar-rapport tal-awditjar finali, peress li din iċ-ċirkustanza ma tinfluwenzax il-kwistjoni dwar jekk il-Parlament kienx adotta d-deċiżjoni kkontestata konformement mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Skont il-ġurisprudenza, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-istituzzjoni kkonċernata ssodisfat l-obbligu tagħha li tagħti l-aċċess għal dokument minħabba s-sempliċi fatt li dan id-dokument kien ġie żvelat minn terz. Ir-rikorrenti tirrileva wkoll li l-Kummissjoni ppubblikat biss parti mir-rapport tal-awditjar finali u mhux il-verżjoni sħiħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Parlament jirrileva li, wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport tal-awditjar finali, tqum il-kwistjoni dwar jekk ir-rikorrenti għadx għandha interess ġuridiku sa fejn it-talba għal annullament tagħha tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għal dan ir-rapport u tindika li qiegħda tirreferi ruħha għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Huwa jżid li l-ġurisprudenza ċċitata mir-rikorrenti ma hijiex rilevanti sa fejn, f’dan il-każ, ir-rapport tal-awditjar finali kien ġie ppubblikat mill-awtur tiegħu, jiġifieri mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-pubblikazzjoni parzjali tar-rapport tal-awditjar finali hija konformi mal-għanijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 u ċċaħħad l-ewwel motiv mill-għan tiegħu f’dak li jirrigwarda dan ir-rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti kellha interess ġuridiku meta ppreżentat dan ir-rikors fil‑<DATE ISO="20210331">31 ta’ Marzu 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors, fit‑<DATE ISO="20210423">23 ta’ April 2021</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat, fis-sit internet tagħha, ir-rapport tal-awditjar finali f’verżjoni li fiha tneħħiet data dwar il-funzjonament intern tal-fondi fiduċjarji AB Private Trust I u AB Private Trust II kif ukoll data personali tal-individwi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu, fid-dawl tas-suġġett tar-rikors, jeżisti fl-istadju tal-preżentata tiegħu, taħt piena ta’ inammissibbiltà. Dan is-suġġett tat-tilwima għandu jippersisti, bl-istess mod bħall-interess ġuridiku, sakemm tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja, taħt piena li ma jkunx hemm<?PAGE NO="8"?> lok li tingħata deċiżjoni, li jippreżumi li r-rikors ikun jista’, bl-eżitu tiegħu, ikun ta’ benefiċċju għall-parti li tkun ippreżentatu (ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:330">EU:C:2020:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Leino-Sandberg vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑761/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:52">EU:C:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk ir-rapport tal-awditjar finali kien ġie ppubblikat mill-Kummissjoni f’verżjoni li minnha tneħħew xi partijiet, id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx irtirata formalment mill-Parlament, b’tali mod li t-tilwima, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, żammet is-suġġett tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Leino-Sandberg vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑761/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:52">EU:C:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li, minħabba din il-pubblikazzjoni, ir-rikorrenti tilfet l-interess tagħha li titlob l-annullament tar-rifjut tal-Parlament ta’ aċċess għal dan id-dokument, ibbażat fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali fl-internet, il-Kummissjoni għamlet dan id-dokument aċċessibbli għall-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, konformement mal-premessa 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1049/2001 jirrifletti r-rieda li tinħoloq unjoni li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu bl-ikbar osservanza possibbli tal-prinċipju ta’ ftuħ u b’mod kemm jista’ jkun qrib taċ-ċittadini. Hekk kif tfakkar il-premessa 2 tal-imsemmi regolament, id-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huwa marbut man-natura demokratika ta’ dawn tal-aħħar (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>De Capitani vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑540/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:167">EU:T:2018:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ir-Regolament Nru 1049/2001 għandu bħala għan li jagħti dritt ta’ aċċess lill-pubbliku inġenerali għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u mhux li jistipula regoli intiżi sabiex jipproteġu l-interess speċifiku li persuna jista’ jkollha sabiex taċċedi għal wieħed minnhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan jirriżulta, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mill-Artikolu 2(1), mill-Artikolu 6(1) u mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll mit-titolu u mill-premessi 4 u 11 ta’ dan ir-regolament. L-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-fatt tiggarantixxi indistintament id-dritt ta’ aċċess lil kull ċittadin tal-Unjoni u lil kull persuna fiżika jew ġuridika residenti jew li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru, filwaqt li t-tieni waħda tispeċifika f’dan ir-rigward li l-applikant ma huwiex obbligat li jiġġustifika l-applikazzjoni tiegħu. It-tielet waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tipprovdi li l-istituzzjonijiet sa fejn possibbli jagħmlu d-dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>direttament<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> aċċessibbli lill-pubbliku f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru. It-titolu tal-istess regolament kif ukoll il-premessi 4 u 11 tiegħu jenfasizzaw ukoll li dan ir-regolament għandu l-għan li jirrendi d-dokumenti tal-istituzzjonijiet aċċessibbli għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-benefiċjarji tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat f’Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Minn dan jirriżulta li dan ir-regolament huwa intiż sabiex jiggarantixxi l-aċċess ta’ kulħadd għad-dokumenti u mhux biss l-aċċess tal-applikant għad-dokumenti li jirrigwardawh (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>,<?PAGE NO="9"?> <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Technion u Technion Research &amp; Development Foundation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑480/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:272">EU:T:2015:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali, ir-rifjut tal-Parlament ta’ aċċess għal dan id-dokument abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma għandux iktar effett sa fejn l-awtur tad-dokument, il-Kummissjoni, ikun iddeċieda li jirrendih aċċessibbli għall-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Parlament ikun irrifjuta l-aċċess għar-rapport tal-awditjar finali, dan tal-aħħar, f’deċiżjoni ġdida li tiddeċiedi dwar it-talba għal aċċess tar-rikorrenti, jista’ jikkonstata biss li dan id-dokument ikun sar pubbliku minħabba l-pubblikazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. Issa, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrenti għar-rapport tal-awditjar finali, ma jwassal għal ebda konsegwenza addizzjonali fir-rigward tal-iżvelar ta’ dan id-dokument u ma jistax jagħti benefiċċju lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma ppubblikatx il-verżjoni sħiħa tar-rapport tal-awditjar finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li applikazzjoni għal aċċess għal dokument abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha l-effett li tagħmel dan id-dokument aċċessibbli għall-pubbliku u għalhekk tista’ twassal biss għall-iżvelar tal-verżjoni pubblika ta’ dan id-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni, meta ppubblikat ir-rapport tal-awditjar finali fis-sit internet tagħha, indikat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[i]r-rapport tal-awditjar finali għandu jiġi ppubblikat b’kont meħud tar-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni ta’ ċerta informazzjoni, bħad-data personali jew is-sigrieti kummerċjali, konformement mar-Regolament Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħmilx aċċessibbli għall-pubbliku ċerta data li tinsab fir-rapport tal-awditjar finali ma hijiex ibbażata fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Parlament irrifjuta l-aċċess għar-rapport tal-awditjar finali abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax ikollu l-effett li jagħmel din id-data pubblika. Peress li l-Parlament ma huwiex l-awtur tar-rapport tal-awditjar finali, dan ma jistax imur lil hinn mill-iżvelar mogħti mill-Kummissjoni, awtur ta’ dan id-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti kisbet, minħabba l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali, l-uniku benefiċċju li r-rikors tagħha, sa fejn jirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għal dan id-dokument abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, seta’ jagħtiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, sabiex tistabbilixxi l-persistenza tal-interess tagħha li tikseb l-annullament tar-rifjut ta’ aċċess għar-rapport tal-awditjar finali, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka utilment il-punt 45 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Leino-Sandberg vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑761/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:52">EU:C:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ma jistax jitqies li l-istituzzjoni kkonċernata tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tagħti l-aċċess għal dokument minħabba s-sempliċi fatt li dan id-dokument ikun ġie żvelat minn terz u li l-applikant ikun sar jaf bih<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-ġurisprudenza ma hijiex applikabbli f’dan il-każ, sa fejn l-iżvelar tar-rapport tal-awditjar finali jirriżulta mill-pubblikazzjoni tiegħu fl-internet mill-Kummissjoni, jiġifieri l-istituzzjoni li hija l-awtur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-fatt li r-rikorrenti għażlet li titlob l-aċċess għar-rapport tal-awditjar finali lill-Parlament u mhux lill-istituzzjoni li hija l-awtur tiegħu ma jistax iwassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument mill-Kummissjoni tikkostitwixxi żvelar minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>terz<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 46 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Leino-Sandberg vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑761/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:52">EU:C:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokat mir-rikorrenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, kuntarjament għas-sitwazzjoni li fiha l-istituzzjoni kkonċernata tkun hija stess żvelat dokument, li jippermetti għaldaqstant lill-applikant li jsir jaf bih u li jagħmel użu minnu b’mod legali filwaqt li jkun żgurat min-natura eżawrjenti u mill-integrità ta’ dan id-dokument, dokument żvelat minn terz ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi dokument uffiċjali jew bħala li jesprimi l-pożizzjoni uffiċjali ta’ istituzzjoni fl-assenza ta’ approvazzjoni univokali ta’ din l-istituzzjoni li tgħid li dak li nġabar tassew joriġina minnha u jesprimi l-pożizzjoni uffiċjali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, f’sitwazzjoni fejn ir-rikorrenti kienet kisbet unikament aċċess għad-dokument ikkontestat żvelat minn terz u fejn il-Parlament kompla jirrifjutalha l-aċċess għad-dokument mitlub, ma setax jitqies li kienet kisbet l-aċċess għal dan l-aħħar dokument, fis-sens tar-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas, għaldaqstant, li kienet tilfet l-interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sempliċement minħabba dan l-iżvelar. Bil-kontra, f’tali sitwazzjoni, ir-rikorrenti żammet interess reali li tikseb l-aċċess għal verżjoni awtentikata tad-dokument mitlub, fis-sens tal-Artikolu 10(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, li jiggarantixxi li din l-istituzzjoni kienet l-awtur tiegħu u li dan id-dokument esprima l-pożizzjoni uffiċjali tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Leino-Sandberg vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑761/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:52">EU:C:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali mill-Kummissjoni, li hija l-awtur tiegħu, tiggarantixxi li r-rikorrenti kellha aċċess għall-verżjoni awtentikata tad-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Isegwi li, peress li r-rikorrenti ma għandhiex iktar interess ġuridiku fir-rigward tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Parlament irrifjuta l-aċċess għar-rapport tal-awditjar finali, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan ir-rikors għandu jiġi analizzat bħala talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Parlament irrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għall-ittra tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq il‑ksur tat‑tielet inċiż tal‑Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il‑Parlament ma stabbilixxiex li l‑kundizzjonijiet ta’ rifjut ta’ aċċess għall‑ittra tal‑Kummissjoni kienu osservati</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma setax jibbaża r-rifjut tiegħu ta’ aċċess għall-ittra tal-Kummissjoni fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi jsostni li l-iżvelar tagħha jippreġudika l-għan tal-investigazzjoni li tkun għadha għaddejja, sa fejn, l-ewwel, l-investigazzjoni ta’ awditu kienet diġà laħqet l-għan tagħha u fejn, it-tieni, fi kwalunkwe każ, il-Parlament ma stabbilixxiex li l-iżvelar tagħha seta’ jippreġudika din l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li t-trasparenza tippermetti li tingħata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni iktar leġittimità, effikaċja u responsabbiltà fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni f’sistema demokratika. Għal dawn il-finijiet, l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li dan huwa intiż sabiex jagħti lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkun l-iktar wiesa’ possibbli. Mill-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi sistema ta’ eċċezzjonijiet f’dan ir-rigward, jirriżulta wkoll li dan id-dritt ta’ aċċess lanqas ma huwa suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Campbell vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑701/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:224">EU:T:2020:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li dawn l-eċċezzjonijiet jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, dawn għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Campbell vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑701/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:224">EU:T:2020:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fost l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti hemm dik stabbilita fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li bis-saħħa tagħha l-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-evalwazzjoni tal-fondatezza tal-applikazzjoni ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha ssir fid-dawl tal-fatti li kienu jeżistu fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti abbażi ta’ din l-eċċezzjoni. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata skont punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200206">6 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Compañía de Tranvías de la Coruña vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑485/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:35">EU:T:2020:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt‑36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-data tal‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE>, li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, hija l-unika waħda rilevanti f’dan il-każ fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kinitx iġġustifikata. Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali fis-sit internet tal-Kummissjoni, fit‑<DATE ISO="20210423">23 ta’ April 2021</DATE>, li saret wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma hijiex rilevanti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi l-argumenti tar-rikorrenti, imqajma fir-replika, fejn skont dawn il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar finali mill-Kummissjoni tikkonferma l-fondatezza tar-rikors tagħha, sa fejn din tal-aħħar ammettiet, permezz tal-iżvelar tar-rapport tal-awditjar finali, li ma kienx iktar possibbli li jiġu ppreġudikati l-għanijiet tal-attività tagħha ta’ investigazzjoni u ta’ awditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel parti, ibbażata fuq il‑fatt li l‑investigazzjoni kienet diġà laħqet l‑għan tagħha</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma setax jirrifjutalha l-aċċess għall-ittra tal-Kummissjoni għar-raġuni li l-iżvelar tagħha seta’ jippreġudika l-għanijiet tal-investigazzjoni li tkun għadha għaddejja, sa fejn l-investigazzjoni tal-awditu kienet diġà laħqet l-għan tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Hija tqis li l-investigazzjoni, imsemmija mill-Parlament, hija investigazzjoni tal-awditu miftuħa mid-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali u Urbana u mid-Direttorat Ġenerali tal-Impjieg, tal-Inklużjoni u tal-Affarijiet Soċjali tal-Kummissjoni li l-għan tagħhom huwa li tiġi kkontrollata l-konformità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fir-Repubblika Ċeka mal-kuntest ġuridiku dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, fid-data tal-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-ittra ta’ segwitu, il-proċedura ta’ investigazzjoni kienet intemmet, li ma setax iktar jiġi ppreġudikat it-twettiq tal-għanijiet tal-awditu u li l-eċċezzjoni għalhekk ma baqgħetx tapplika iktar. Ir-rikorrenti tindika li, skont din l-ittra ta’ segwitu, il-konklużjonijiet tal-awditu kienu ġew iċċarati, ċerti rakkomandazzjonijiet tal-awditu kienu ġew implimentati u oħrajn kienu għadhom miftuħa. Hija ssostni li, f’din id-data, konformement mal-Artikolu 75(1) u (3) tar-Regolament Nru 1303/2013, il-Kummissjoni kienet żgurat ruħha bil-mod kif kienu jiffunzjonaw is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti mir-Repubblika Ċeka u kienet talbet lill-awtoritajiet Ċeki li jadottaw il-miżuri li hija kienet tqis neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-awditu għalhekk kien laħaq l-għan tiegħu, sa fejn ippermetta lill-Kummissjoni tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u tifformula r-rakkomandazzjonijiet tagħha. Din tal-aħħar indikat, f’ittra indirizzata lir-rikorrenti fit‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>f’dan l-istadju tal-proċedura, wara l-adozzjoni tar-rapport tal-awditjar finali, huma l-awtoritajiet ta’ programm [ta’ sussidju] ikkonċernati li għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Issa, skont ir-rikorrenti, l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-kuntest tal-awditu ma tistax titqies li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>investigazzjoni li għadha għaddejja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma tippermettix li jiġi inkluż fiha sempliċi kontroll tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet diġà adottati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 li, bħal kull eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, għandu jiġi interpretat u applikat strettament, ma huwiex intiż sabiex jipproteġi l-attivitajiet ta’ investigazzjoni bħala tali, iżda l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn dawn l-attivitajiet (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑344/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:250">EU:T:2017:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika biss jekk l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni jirriskja li jipperikola t-twettiq tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Toland vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:252">EU:T:2011:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ċertament, l-atti differenti ta’ investigazzjoni jew ta’ spezzjoni jistgħu jibqgħu koperti mill-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu, sa fejn l-attivitajiet ta’ investigazzjoni jew ta’ spezzjoni jkollhom segwitu, anki jekk l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni partikolari li jkunu taw lok għal rapport li għalih ġie mitlub aċċess, ikunu ntemmu (ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Toland vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:252">EU:T:2011:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, li jingħad li d-dokumenti differenti li kienu jikkonċernaw attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu huma koperti mill-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, tant illi s-segwitu li jingħata lil dawn il-proċeduri ma jkunux ġie stabbilit, iwassal biex jissuġġetta l‑aċċess għall-imsemmija dokumenti għal avveniment aleatorju, futur u possibbilment iktar ’il bogħod, skont il-ħeffa u d-diliġenza tal-awtoritajiet differenti. Tali sitwazzjoni tmur kontra l-għan ta’ garanzija ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti relatati ma’ irregolaritajiet possibbli mwettqa fil-ġestjoni tal-interessi finanzjarji, bil-għan li tingħata liċ-ċittadini l-possibbiltà li jikkontrollaw b’mod iktar effettiv il-legalità tal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika (ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Toland vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:252">EU:T:2011:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi vverifikat jekk, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kkontestata, kinux għadhom għaddejja attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ investigazzjoni, li setgħu jiġu pperikolati mill-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni, u jekk dawn l-attivitajiet seħħewx f’terminu raġonevoli (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Toland vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:252">EU:T:2011:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dawn id-dikjarazzjonijiet jirriżulta li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 tista’ tiġi ddikjarata applikabbli għal rapport tal-awditjar li l-iżvelar tiegħu jipperikola attivitajiet ta’ spezzjoni jew ta’ investigazzjoni li jseħħu, f’terminu raġonevoli, fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Toland vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:252">EU:T:2011:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament irrileva li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[w]ara li l-investigazzjoni [kienet] qed issir, diversi atti ta’ investigazzjoni, bħal awditu partikolari li ta lok għal rapport tal-awditjar, [setgħu] jibqgħu jibqgħu koperti minn din l-eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Il-Parlament ikkunsidra li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[i]d-dokumenti inkwistjoni [kienu] tfasslu mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ investigazzjoni li tkun għadha għaddejja dwar ksur possibbli, mir-Repubblika Ċeka, tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-iżvelar pubbliku ta’ dawn id-dokumenti jikkomprometti l-għan ta’ din l-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni wettqet l-awditu dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fir-Repubblika Ċeka sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1303/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1303/2013 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża awditi mwettqa minn organi tal-Unjoni, li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew sistemi ta’ kontroll u ta’ ġestjoni konformi ma’ dan ir-regolament u mar-regoli speċifiċi ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Fondi ESI<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), u li dawn is-sistemi joperaw b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Skont l-Artikolu 75(2) ta’ dan ir-regolament, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jistgħu jwettqu awditi li jistgħu jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ programm jew ta’ parti ta’ programm, tal-operazzjonijiet u dwar l-evalwazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet jew tal-programmi. Skont l-Artikolu 75(3) tal-istess regolament,<?PAGE NO="14"?> il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-tħaddim effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tiegħu jew il-korrettezza tan-nefqa skont ir-regoli speċifiċi tal-Fondi ESI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 144 tar-Regolament Nru 1303/2013, li jistabbilixxi l-kriterji applikabbli għall-korrezzjonijiet finanzjarji, jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji, billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew parti minnha fi programm operattiv meta, wara li jkun twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li jeżisti nuqqas gravi fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni jew ta’ kontroll tal-programm operattiv li pperikola l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tkun diġà tħallset lill-programm operattiv. Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 145 tar-Regolament Nru 1303/2013, qabel ma tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji tal-eżami tagħha u billi tistiednu biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu f’terminu ta’ xahrejn. Dan l-artikolu jiddeskrivi l-proċedura ta’ djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru u jipprevedi, b’mod partikolari fil-paragrafu 4 tiegħu, li meta l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, hija għandha tistieden lill-Istat Membru għal seduta ta’ smigħ sabiex jiżgura ruħu li l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha rilevanti jkunu disponibbli bħala bażi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, l-Artikolu 145(6) tal-istess regolament jipprovdi li, sabiex tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data tas-seduta ta’ smigħ, jew mid-data tal-wasla ta’ informazzjoni addizzjonali meta l-Istat Membru jaqbel li jissottometti din l-informazzjoni addizzjonali wara s-seduta ta’ smigħ u għandha tqis l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha ppreżentati matul il-proċedura. Barra minn hekk, l-Artikolu 145(7) tar-Regolament Nru 1303/2013 jipprevedi b’mod partikolari li meta l-Kummissjoni, filwaqt li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 75 tal-istess regolament, tidentifika irregolaritajiet li jagħtu xhieda ta’ nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta minn dan għandha tnaqqas l-appoġġ mogħti mill-Fondi ESI għall-programm operattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tiżbalja meta ssostni li l-għan tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1303/2013 intlaħaq bl-adozzjoni tal-ittra ta’ segwitu, sa fejn il-Kummissjoni żgurat ruħha bil-mod kif jiffunzjonaw is-sistemi ta’ kontroll u ta’ ġestjoni fir-Repubblika Ċeka u sa fejn hija talbet lill-awtoritajiet Ċeki sabiex jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw dan il-funzjonament. Fil-fatt, l-għan tal-awditu inkwistjoni, imwettaq abbażi ta’ dan l-artikolu, huwa għall-Kummissjoni li tiżgura ruħha bil-konformità tas-sistemi ta’ kontroll u ta’ ġestjoni eżistenti fir-Repubblika Ċeka mad-dritt tal-Unjoni u, għal dan il-għan, hija tista’ titlob lill-awtoritajiet Ċeki li jieħdu l-miżuri neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Kif jirrileva l-Parlament, l-għan ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni ma jistax ikun limitat biss għall-analiżi, mill-Kummissjoni, tas-sistemi stabbiliti mir-Repubblika Ċeka. Fil-fatt, l-implimentazzjoni mill-Istat tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-awditu tikkostitwixxi stadju għat-twettiq tal-għan tal-investigazzjoni, intiż sabiex tiġi żgurata l-konformità tas-sistemi ta’ kontroll u ta’ ġestjoni ta’ Stat Membru mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 80 u 81 iktar ’il fuq u mill-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 1303/2013 jirriżulta li t-tfassil ta’ rapport tal-awditjar finali u t-trażmissjoni ta’ dan ir-rapport, li jinkludi rakkomandazzjonijiet relatati ma’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu,<?PAGE NO="15"?> itemmu biss stadju tal-proċedura, jiġifieri l-fażi ta’ awditu, u jiftħu fażi ta’ skambji mal-Istat Membru kkonċernat dwar azzjonijiet inkwistjoni (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190916">16 ta’ Settembru 2019</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Polonja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:628">EU:T:2019:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Din il-fażi ta’ skambji għandha l-għan li tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat li jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tista’ tbiddel l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-awditjar finali, li jieħu, jekk ikun il-każ, l-azzjonijiet irrakkomandati mill-Kummissjoni, jew inkella li jipproponi azzjonijiet alternattivi (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190916">16 ta’ Settembru 2019</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Polonja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:628">EU:T:2019:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tapplika wkoll għall-ittra ta’ segwitu li fiha l-Kummissjoni tiżgura s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditjar finali u li tiftaħ ukoll fażi ta’ skambji mal-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti tirrikonoxxi li, fl-ittra ta’ segwitu, ċerti rakkomandazzjonijiet baqgħu miftuħa. Għaldaqstant, fid-data tal-adozzjoni tal-ittra ta’ segwitu, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditjar finali li kienu għadhom miftuħa, l-awtoritajiet Ċeki xorta setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-għan li jwieġbu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 73 u 74 iktar ’il fuq, il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni żgurata mill-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 la tintlaħaq bl-adozzjoni tar-rapport tal-awditjar finali u lanqas bl-adozzjoni tal-ittra ta’ segwitu tal-Kummissjoni. Il-fażi ta’ skambji mal-Istat Membru dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni li jibqgħu miftuħa tagħmel parti mill-attivitajiet ta’ investigazzjonijiet koperti minn din l-eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li huwa żbaljat li r-rikorrenti ssostni, minn naħa, li l-awditu kien laħaq l-għan tiegħu minħabba l-fatt li l-Kummissjoni kienet ippreżentat il-konklużjonijiet tagħha u fformulat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fl-ittra ta’ segwitu u, min-naħa l-oħra, li l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet Ċeki tar-rakkomandazzjonijiet, li jidhru fir-rapport tal-awditjar finali u fl-ittra ta’ segwitu, kif ukoll il-kontroll mill-Kummissjoni ta’ din l-implimentazzjoni, ma jagħmlux parti mill-investigazzjoni li tkun għadha għaddejja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrenti ma tistax issostni li, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-ittra ta’ segwitu, l-awditu kien laħaq l-għan tiegħu u ma kienx għadu jikkostitwixxi investigazzjoni li tkun għadha għaddejja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-kunsiderazzjoni li l-proċedura ta’ awditu prevista fl-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1303/2013 tinkludi numru preċedentement mhux iddefinit ta’ skambji bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, li jkomplu sakemm il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-awditjar ikunu jistgħu jiġu emendati, ikollha l-konsegwenza li l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni jkun suġġett għall-eżistenza ta’ avveniment aleatorju, futur u potenzjalment imbiegħed ħafna, dipendenti fuq id-diliġenza tal-awtoritajiet ikkonċernati. Hija ssostni li t-twettiq tad-djalogu bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni ma huwiex ifformalizzat mir-Regolament Nru 1303/2013 u jiddependi mir-rieda tal-Kummissjoni. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 75 iktar ’il fuq, din l-interpretazzjoni illimitata tal-kunċett ta’ awditu tmur kontra l-għan tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Parlament huwa ġġustifikat li jinvoka l-preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, ta’ spezzjoni u ta’ awditu sabiex jirrifjuta l-iżvelar ta’ dokumenti li jikkonċernaw investigazzjoni meta din tkun għadha għaddejja jew tkun għadha kemm ingħalqet u li, f’dan l-aħħar każ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu għadhom ma ddeċidewx, f’terminu raġonevoli, dwar is-segwitu li għandu jingħata lir-rapport tal-investigazzjoni tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210901">1 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Homoki vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑517/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:529">EU:T:2021:529</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Ċeka l-ittra ta’ segwitu tat‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE> fil-verżjoni Ingliża tagħha u fit‑<DATE ISO="20201218">18 ta’ Diċembru 2020</DATE> fil-verżjoni Ċeka tagħha. Kif jindika l-Parlament u kif dan jirriżulta mill-ittra ta’ segwitu, it-terminu ta’ tliet xhur li kellhom l-awtoritajiet Ċeki sabiex iwieġbu għall-ittra ta’ segwitu beda meta ntbagħtet il-verżjoni Ċeka u għalhekk ma kienx skada fid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, fid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE>, peress li l-awtoritajiet Ċeki kienu għadhom ma ħadux pożizzjoni dwar l-ittra ta’ segwitu, l-għan ta’ investigazzjoni kien għadu ma ntlaħaqx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti ssostni b’mod żbaljat li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament ma setax jinvoka l-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-fatt li l-Parlament ma stabbilixxiex li l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni jista’ jippreġudika l-investigazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jitqies li l-investigazzjoni kienet għadha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għaddejja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, il-Parlament ma stabbilixxiex li l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni seta’ jippreġudika din l-investigazzjoni. Hija ssostni li, skont il-ġurisprudenza, il-fatt li dokument jikkonċerna attività ta’ investigazzjoni ma jistax fih innifsu jkun biżżejjed sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda li l-istituzzjoni għandha tipprovdi spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif l-aċċess għal dan id-dokument jimplika riskju raġonevolment prevedibbli li l-interess protett jiġi konkretament u effettivament ippreġudikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, konformement mal-konklużjoni li tinsab fil-punt 60 iktar ’il fuq, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar l-argumenti tar-rikorrenti dwar ir-rifjut ta’ aċċess għar-rapport tal-awditjar finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għall-ittra tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivokabbli r-raġunament tal-istituzzjoni jew tal-korp, awtur tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi<?PAGE NO="17"?> tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ kollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, sa fejn il-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att issodisfatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu iżda wkoll tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Bonnafous vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:120">EU:T:2020:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza wkoll stabbilita jirriżulta li, meta istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni li quddiemu titressaq talba għal aċċess għal dokument jiddeċiedu li jiċħdu din it-talba abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, huma għandhom, bħala prinċipju, jipprovdu spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn din l-eċċezzjoni, bir-riskju ta’ tali preġudizzju li għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201029">29 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:873">EU:C:2020:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem Group vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑569/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:628">EU:T:2021:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għalhekk hija l-istituzzjoni li tkun irrifjutat l-aċċess għal dokument li għandha tipprovdi motivazzjoni li tippermetti li jiġi mifhum u li jiġi vverifikat, minn naħa, jekk id-dokument mitlub effettivament jikkonċernax il-qasam kopert mill-eċċezzjoni invokata u, min-naħa l-oħra, jekk il-ħtieġa ta’ protezzjoni relattiva għal din l-eċċezzjoni hijiex reali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Bonnafous vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:120">EU:T:2020:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għalkemm l-istituzzjoni kkonċernata hija obbligata li tesponi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni f’dan il-każ ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti mir-Regolament Nru 1049/2001, hija ma hijiex obbligata li tipprovdi informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex il-persuna li titlob l-aċċess tifhem ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha u għall-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Bonnafous vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑646/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:120">EU:T:2020:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta tweġiba tikkonferma, bħal f’dan il-każ, iċ-ċaħda ta’ talba abbażi tal-istess raġunijiet bħal dawk li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni inizjali ta’ ċaħda, għandha tiġi eżaminata n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni fid-dawl tal-iskambji bejn l-istituzzjoni u l-applikant, billi tittieħed inkunsiderazzjoni informazzjoni li l-applikant kellu għad-dispożizzjoni tiegħu dwar in-natura u l-kontenut tad-dokumenti mitluba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, <NAME.CASE>Kuijer vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑188/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:101">EU:T:2000:101</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma weriex l-eżistenza ta’ rabta rilevanti bejn l-ittra tal-Kummissjoni u l-investigazzjoni tal-awditu. Fid-dawl tal-fatt li la l-abbozz tar-rapport tal-awditjar, la r-rapport tal-awditjar finali, u lanqas l-ittra ta’ segwitu ma jirreferu għall-ittra tal-Kummissjoni, il-Parlament ma stabbilixxiex li r-riżultati tal-investigazzjoni tal-awditu jiddependu minn din l-ittra u huwa possibbli li jiġi preżunt li din l-ittra ma għandha l-ebda rabta mal-investigazzjoni tal-awditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel, għandu jitfakkar li l-ittra mitluba hija ittra tal-membru tal-Kummissjoni, G. Oettinger, inkarigat b’mod partikolari mill-baġit, indirizzata lill-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, li ġiet identifikata, bi tweġiba għat-talba għal aċċess tar-rikorrenti, mill-Parlament bħala li tagħmel parti mid-dokumenti relatati mal-investigazzjoni kontra l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka għal użu abbużiv ta’ fondi Ewropej u kunflitti ta’ interessi potenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>It-tieni, hemm lok li jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200914">14 ta’ Settembru 2020</DATE>, bi tweġiba għat-talba inizjali tar-rikorrenti, il-Parlament indika li, wara eżami tal-kontenut tagħha, din l-ittra kienet tikkonċerna investigazzjoni dwar l-interessi ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 60, p. 36</REF.DOC.OJ>), li jinkludi d-definizzjoni tal-kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>It-tielet, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament irrileva li l-Kummissjoni kienet informatu li l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni kien ser jippreġudika l-investigazzjonijiet u l-awditi li kienu għadhom għaddejjin fir-rigward tal-kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjoni. Huwa qies li sakemm l-investigazzjoni tkun għadha għaddejja, diversi atti ta’ investigazzjoni, bħal awditu partikolari li ta lok għal rapport tal-awditjar, setgħu jibqgħu koperti mill-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Huwa indika li l-ittra tal-Kummissjoni kienet tfasslet minn din tal-aħħar fil-kuntest ta’ investigazzjoni li kienet għadha għaddejja dwar ksur possibbli mir-Repubblika Ċeka tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għalhekk, kif jirrileva l-Parlament, minn dan jirriżulta li l-ittra tal-Kummissjoni kienet tirrigwarda l-istess suġġett bħall-investigazzjoni tal-awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Ir-raba’, għandu jiġi kkonstatat, kif tagħmel il-Kummissjoni, li l-korrispondenza ma’ G. Oettinger, membru tal-Kummissjoni, tissemma fir-rapport tal-awditjar finali kif ukoll fl-ittra ta’ segwitu bħala li tikkonċerna l-attivitajiet tal-Prim Ministru Ċek, A. Babiš, fil-kunsill Ċek għall-Fondi ESI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Issa, kif issostni r-rikorrenti, ir-rapport tal-awditjar finali u l-ittra ta’ segwitu kienu ġew ippubblikati fl-istampa Ċeka u kienu magħrufa lilha qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant hija ma tistax tallega li l-ittra tal-Kummissjoni ma kinitx imsemmija fir-rapport tal-awditjar finali u fl-ittra ta’ segwitu, dokumenti li hija, barra minn hekk, ipproduċiet fl-anness tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li dawn l-elementi kollha kienu suffiċjenti sabiex ir-rikorrenti tifhem li l-ittra tal-Kummissjoni kienet dokument relatat mal-investigazzjoni tal-awditu dwar ksur possibbli mill-Prim Ministru Ċek tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi u għalhekk hija ma tistax issostni insuffiċjenza ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tistax issostni b’mod utli li l-Parlament ma stabbilixxiex l-eżistenza ta’ rabta bejn l-ittra tal-Kummissjoni u l-investigazzjoni ta’ awditu billi ma weriex li r-riżultati tal-investigazzjoni tal-awditu kienu jiddependu minn din l-ittra. Fil-fatt, sabiex jistabbilixxi din ir-rabta, il-Parlament kellu juri biss li din l-ittra kienet tagħmel parti mid-dokumenti dwar l-attivitajiet tal-investigazzjoni li kienet għadha għaddejja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, peress li naqas milli jistabbilixxi rabta bejn l-ittra tal-Kummissjoni u l-investigazzjoni tal-awditu, il-Parlament ma stabbilixxiex l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli ta’ dannu konkret u effettiv għall-investigazzjoni tal-awditu permezz tal-iżvelar ta’ din l-ittra. Il-Parlament ma spjegax b’liema mod l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni jista’ jippreġudika l-awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>L-ewwel, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament iġġustifika r-rifjut ta’ aċċess għall-ittra tal-Kummissjoni għar-raġuni, b’mod partikolari, li l-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien li jagħti l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u li jagħmel użu mid-drittijiet tad-difiża tiegħu kontra oġġezzjonijiet ifformulati mill-Kummissjoni u li l-Istat Membru kellu d-dritt li jistenna mill-Kummissjoni l-osservanza tal-kunfidenzjalità, u fin-nuqqas ta’ dan, jista’ jkun iktar diffiċli li jinbeda djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru intiż li jintemm id-dritt allegat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan tal-investigazzjoni tal-awditu u b’mod partikolari tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ċeki dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-awditjar finali huwa li tippermetti lir-Repubblika Ċeka tikkonforma s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontrolli tagħha mad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi. Issa, sa fejn mill-analiżi tal-ewwel parti jirriżulta li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, dan id-djalogu kien għadu għaddej u fejn l-ittra tal-Kummissjoni tikkostitwixxi element ta’ din l-investigazzjoni, il-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjenti sabiex tiġi spjegata r-raġuni li għaliha l-iżvelar ta’ din l-ittra seta’ jippreġudika l-għan tal-investigazzjoni tal-awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirrileva l-Parlament, fid-dawl tal-involviment dirett tal-Prim Ministru Ċek, issuspettat li jinsab f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi, kien iktar u iktar importanti li tiġi osservata l-kunfidenzjalità tad-djalogu bejn dan tal-aħħar u l-membru tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat djalogu miftuħ fi spirtu ta’ kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>It-tieni, il-Parlament irrileva wkoll, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-investigaturi u l-partijiet interessati fl-investigazzjoni dehru li kienu mdawra minn klima ta’ theddid u li żvelar malajr tal-ittra tal-Kummissjoni jkollu effett negattiv fuq il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom u jikkomprometti l-kapaċità ta’ din tal-aħħar li twettaq bl-iktar mod effikaċi possibbli l-missjonijiet ta’ investigazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-interess protett mill-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ awditu, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa dak li jippermetti li l-awditi jitwettqu b’mod indipendenti u mingħajr pressjonijiet, kemm jekk dawn ikunu ġejjin mill-entità awditjata, minn entitajiet ikkonċernati oħra jew mill-pubbliku inġenerali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Technion u Technion Research &amp; Development Foundation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑480/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:272">EU:T:2015:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti tiżbalja meta ssostni li l-Parlament ma indikax b’mod suffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata, għal liema raġuni l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni jista’ jippreġudika b’mod konkret u effettiv l-għanijiet tal-investigazzjoni tal-awditjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, sa fejn l-abbozz tar-rapport tal-awditjar, ir-rapport tal-awditjar finali u l-ittra ta’ segwitu kienu ġew trażmessi fil-media Ċeka, rispettivament f’Ġunju 2019, f’Novembru 2019 u f’Diċembru 2020, l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni ma jwassalx għal theddida konkreta u effettiva għall-investigazzjoni tal-awditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Issa, sa fejn ir-rikorrenti tirrikonoxxi li l-ittra tal-Kummissjoni ma kinitx ġiet ippubblikata lanqas parzjalment u sa fejn il-kontenut ta’ din l-ittra ma huwiex riprodott fid-dokumenti ppubblikati fil-media Ċeka, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-argument ma jaffettwax il-kwistjoni dwar jekk din l-ittra kinitx koperta mill-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, fid-dawl b’mod partikolari tan-neċessità li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-djalogu bejn il-Prim Ministru Ċek u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjenti sabiex jinftiehem li l-ittra tal-Kummissjoni kienet taqa’ taħt l-investigazzjoni tal-awditjar u għalhekk kienet ikkonċernata mill-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u li, peress li din l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-ħtieġa ta’ protezzjoni relatata ma’ din l-eċċezzjoni kienet reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Isegwi li t-tieni parti għandha tiġi miċħuda u, għaldaqstant, l-ewwel motiv kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni motiv, ibbażat fuq il‑ksur tat‑tielet inċiż tal‑Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il‑Parlament ma ħax inkunsiderazzjoni l‑eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l‑iżvelar tal‑ittra tal‑Kummissjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jitqies li l-awditu kien ikkostitwixxa investigazzjoni li kienet għadha għaddejja li fiha l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni seta’ joħloq preġudizzju, il-Parlament ma setax jirrifjutalha l-aċċess għal dan id-dokument sa fejn kien jeżisti interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tiegħu fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrileva li l-Unjoni hija bbażata fuq ir-rispett tal-Istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tad-difiża. Fid-dawl tal-fatt li, fir-rapport dwar il-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni u fir-riżoluzzjoni, il-Parlament għamel akkużi serji dwar il-mod li bih il-grupp Agrofert huwa mmexxi, hija kellha tkun f’pożizzjoni li tanalizza d-dokumenti li fuqhom kienu bbażati dawn l-allegazzjonijiet u li topponihom. Il-Parlament kien obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti bħala persuna direttament u individwalment ikkonċernata minn dawn l-allegazzjonijiet. L-Istat tad-dritt, ibbażat fuq il-protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali, jista’ jinżamm biss permezz tar-rispett ta’ dawn id-drittijiet u libertajiet f’kull każ individwali u, għaldaqstant, l-interess tar-rikorrenti jikkostitwixxi interess pubbliku fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-parti li ssostni l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li għandha tinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem Group vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑569/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:628">EU:T:2021:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 45 iktar ’il fuq, ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż li jiggarantixxi l-aċċess għad-dokumenti kollha u mhux biss l-aċċess tal-applikant għad-dokumenti li jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-interess partikolari li jista’ jinvoka applikant għall-aċċess għal dokument li jikkonċernah personalment ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri fis-sens tal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 4(2)<?PAGE NO="21"?> tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Technion u Technion Research &amp; Development Foundation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑480/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:272">EU:T:2015:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>L-interess ġenerali sostnut mir-rikorrenti huwa parti mid-drittijiet tad-difiża. Huwa ċertament veru li l-eżistenza tad-drittijiet tad-difiża tippreżenta fiha nnifisha interess ġenerali. Madankollu, il-fatt li dawn id-drittijiet jimmanifestaw ruħhom f’dan il-każ mill-interess suġġettiv tar-rikorrenti li tiddefendi ruħha jimplika li l-interess li tinvoka r-rikorrenti ma huwiex interess ġenerali, iżda interess privat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Parlament ġustament qies, fid-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 128 sa 130 iktar ’il fuq, li d-drittijiet tad-difiża invokati mir-rikorrenti ma kinux jikkostitwixxu interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-ittra tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, il-kumplament tar-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali għandha tuża d-diskrezzjoni tagħha fid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż. F’dan il-każ, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali, issir evalwazzjoni ġusta jekk jiġi deċiż li r-rikorrenti għandha tbati wkoll l-ispejjeż relatati magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Konsegwentement, għandu jiġi deċiż li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2019) 8551 C (D 300153) tal‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE> sa fejn irrifjuta l-aċċess għar-rapport tal-awditjar finali tal-Kummissjoni, tad‑<DATE ISO="20191129">29 ta’ Novembru 2019</DATE>, bir-referenza ARES (2018) 6120850 dwar awditu dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fir-Repubblika Ċeka sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="22"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Agrofert a.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>De Baere</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Steinfatt</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kingston</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20220928">28 ta’ Settembru 2022</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>