<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-249/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0249</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:269">EU:C:2022:269</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C‑249/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fuhrmann-2</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti mill-bogħod konklużi elettronikament</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi ta’ informazzjoni imposti fuq il-kummerċjant</KEYWORD><KEYWORD>Attivazzjoni ta’ buttuna jew ta’ funzjoni simili intiża sabiex tgħaddi ordni b’obbligu ta’ pagament</KEYWORD><KEYWORD>Formulazzjoni ċara korrispondenti għal ‘ordni b’obbligu ta’ pagament’</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-formulazzjoni indikata fuq il-buttuna jew fuq il-funzjoni simili għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura korrispondenti ta’ tali formulazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑249/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Bottrop (il-Qorti Distrettwali ta’ Bottrop, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fuhrmann-2-GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">B.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukata Ġenerali: L. Medina,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Fuhrmann-2-GmbH, minn C. Ewen, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Rubene u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpetazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Fuhrmann-2-GmbH u, min-naħa l-oħra, B., dwar il-konklużjoni jew le ta’ kuntratt għal akkomodazzjoni li jorbot lil dawn iż-żewġ persuni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5, 7 u 39 tad-Direttiva 2011/83 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(4)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi, u l-libertà ta’ stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] [A]rmonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess f’kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċjanti għandhom ikunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b’mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta’ kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett ta’ tali armoniżżazzjoni għandu jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f’dan il-qasam. Dawk l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni. Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġi garantit li, fil-kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ siti web, il-konsumatur ikun jista’ jaqra u jifhem fit-totalità tagħhom l-elementi prinċipali tal-kuntratt qabel ma jagħmel l-ordni tiegħu. Għal dak il-għan, jeħtieġ li jiġi previst f’ din id-Direttiva li dawn l-elementi ikunu murija fil-viċinanza immedjata tal-konferma meħtieġa biex issir l-ordni. Huwa wkoll importanti li jiġi garantit li, f’tali sitwazzjonijiet, il-konsumatur ikun jista’ jiddetermina l-mument li fih jassumi l-obbligu li jħallas lill-kummerċjant. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-attenzjoni tal-konsumatur tinġibed b’mod speċifiku, permezz ta’ formulazzjoni inekwivokabbli, dwar il-fatt li meta ssir l-ordni dan jissarraf fl-obbligu li jitħallas il-kummerċjant.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>kuntratt mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u komprensibbli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>o)</NO.P><TXT>it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>p)</NO.P><TXT>fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-paragrafu 2 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Jekk kuntratt mill-bogħod li għandu jiġi konkluż b’mezzi elettroniċi jimponi lill-konsumatur l-obbligu li jħallas, il-kummerċjant jgħarrfu b’mod ċar u evidenti bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) punti (a), (e), (o) u (p), immedjatament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni.</ALINEA><ALINEA>Il-kummerċjant għandu jiggarantixxi li, meta ssir l-ordni, il-konsumatur jirrikonoxxi espliċitament li l-ordni timplika l-obbligu ta’ pagament. Jekk biex issir l-ordni jfisser li tiġi azzjonata buttuna jew funzjoni simili, il-buttuna jew il-funzjoni simili għandhom juru b’mod faċilment leġġibili l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> biss jew formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli li tindika li l-fatt li saret l-ordni jimplika obbligu li jsir pagament lill-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ma osservax dan is-subparagrafu, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt jew bl-ordni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 312j(3) u (4) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="312.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-kuntratti [mal-konsumatur permezz ta’ mezzi elettroniċi li jirrigwardaw servizz bi ħlas ipprovdut mill-kummerċjant], il-kummerċjant għandu jfassal l-istatus tal-ordni b’tali mod li l-konsumatur, meta jgħaddi l-ordni, jifhem espliċitament li huwa jkun qiegħed jissuġġetta ruħu għal obbligu ta’ pagament. Meta l-ordni tgħaddi meta wieħed jagħfas buttuna, l-obbligu tal-kummerċjant indikat fl-ewwel sentenza huwa ssodisfatt biss meta l-buttuna jkollha biss l-indikazzjoni li tinqara faċilment ‘ordni b’obbligu ta’ pagament’ jew formulazzjoni ċara korrispendenti.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="312.004"><NO.PARAG>“(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratti [mal-konsumatur permezz ta’ mezzi elettroniċi li jirrigwardaw servizz bi ħlas ipprovdut mill-kummerċjant] huma konklużi biss jekk il-kummerċjant jissodisfa l-obbligu impost fuqu skont il-paragrafu 3.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fuhrmann 2 hija kumpanija rregolata bid-dritt Ġermaniż li hija proprjetarja tal-lukanda Goldener Anker fi Krummhörn-Greetsiel (il-Ġermanja). Il-kmamar ta’ din il-lukanda jistgħu, fost affarijiet oħra, jinkrew permezz tas-sit internet www.booking.com, li huwa pjattaforma ta’ riżervazzjoni, fost affarijiet oħra, ta’ akkomodazzjoni online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, B., li huwa l-konsumatur, ikkonsulta dan is-sit internet sabiex ifittex kmamar ta’ lukanda fi Krummhörn-Greetsiel bejn it‑<DATE ISO="20190528">28 ta’ Mejju 2019</DATE> u t‑<DATE ISO="20190602">2 ta’ Ġunju 2019</DATE>. Fost ir-riżultati tat-tfittxija indikati kien hemm il-kmamar tal-lukanda Goldener Anker. Għalhekk B. ikklikkja fuq l-istampa korrispondenti ta’ din il-lukanda li wassal għall-wiri tal-kmamar disponibbli, kif ukoll tal-informazzjoni supplimentari relattiva, inklużi, it-tagħmir u l-prezzijiet proposti mill-imsemmija lukanda għall-perijodu magħżul. Peress li ddeċieda jagħmel riżervazzjoni hemmhekk, B., wara li għafas fuq il-buttuna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>jien nirriżerva<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, indika d-data personali tiegħu kif ukoll l-ismijiet tal-persuni li kienu ser jakkumpanjawh, għafas fuq buttuna bl-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B. ma tfaċċax fil-lukanda Goldener Anker fit‑<DATE ISO="20190528">28 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20190529">29 ta’ Mejju 2019</DATE>, b’mod konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali tagħha, Fuhrmann 2 iffatturat lil B. l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni ekwivalenti għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2240</FT>, filwaqt li stabbilixxiet terminu ta’ ħames ġranet tax-xogħol sabiex iħallas dan l-ammont. B. ma ħallasx is-somma mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fuhrmann-2 ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Amtsgericht Bottrop (il-Qorti Distrettwali ta’ Bottrop, il-Ġermanja), sabiex tirkupra din is-somma. Insostenn tar-rikors tagħha, Fuhrmann-2 tqis li B., permezz tas-sit Internet www.booking.com, ikkonkluda magħha kuntratt għal akkomodazzjoni fir-rigward ta’ diversi kmamar tal-lukanda tagħha bejn it‑<DATE ISO="20190528">28 ta’ Mejju 2019</DATE> u t‑<DATE ISO="20190602">2 ta’ Ġunju 2019</DATE>. Hija tqis b’mod partikolari li l-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li l-operatur ta’ dan is-sit Internet għażel li jindika fuq il-buttuna ta’ riżervazzjoni, kienet tissodisfa l-obbligu previst fl-Artikolu 312j(3) tal-BGB, li jimponi l-obbligu fuq il-kummerċjant li jindika fuq il-buttuna tal-ordni l-formulazzjoni li tinqara faċilment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew formulazzjoni ċara korrispondenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, B. għandu l-obbligu li jħallas kumpens għal kanċellazzjoni ekwivalenti għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2240</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tgħid li s-suċċess tal-kawża ta’ Fuhrmann-2 jiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk, permezz tal-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> indikata fuq il-buttuna ta’ riżervazzjoni tas-sit Internet www.booking.com, jistax jiġi kkunsidrat li ġie ssodisfat l-obbligu previst fl-Artikolu 312j(3) tal-BGB, li jittrasponi fid-dritt Ġermaniż it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83. Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, dan ikun ifisser, skont l-Artikolu 312j(4) tal-BGB, li kuntratt għal akkomodazzjoni ġie validament konkluż bejn il-partijiet u li Fuhrmann-2 għandha dritt titlob il-kumpens għal kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li qorti Ġermaniża oħra ddeċidiet li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha relatati mal-proċess tal-ordni u, b’mod partikolari, il-ħolqien ta’ dan tal-aħħar sabiex jiġi ddeterminat jekk formulazzjoni bħal dik użata mill-operatur tas-sit Internet www.booking.com tikkostitwixxix formulazzjoni ċara korrispondenti għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, indikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-qorti tar-rinviju għandha dubji madankollu dwar l-approċċ adottat minn din il-qorti Ġermaniża u hija tal-fehma li l-konsumatur għandu jifhem mill-kliem indikat fuq il-buttuna stess li, permezz tal-attivazzjoni ta’ din tal-aħħar, huwa jkun qiegħed jissuġġetta ruħu għal obbligu ta’ pagament legalment vinkolanti. Issa, fil-kuntest ta’ dan l-aħħar approċċ, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li tidher fil-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma hijiex, fil-lingwaġġ kurrenti, neċessarjament assoċjata mal-obbligu ta’ pagament ta’ korrispettiv finanzjarju, iżda hija ta’ spiss użata bħala sinonimu għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>riżervazzjoni minn qabel mingħajr obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Għaldaqstant, ikollu jiġi konkluż, f’dan il-każ, li l-obbligu previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 312j(3) tal-BGB ma ġiex issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Bottrob (il-Qorti Distrettwali ta’ Bottrop) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva [2011/83] għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk buttuna jew funzjoni simili, li l-attivazzjoni tagħha hija parti minn proċess ta’ ordni permezz ta’ kuntratt mill-bogħod konkluż elettronikament fis-sens tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni u li ma hijiex akkumpanjata mill-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ordni b’obbligu ta’ pagament’, hijiex simili għal formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tindika lill-konsumatur li l-ordni hija marbuta ma’ obbligu ta’ ħlas lill-kummerċjant, hija rilevanti biss l-indikazzjoni li tinsab fuq il-buttuna jew il-funzjoni simili?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tifhem, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ordni relatat mal-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod konkluż elettronikament, jekk il-formulazzjoni indikata fuq il-buttuna tal-ordni jew fuq funzjoni simili, bħall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>analoga<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għall-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandux wieħed jibbaża ruħu unikament fuq il-kliem indikat fuq din il-buttuna jew fuq din il-funzjoni simili jew jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll iċ-ċirkustanzi relatati mal-proċess ta’ ordni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li l-kuntratti mill-bogħod huma ddefiniti, skont il-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> Minn dan jirriżulta li kuntratt għal servizz konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fuq pjattaforma ta’ riżervazzjoni għal akkomodazzjoni online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kuntratt mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u<?PAGE NO="7"?> għaldaqstant, fl-assenza ta’ applikazzjoni tal-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) sa (4) tad-Direttiva 2011/83, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/83, moqri fid-dawl tal-premessi 4, 5 u 7 tagħha, din id-direttiva hija intiża li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi tiggarantixxi l-informazzjoni tagħhom u s-sigurtà tagħhom fit-tranżazzjonijiet mal-kummerċjanti. Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-politiki tal-Unjoni hija stabbilita fl-Artikolu 169 TFUE, kif ukoll fl-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NO.CASE>C‑649/17</NO.CASE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dan l-għan li l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/83 jimponi fuq il-kummerċjant ċertu numru ta’ obbligi formali relatati mal-kuntratti mill-bogħod, bħalma jindika t-titolu ta’ din id-dispożizzjoni. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jipprevedi għalhekk diversi obbligi imposti fuq il-kummerċjant meta, bħalma huwa l-każ fil-kawża prinċipali, il-kuntratt mill-bogħod jiġi konkluż elettronikament u jkun jinvolvi obbligu ta’ pagament għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b’mod ċar u inekwivoku, direttament qabel ma’ l-konsumatur jgħaddi l-ordni tiegħu, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1)(a)(e)(o) u (p) ta’ din id-direttiva u li jirrigwardaw, essenzjalment, il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew tas-servizz ikkonċernat, il-prezz totali, it-tul tal-kuntratt kif ukoll, jekk ikun il-każ, it-tul minimu tal-obbligi imposti fuq il-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83 jipprevedi, min-naħa tiegħu, li l-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur, meta jgħaddi l-ordni, jirrikonoxxi espliċitament li dan jimplika obbligu ta’ pagament. Din id-dispożizzjoni tispeċifika li, fil-każ fejn l-attivazzjoni ta’ buttuna jew ta’ funzjoni simili hija neċessarja sabiex wieħed jgħaddi l-ordni, il-buttuna jew il-funzjoni simili għandha tindika biss il-formulazzjoni li tinqara faċilment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew formulazzjoni ċara korrispondenti, li tindika li meta l-konsumatur jgħaddi l-ordni huwa għandu l-obbligu li jħallas lill-kummerċjant, u fl-assenza ta’ din l-indikazzjoni l-imsemmi konsumatur ma huwiex marbut mill-kuntratt jew bl-ordni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mit-tliet punti preċedenti ta’ din is-sentenza jirriżulta li, meta kuntratt mill-bogħod huwa konkluż elettronikament permezz ta’ proċess ta’ ordni u jinvolvi obbligu ta’ pagament għall-konsumatur, il-kummerċjant għandu, minn naħa, jipprovdi lil dan il-konsumatur, direttament qabel ma jgħaddi l-ordni, l-informazzjoni essenzjali dwar il-kuntratt u, min-naħa l-oħra, jinforma b’mod espliċitu lill-imsemmi konsumatur li, meta huwa jgħaddi l-ordni, dan tal-aħħar huwa marbut b’obbligu ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-aħħar obbligu, mill-formulazzjoni ċara tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-buttuna ta’ ordni jew il-funzjoni simili għandu jkollha formulazzjoni ċara li tinqara<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> faċilment li tindika li meta l-konsumatur jgħaddi l-ordni huwa għandu l-obbligu li jħallas lill-kummerċjant. Għalkemm din id-dispożizzjoni tindika l-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jirriżulta wkoll mill-formulazzjoni tagħha li din l-aħħar formulazzjoni għandha n-natura ta’ eżempju u li l-Istati Membru huma awtorizzati jirrikonoxxu li l-kummerċjant juża kwalunkwe formulazzjoni korrispondenti, sakemm din tkun ċara fir-rigward tal-ħolqien ta’ dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta, bħal f’dan il-każ, leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-dispożizzjoni ma tinkludix, bħad-direttiva stess, eżempji speċifiċi ta’ formulazzjonijiet korrispondenti, il-kummerċjanti huma liberi li jużaw kwalunkwe formulazzjoni tal-għażla tagħhom, sakemm jirriżulta b’mod ċar minn din il-formulazzjoni li l-konsumatur ikun qiegħed jintrabat b’obbligu ta’ pagament mill-mument meta huwa jattiva l-buttuna ta’ ordni jew il-funzjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta wkoll b’mod ċar mill-formulazzjoni tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83, moqri flimkien mal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>espliċitament<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> indikata fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha, li hija l-buttuna jew il-funzjoni simili li għandha jkollha l-formulazzjoni indikata f’din id-dispożizzjoni, b’tali mod li, fid-dawl ukoll ta’ dak indikat fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, hija biss il-formulazzjoni indikata fuq din il-buttuna jew din il-funzjoni simili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kummerċjant issodisfax l-obbligu tiegħu li jiżgura li l-konsumatur, meta dan jgħaddi l-ordni, jifhem b’mod espliċitu li dan jinvolvi obbligu ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-premessa 39 tad-Direttiva 2011/83 li l-aħħar żewġ sentenzi tagħha jippreċiżaw li għandha tinġibed l-attenzjoni tal-konsumatur b’mod speċifiku, permezz ta’ formulazzjoni ċara, għaldaqstant, mingħajr ebda referenza għal evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi, dwar il-fatt li meta huwa jgħaddi l-ordni dan jinvolvi għalih obbligu ta’ ħlas, b’tali mod li huwa jista’ għalhekk jiddetermina b’mod preċiż il-mument