16.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1169

tal-15 ta’ Ġunju 2023

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 bħala addittiv fl-għalf għall-pollam tas-simna, għall-pollam imrobbi għall-bajd u mrobbi għat-tnissil, u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma EOOD

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam, għall-għasafar ornamentali u għad-driefeġ, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Novembru 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilinażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 ma għandhiex effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur respiratorju iżda, fin-nuqqas tad-data, ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ irritazzjoni tal-preparazzjoni għall-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 għandha l-potenzjal li tkun effikaċi għall-pollam tas-simna, għall-pollam imrobbi għall-bajd u mrobbi għat-tnissil, u għall-għasafar ornamentali. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ data suffiċjenti, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar l-effikaċja tal-preparazzjoni għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnienes miftuma. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati għall-pollam tas-simna, għall-pollam imrobbi għall-bajd u mrobbi għat-tnissil, u għall-għasafar ornamentali. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat għal dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali. Barra minn hek, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Ġie propost lill-applikant biex iressaq informazzjoni supplimentari li tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fl-opinjoni tal-Awtorità dwar l-effikaċja tal-preparazzjoni għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ħnienes miftuma u l-applikant aċċetta.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2022; 20(12):7702.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a39

Huvepharma EOOD

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

Endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) Endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan (EC 3.2.1.151)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1, 4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti bit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578 b’attività minima ta’:

Endo-1,4-beta-ksilanażi 15 000 EPU (1)/g

Endo-1, 4-beta-glukanażi: 1 000 CU (2)/g

Endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan 1 000 XGU (3)/g

Għamla solida jew likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8), endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan (EC 3.2.1.151) prodotti mit-Trichoderma citrinoviride DSM 33578

Metodu analitiku  (4)

Għad-determinazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu kolorimetriku li jkejjel il-kolorant li jinħall fl-ilma rrilaxxat bl-azzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi mis-sottostrat tal-arabinoksilan tal-qamħ retikolat bl-ażurina.

Għad-determinazzjoni tal-attività tal-endo-beta-1,4-glukanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-frammenti bil-kolorant solubbli fl-ilma (ażurina) prodotti permezz tal-azzjoni tal-endo-1,4-beta-glukanażi fuq ċelluloża retikolata mal-ażurina.

Għad-determinazzjoni tal-attività tal-endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta’ frammenti ttikkettati bil-kolorant u solubbli prodotti bl-azzjoni tal-endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan fuq is-sottostrat tal-ksiloglukan.

Pollam tas-simna

Pollam imrobbi għall-bajd u għat-tnissil

Għasafar ornamentali

-

Endo-1,4-beta-ksilanażi 1 500 EPU

Endo-1, 4-beta-glukanażi 100 CU

Endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan 100 XGU

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs u għall-ġilda.

6.7.2033


(1)  Unità waħda tal-ksilanażi (EPU) hija l-ammont ta’ enżima li jillibera 0,0083 mikromoli ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-ksilożju) mill-ksilan tal-ħliefa tal-ħafur kull minuta b’pH 4,7 u 50 °C.

(2)  Unità waħda tal-glukanażi (CU) hija l-ammont ta’ enżima li jillibera 0,128 mikromoli ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) mill-beta-glukan tax-xgħir kull minuta f’ph 4,5 u 30 °C.

(3)  Unità waħda ta’ ksiloglukanażi (XGU) hija l-ammont ta’ enżima li tirrilaxxa frammenti molekulari żgħar minn ksiloglukan bil-kolorant fl-ammont ugwali għall-ammont ta’ tali frammenti liberati minn unità enżimatika standard fil-kundizzjonijiet tal-assaġġ (50 °C u pH 4,5).

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt