|
4.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/353
tat-3 ta’ Marzu 2020
li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-15 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar (“SRW”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni ġie ċċarat fin-notifika li temenda n-Notifika ta’ Bidu (3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2019 mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tar-Roti Ewropej (l-“EUWA” (Association of European Wheels Manufacturers) jew “l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tar-roti tat-triq tal-azzar tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali riżultanti li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma ssoġġettatx l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fil-premessa 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 (4) (ir-Regolament provviżorju”). L-ebda parti ma kkummentat dwar dan il-punt. |
1.3. Miżuri provviżorji
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 19(a) tar-Regolament bażiku, fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u d-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem. Ma ġie ppreżentat l-ebda kumment. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament provviżorju. |
|
(6) |
Kif iddikjarat fil-premessa 23 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”) u l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.4. Proċedura sussegwenti
|
(7) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġew imposti miżuri antidumping provviżorji (“divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentatur, tmien importaturi u/jew rivendituri, u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. |
|
(8) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saret seduta ma’ produttur esportatur Ċiniż wieħed. F’dak l-istadju ma ntalbet l-ebda seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għall-konklużjonijiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta xieraq. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(11) |
Fid-9 ta’ Jannar 2020, importatur mhux relatat kellu seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Fis-16 ta’ Jannar 2020, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi kellu smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta dwar l-istadju wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(12) |
Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u ġew ikkunsidrati fejn xieraq f’dan ir-Regolament. |
1.5. Kampjunar
|
(13) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi minn 7 sa 18 tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
1.6. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(14) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa 23 tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Dikjarazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(15) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, diversi partijiet indikaw ambigwitajiet fid-deskrizzjoni tal-kodiċi TARIC 8716909097, jiġifieri wieħed mill-kodiċijiet soġġetti għal miżuri provviżorji. Dawn il-partijiet talbu lill-Kummissjoni tikkonferma li dan il-kodiċi jirreferi biss għal roti għall-użu fit-triq, u għalhekk ma jkoprix roti għall-karretti u għat-trakkijiet tal-idejn. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li din l-interpretazzjoni kienet korretta u li r-roti għall-karretti u għat-trakkijiet tal-idejn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. Biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, il-Kummissjoni aġġustat id-deskrizzjoni tal-kodiċi TARIC inkwistjoni kif xieraq. Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll nota għall-fajl biex tgħarraf lill-partijiet interessati kollha dwar dan l-aġġustament. |
|
(17) |
Qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur mhux relatat talab għall-esklużjoni ta’ stepnis tal-azzar għall-karozzi tal-passiġġieri minħabba li skont hu dawn ma għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi bħall-prodotti l-oħra kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Dan l-importatur argumenta li l-istepnis tal-azzar ma jistgħux jintużaw bħar-roti normali minħabba li l-veloċità tagħhom hija limitata għal 80 km fis-siegħa. Il-parti sostniet ukoll li l-produzzjoni globali ta’ roti żejda tal-azzar għall-karozzi tal-passiġġieri hija żgħira ħafna fl-Unjoni u saħansitra ineżistenti fil-każ tas-suq ta’ sostituzzjoni (b’kuntrast mas-segment tal-Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali jew “OEM” (original equipment manufacturer) fejn ir-roti huma inkorporati fil-karozza matul il-proċess ta’ manifattura). |
|
(18) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx it-talba tal-importatur mhux relatat. Il-limitu tal-veloċità ma jbiddilx il-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi ta’ rota u l-importatur ma pprovda l-ebda evidenza oħra li turi li dawn l-istepnis għandhom karatteristiċi tekniċi u fiżiċi differenti mill-prodotti l-oħra kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-parti nnifisha kkonfermat li dawn it-tipi ta’ roti jiġu prodotti fl-Unjoni u għalhekk huma f’kompetizzjoni mal-istepnis tal-azzar importati. Il-fatt li dawn ir-roti allegatament ma jiġux prodotti u ma jinbiegħux mill-industrija tal-Unjoni f’wieħed miż-żewġ kanali ta’ distribuzzjoni ewlenin mhuwiex rilevanti peress li r-roti tat-triq tal-azzar fis-suq tal-partijiet ta’ sostituzzjoni u dawk li jinbiegħu fis-segment tal-OEM għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi. |
|
(19) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, parti kkritikat il-fatt li l-ilment juża l-applikazzjoni ta’ rota, jiġifieri roti użati fit-triq, biex jiġi determinat jekk rota tal-azzar taqax fl-ambitu tal-investigazzjoni jew le. Minflok, il-parti pproponiet li l-veloċità u t-tagħbija għandhom ikunu l-fatturi ta’ distinzjoni biex jiġi determinat jekk rota tal-azzar hijiex iddisinjata biex tintuża fit-triq u jekk għalhekk taqax fl-ambitu tal-investigazzjoni. B’mod partikolari, il-parti qieset li r-roti intiżi biex jivvjaġġaw ’il fuq minn 50 km/h biss huma ddisinjati u mibnija bħala roti tat-triq. Il-parti tenniet din l-affermazzjoni wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni qieset li din l-affermazzjoni ma tqajjimx dubji dwar id-definizzjoni tal-prodott jew dwar l-ambitu tal-investigazzjoni nnifisha, iżda pjuttost tissuġġerixxi mod alternattiv kif jiġu deskritti r-roti tat-triq tal-azzar. Madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx li l-veloċità hija fattur rilevanti għad-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott, kif spjegat hawn fuq fil-premessa 18, u għalhekk ċaħdet il-proposta tal-parti. |
|
(21) |
Produttur esportatur wieħed ilmenta li r-regolament provviżorju la kien fih definizzjonijiet tekniċi għall-prodotti esklużi u lanqas proċeduri biex wieħed ikun jista’ jikkonferma mal-uffiċjali doganali tal-Unjoni u mas-servizzi tal-Kummissjoni jekk ċerti prodotti humiex esklużi jew le mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni kkonfermat, madankollu, li d-definizzjonijiet tekniċi tal-prodotti esklużi u l-proċeduri doganali diġà fis-seħħ kienu biżżejjed għall-applikazzjoni u l-monitoraġġ xierqa tal-miżuri anti-dumping attwali, u li, f’dan l-istadju, definizzjonijiet jew proċeduri addizzjonali ma kinux jidhru meħtieġa f’dan il-każ. Għalhekk din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(23) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur mhux relatat sostna li r-roti tal-azzar għat-trejlers jew għas-semitrejlers agrikoli b’dijametru tar-rimm ta’ aktar minn 16-il pulzier (sa 54 pulzier) jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni minħabba li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tagħhom huma differenti minn dawk tar-roti tal-azzar għat-trejlers jew għas-semitrejlers tat-trakkijiet kif ukoll f’termini ta’ veloċità, kapaċità ta’ tagħbija u toqob għall-istuds. Għall-finijiet ta’ kjarifika ġie nnotat li r-Regolament provviżorju semmal-esklużjoni tar-roti għal trejlers agrikoli u għal tagħmir agrikolu rmunkat ieħor li jintuża fl-għelieqi b’dijametru tar-rimm ta’ mhux aktar minn 16-il pulzier mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Madankollu, filwaqt li din l-esklużjoni naqqset l-ambitu tal-investigazzjoni, hija ma biddlitx il-fatt li r-roti ddisinjati u użati primarjament għal finijiet ta’ użu barra mit-triq qatt ma kienu koperti mid-definizzjoni tal-prodott, kif spjegat fil-premessa 24. |
|
(24) |
Ġie nnotat li r-Regolament provviżorju eskluda b’mod provviżorju r-roti għal trejlers tal-karozzi tal-passiġġieri, għal karavans, għal trejlers agrikoli u għal tagħmir agrikolu rmunkat ieħor li jintuża fl-għelieqi, b’dijametru tar-rimm ta’ mhux aktar minn 16-il pulzier mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Xi partijiet qiesu li, bħala konsegwenza, ir-roti ta’ trejlers agrikoli u ta’ tagħmir agrikolu rmunkat ieħor li jintuża fl-għelieqi, b’dijametru tar-rimm ta’ aktar minn 16-il pulzier għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Madankollu, il-Kummissjoni ċċarat li, permezz ta’ din l-esklużjoni, ma kellhiex l-intenzjoni li tinkludi ċerti tipi ta’ roti oħra li ma jintużawx fit-triq fl-ambitu tal-investigazzjoni. Fil-fatt, fin-Notifika ta’ Bidu r-roti ddisinjati għal użi oħra minbarra għal fuq it-toroq pubbliċi kienu speċifikament esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Din kienet ukoll l-intenzjoni tal-ilmentatur. Tabilħaqq, il-verżjoni miftuħa tal-ilment speċifikat li r-roti OTR (Off the Road), jiġifieri r-roti għal tagħmir li normalment ma jkunx iddisinjat għat-triq, bħal roti agrikoli, roti għal ċaqliq ta’ terrapien u għal tagħmir tal-minjieri u roti għal ġarr industrijali (bħal roti għat-trakkijiet tal-lift jew krejnijiet) huma esklużi minn dan l-ilment. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda bażi għal argument kontra l-esklużjoni, u għalhekk ir-roti tal-azzar għal trejlers jew għal semitrejlers agrikoli ma kinux inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni, irrispettivament mid-dijametri tar-rimmijiet tagħhom. |
|
(25) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EUWA pproponiet li “roti għall-użu f’vetturi għall-bini” jiżdiedu fil-lista ta’ prodotti esklużi. Il-Kummissjoni qieset li din iż-żieda mhijiex meħtieġa peress li dawk ir-roti qatt ma kienu koperti mid-definizzjoni tal-prodott. Il-proposta tal-EUWA għalhekk ġiet miċħuda. |
|
(26) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur mhux relatat sostna li ċerti roti għall-karozzi tal-passiġġieri għat-tajers tax-xitwa jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, jiġifieri roti ddisinjati apposta biex ikunu jistgħu jitwaħħlu fuq diversi mudelli ta’ karozzi. Il-kumpanija ddikjarat li l-produtturi tal-Unjoni rrifjutaw li jipproduċu dan it-tip ta’ roti u li dawn ir-roti għandhom karatteristiċi ta’ ffrankar tar-riżorsi u li s-sehem tagħhom fis-suq sekondarju jew fis-suq tal-partijiet ta’ sostituzzjoni huwa wieħed minuri. Il-parti tenniet dawn l-affermazzjonijiet wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(27) |
L-investigazzjoni sabet li r-roti tal-azzar għat-tajers tax-xitwa – inklużi dawk li jiffittjaw fuq diversi mudelli ta’ karozzi – għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi bħall-prodotti l-oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni. Ir-rota mill-importatur mhux relatat hija rota “universali” tal-karozzi tal-passiġġieri li għandha ċirku adattur għat-toqba tan-nofs. Din l-aħħar karatteristika tippermetti l-użu ta’ rota ta’ bażi waħda għal dijametri differenti ta’ toqob tan-nofs permezz ta’ adapters tat-toqob tan-nofs differenti. Ir-riżultat huwa l-istess bħal ta’ toqba tan-nofs fissa. Il-prodott jikkompeti mar-roti għal tajers tax-xitwa prodotti mill-produtturi tal-Unjoni u li huma distribwiti kemm mill-OEM kif ukoll mill-kanal ta’ wara l-bejgħ. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda bażi biex dan it-tip ta’ prodott jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ma laqgħetx it-talba tal-importatur mhux relatat. |
2.2. Konklużjoni
|
(28) |
Wara li qieset il-kummenti kollha sottomessi mill-partijiet interessati wara r-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat li d-definizzjoni tal-prodott fil-premessa 42 tar-Regolament provviżorju kienet tirrifletti kif xieraq l-ambitu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat ġie definit bħala roti tal-azzar iddisinjati għall-użu fit-triq, kemm jekk bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm jekk mgħammra bit-tajers kif ukoll jekk le, iddisinjati għal:
li joriġinaw mir-RPĊ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10, ex 8708 70 99 u ex 8716 90 90 (kodiċijiet TARIC 8708701080, 8708701085, 8708709920, 8708709980, 8716909095 u 8716909097) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodotti li ġejjin kienu esklużi:
|
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(29) |
Kif spjegat fil-premessi minn 43 sa 48 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ma setgħetx tirrikonċilja l-kontijiet awditjati u r-rapporti fiskali tal-produttur esportatur mal-bejgħ rapportat tiegħu mill-esportazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx affidabbli, u b’hekk skattat il-ħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku sabiex il-Kummissjoni ttemm id-determinazzjoni tagħha tal-marġini tad-dumping u tad-dannu tal-produttur esportatur. |
|
(30) |
Fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-kumpanija inkwistjoni tenniet l-argumenti tagħha kontra l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, li kienet diġà ppreżentat fit-tweġiba għall-ittra mibgħuta lill-kumpanija fid-19 ta’ Ġunju 2019 dwar l-użu possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u waqt is-seduti fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni. |
|
(31) |
Barra minn hekk, il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tuża l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku minflok l-Artikolu 18(1) biex tagħmel kalkolu individwali tad-dumping u tal-marġni tad-dannu. Hija bbażat it-talba tagħha fuq l-allegazzjoni li l-kumpanija kienet ikkooperat bl-aħjar mod possibbli u għalhekk sostniet li l-informazzjoni li ppreżentat ma kellhiex titwarrab kollha kemm hi. Il-kumpanija ppreżentat ukoll metodoloġiji alternattivi biex jiġi kkalkolat il-prezz tal-esportazzjoni, u argumentat li dawk l-alternattivi jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina marġini tad-dumping u tad-dannu individwali għall-kumpanija. |
|
(32) |
B’mod aktar speċifiku, il-kumpanija pproponiet:
|
|
(33) |
Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħhom tlieta mis-sitt importaturi mhux relatati tal-Unjoni li jixtru l-prodott ikkonċernat mingħand il-kumpanija qablu mal-proposta biex tintuża d-data dwar l-importazzjonijiet tagħhom u biex fuq dik il-bażi jiġi kkalkolat marġni tad-dumping individwali għall-produttur esportatur Ċiniż inkwistjoni. |
|
(34) |
Bi tweġiba għal dawn is-sottomissjonijiet, il-Kummissjoni enfasizzat li l-ebda fatti ġodda ma nġiebu għall-attenzjoni tagħha li jibdlu s-sejba bażika, fuq il-bażi tal-evidenza miġbura matul il-verifika fuq il-post fil-bini tal-produttur esportatur, li t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ lejn l-Unjoni rrapportati minn dak il-produttur ma setgħux jiġu rikonċiljati mal-kontijiet awditjati u r-rapporti tat-taxxa tiegħu. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li f’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku ma setgħux jgħinu lill-produttur esportatur peress li l-kwistjoni quddiemha ma kinitx dwar jekk l-informazzjoni sottomessa mill-parti kinitx ideali mill-aspetti kollha, iżda pjuttost li kien hemm inċertezza fundamentali dwar l-affidabilità tar-reġistri u tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda mod kif tivverifika dik id-data b’mod indipendenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kellhiex il-provi meħtieġa biex tkun tista’ ttemm il-kalkoli tagħha fir-rigward tal-marġini tad-dumping u tad-dannu tal-produttur esportatur. Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, l-ebda waħda mill-alternattivi proposti ma twassal għall-possibbiltà ta’ rikonċiljazzjoni taċ-ċifri tal-bejgħ u tal-kostijiet rapportati mad-dokumenti uffiċjali verifikati fil-bini tal-kumpanija inkwistjoni (kontijiet awditjati u rapporti fiskali). Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-alternattivi ssuġġeriti ma tiżgura li l-Kummissjoni tkun ingħatat il-lista sħiħa ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni mill-produttur esportatur ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiggarantixxi li tista’ ssir sejba raġonevolment preċiża ta’ dumping jew marġni ta’ dannu, fin-nuqqas ta’ sett komplut u verifikabbli ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(36) |