meta huwa jidħol għal dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-imsemmija interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għan imfittex mid-Direttiva 2011/83, li huwa dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi f’dak li jirrigwarda informazzjoni, kif jirriżulta mill-punt 21 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-finalizzazzjoni ta’ proċess ta’ ordni li twassal għal obbligu ta’ pagament għall-konsumatur tikkostitwixxi stadju fundamentali, sa fejn din timplika li l-konsumatur mhux biss jaċċetta li jintrabat bil-kuntratt mill-bogħod, iżda anki b’dan l-obbligu. Għaldaqstant, li jiġi kkunsidrat li, bl-attivazzjoni ta’ buttuna jew ta’ funzjoni simili, il-konsumatur għandu jiddeduċi miċ-ċirkustanzi ta’ dan il-proċess li huwa jintrabat li jħallas b’mod vinkolanti, filwaqt li l-formulazzjoni indikata fuq din il-buttuna jew din il-funzjoni ma tippermettilux li jifhem tali konsegwenzi b’ċertezza assoluta, ikun jippreġudika dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/83, għandu jiġi żgurat, kif indikat fil-premessa 4 ta’ din id-direttiva, l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li tiġi osservata l-libertà ta’ intrapriża tal-imprenditur kif stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑649/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:576">EU:C:2019:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), għandu jiġi kkonstatat li tali bilanċ ma huwiex rilevanti f’dan il-każ, peress li t-tħejjija jew il-modifika ta’ formulazzjoni indikata fuq buttuna jew funzjoni ta’ ordni elettroniku ma tinvolvi l-ebda piż kunsiderevoli ta’ natura li jippreġeduka l-kompetittività jew il-libertà ta’ intrapriża tal-kummerċjanti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet indikati fil-punt‑26 ta’ din is-sentenza, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, il-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tistax titqies, bil-Ġermaniż, fid-dawl biss tal-kliem użat f’din il-formulazzjoni u indipendentement miċ-ċirkustanzi relatati mal-proċess ta’ riżervazzjoni, li hija korrispondenti għall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> indikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2)<?PAGE NO="9"?> tad-Direttiva 2011/83. Għalkemm din il-verifika għandha titwettaq esklużivament mill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi fuq rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’ madankollu, jekk ikun il-każ, tipprovdi indikazzjonijiet speċifiċi intiżi li jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>FIGC u Consorzio Ge.Se.Av</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑155/19 u C‑156/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:88">EU:C:2021:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha, b’mod partikolari, tivverifika jekk il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> hijiex, bil-Ġermaniż, kemm fil-lingwaġġ kurrenti, kif ukoll f’moħħ il-konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, neċessarjament u sistematikament assoċjata mal-ħolqien ta’ obbligu ta’ pagament. Jekk dan ma jkunx il-każ, tkun trid tiġi kkonstatata n-natura ambigwa tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, b’tali mod li din l-espressjoni ma tkunx tista’ titqies li hija formulazzjoni korrispondenti għall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, indikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ordni relatat mal-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod elettronikament, jekk il-formulazzjoni indikata fuq il-buttuna tal-ordni jew fuq funzjoni simili, bħall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>analoga<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, wieħed għandu jibbaża ruħu unikament fuq il-formulazzjoni indikat fuq din il-buttuna jew fuq din il-funzjoni simili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ordni relatat mal-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod elettronikament, jekk il-formulazzjoni indikata fuq il-buttuna tal-ordni jew fuq funzjoni simili, bħall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>iffinalizza r-riżervazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>analoga<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għall-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ordni b’obbligu ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, wieħed għandu jibbaża ruħu unikament fuq il-formulazzjoni indikata fuq din il-buttuna jew fuq din il-funzjoni simili.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>