L-informazzjoni mogħtija mill-kumpanija, konsegwentement, tqieset bħala mhux affidabbli u għaldaqstant ġiet injorata skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku (5). |
|
(37) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-kumpanija tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-prezz tal-esportazzjoni tagħha, meħtieġ għad-determinazzjoni tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu, seta’ ġie stabbilit abbażi tal-metodoloġiji alternattivi spjegati fil-premessi 31 sa (33). Barra minn hekk, il-kumpanija nnutat li l-Qorti f’EBMA vs Giant (China) spjegat li “t-terminu informazzjoni meħtieġa jirreferi għal informazzjoni miżmuma mill-partijiet interessati li l-istituzzjonijiet tal-UE jitolbuhom biex jipprovdu sabiex ikunu jistgħu jagħmlu s-sejbiet xierqa f’investigazzjoni antidumping” (6). F’dan ir-rigward, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni qatt ma talbet ċerta data addizzjonali biex tikkonferma li l-lista ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni kienet kompluta. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpanija diġà kienet infurmata fid-divulgazzjoni provviżorja speċifika li d-data msemmija fil-premessa 37, b’mod partikolari d-data sħiħa u verifikabbli tas-sett tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ma kinitx disponibbli għall-Kummissjoni. Il-kumpanija ma kinitx kapaċi tipprovdi evidenza li d-data kienet kompluta u, fi kwalunkwe każ, kif spjegat qabel, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifikaha lanqas. Għaldaqstant, l-affermazzjoni li l-Kummissjoni qatt ma talbet informazzjoni addizzjonali mhijiex iġġustifikata. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonferma s-sett tad-data tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni pprovdut minn din il-kumpanija. |
|
(39) |
Barra minn hekk, il-kumpanija tenniet li kienet ikkooperat kemm setgħet matul il-proċediment u fakkret li hija l-prattika tal-Kummissjoni li tuża kemm jista’ jkun l-informazzjoni tal-kumpanija stess li tirreferi għal investigazzjoni preċedenti (7). |
|
(40) |
Il-Kummissjoni fakkret li ċ-ċirkostanzi uniċi ta’ kull investigazzjoni jenħtieġ li jiġu kkunsidrati individwalment. F’dan il-każ, il-problema ewlenija li kellha quddiemha l-Kummissjoni kienet in-nuqqas ta’ affidabbiltà fundamentali tar-reġistri tal-kumpanija, li, peress li hija problema fl-għeruq, ma setgħetx tiġi solvuta billi jiġu applikati aġġustamenti għall-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija. Peress li r-rekords tal-kumpanija ma setgħux jiġu vverifikati, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċerta ruħha lanqas bil-livell meħtieġ ta’ ċertezza li s-sett tad-data tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni (inklużi l-prodotti esportati u l-volumi u l-valuri tagħhom) kienu akkurati u kompluti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat ukoll li s-sett ta’ data tal-prezzijiet tal-esportazzjoni pprovdut u kkonfermat b’mezzi oħra, bħal data mill-importaturi jew l-istatistika dwar l-esportazzjoni, ma setax jiġi rikonċiljat mal-kontijiet awditjati tal-kumpanija, u dan jissuġġerixxi wkoll li d-data ma kenitx affidabbli. |
|
(41) |
Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni wettqet żball tal-liġi meta applikat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tal-valur normali billi l-informazzjoni dwar il-prezz tal-esportazzjoni biss instabet li ma kinitx affidabbli. F’dan ir-rigward, il-kumpanija tenniet li r-rapport tal-bord fil-kawża DS 337: KE – Salamun (in-Norveġja) (8) imsemmija fl-Anness II tal-Ftehim Antidumping tad-WTO, li jirrikjedi li “l-informazzjoni kollha li hija verifikabbli, li tkun ippreżentata b’mod xieraq sabiex tkun tista’ tintuża fl-investigazzjoni mingħajr diffikultajiet eċċessivi, li tiġi pprovduta fil-ħin, u, fejn applikabbli, li tiġi pprovduta f’medju jew lingwaġġ tal-kompjuter li jintalab mill-awtoritajiet, jenħtieġ li titqies meta jsiru d-determinazzjonijiet”. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni qieset li minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-Ftehim Antidumping tad-WTO, id-determinazzjoni tal-valur normali kienet mingħajr effett f’dan il-każ. Il-kumpanija ssottomettiet informazzjoni għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping individwali tagħha. Il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, li hija element fundamentali fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping, ma kinitx affidabbli peress li ma setgħetx tiġi vverifikata. In-nuqqasijiet kienu ta’ tali natura li ma setgħet tintuża l-ebda informazzjoni pprovduta għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni. F’każ bħal dan, kull determinazzjoni tal-valur normali tkun żejda minħabba li ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda marġni ta’ dumping fin-nuqqas tal-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(43) |
Fl-aħħar nett, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija billi ma żvelatx id-determinazzjoni tal-valur normali. F’dan ir-rigward, il-kumpanija talbet ukoll seduta ta’ smigħ mal-uffiċjal tas-seduta, li ġiet organizzata fis-16 ta’ Jannar 2020. |
|
(44) |
Kif spjegat fil-premessa 42, il-valur normali għall-kumpanija ma ġiex determinat f’dan il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienet naqset milli tiddivulga l-ebda informazzjoni fil-pussess tagħha. Barra minn hekk, b’risposta għal talba preċedenti tal-kumpanija li jkollha d-determinazzjoni tal-valur normali ddivulgata, il-Kummissjoni infurmat lill-kumpanija bl-elementi kollha li kienet tuża kieku ġie determinat valur normali. |
|
(45) |
Fis-seduta tas-16 ta’ Jannar 2020, l-uffiċjal tas-seduta qies li l-Kummissjoni ma kisritx id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija meta ma żvelatx il-kalkolu tal-valur normali. |
|
(46) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi 43 sa (48) tar-Regolament provviżorju u żammet id-deċiżjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1), l-ewwel paragrafu, għall-kumpanija inkwistjoni. Billi l-bejgħ tal-esportazzjoni tal-kumpanija ma setax jiġi vverifikat, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi t-tipi eżatti tal-prodott esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, u fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni qieset xieraq li l-marġni mogħti lill-kumpanija jkun ugwali għall-marġni residwu. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kumpanija tista’ titlob rimborż ta’ dazji miġbura skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, jekk fil-futur tista’ turi li d-data tal-esportazzjoni tagħha tkun verifikabbli. |
3.2. Valur Normali
|
(47) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, il-fatturi tal-produzzjoni u l-parametri referenzjarji applikati għall-kalkolu tal-ispejjeż mingħajr distorsjoni, u l-kalkolu tal-valur normali, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi minn 49 sa 178 tar-Regolament provviżorju. |
3.3. Prezz tal-Esportazzjoni
|
(48) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa 179 tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata. |
3.4. Marġini tat-tqabbil u tad-dumping
|
(49) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur tal-Unjoni mhux relatat esprima dubji dwar l-eżistenza ta’ dumping fir-rigward tal-prodott ikkonċernat jew fir-rigward tal-SRW għall-karozzi tal-passiġġieri biss. |
|
(50) |
Dawk il-kummenti kienu sempliċi dikjarazzjonijiet mingħajr ebda sostenn u ma kkontestawx is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni dwar il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni, u t-tqabbil tagħhom. L-uniku produttur esportatur li baqa’ fil-kampjun, li fil-fatt irċieva l-kalkolu sħiħ tal-marġini tad-dumping, ma kkontestax dawk is-sejbiet u l-kalkoli. Din il-kumpanija kienet qed tesporta wkoll SRWs għall-karozzi tal-passiġġieri lejn l-Unjoni. Instabu marġini sinifikanti ta’ dumping kemm fir-rigward tal-SRW għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll fir-rigward tal-SRW għall-vetturi kummerċjali. |
|
(51) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-metodoloġija tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping residwu, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 184 sa 185 tar-Regolament provviżorju. |
|
(52) |
Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-marġnijiet ta’ tqabbil u ta’ dumping, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 180 sa 183 u l-premessi minn 186 sa 187 tar-Regolament provviżorju. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(53) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 188 sa 189 ta’ dak ir-regolament. |
4.2. Suq u konsum tal-Unjoni
|
(54) |
Importatur mhux relatat sostna li l-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet żbaljati fil-premessa 190 tar-Regolament provviżorju meta ddikjarat li r-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u r-roti għall-vetturi kummerċjali jenħtieġ li ma jitqisux flimkien f’investigazzjoni unika. Skont din il-parti interessata, id-dumping ikun sinifikanti fuq ir-roti għall-vetturi kummerċjali filwaqt li dan ma jkunx il-każ għar-roti għall-karozzi tal-passiġġieri. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess importatur insista li r-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u r-roti għall-vetturi kummerċjali jenħtieġ li ma jitqisux flimkien f’investigazzjoni unika fuq il-bażi li r-roti għall-karozzi tal-passiġġieri jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-konsum totali tal-Unjoni f’kilogrammi. |
|
(55) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li r-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u dawk għall-vetturi kummerċjali għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u huma sempliċiment tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, din l-investigazzjoni kopriet prodott wieħed biss. Id-differenzi potenzjali fid-daqs ta’ dumping bejn tipi differenti tal-prodott ikkonċernat ma kienu bl-ebda mod rilevanti għall-valutazzjoni tal-ambitu ta’ investigazzjoni, jiġifieri, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni sabet dumping sostanzjali għal kull tip ta’ prodott investigat. Għaldaqstant, anki kieku dak l-element kien fatt rilevanti li kellu jiġi kkunsidrat, quod non, id-dikjarazzjoni kienet fattwalment inkorretta. Ta’ min ifakkar li s-sejbiet li saru fil-premessi 190 sa 192 tar-Regolament provviżorju juru li kemm iċ-Ċina kif ukoll il-produtturi tal-Unjoni huma attivi b’mod simili fir-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u fir-roti kummerċjali, li t-tnejn jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Fl-Unjoni, madwar 65 % tal-bejgħ f’biċċiet huwa għar-roti tal-karozzi tal-passiġġieri. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, irrispettivament mit-tip ta’ prodott jew mill-kanali ta’ distribuzzjoni, jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(56) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tas-suq u tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 190 sa 195 tar-Regolament provviżorju. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(57) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 196 sa 204 tar-Regolament provviżorju. |
4.4. Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Rimarki ġenerali
|
(58) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 205 sa 209 tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
|
(59) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 210 sa 218 tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
|
(60) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 219 sa 230 tar-Regolament provviżorju. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(61) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-konklużjoni dwar id-dannu, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 231 sa 234 tar-Regolament provviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(62) |
Fi stadju provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni tilfet mill-volum tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, u li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Kien hemm ukoll evidenza li turi li dawk il-prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżaw soppressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn l-aħħar sejbiet huma riflessi fit-tabella 8 tar-Regolament provviżorju, li turi li fl-2017 iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni kienet diġà inqas miż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-produtturi tal-Unjoni kienu mġiegħla jbiegħu bi prezz inqas mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom. Dawk is-sejbiet ġew ikkonfermati fl-istadju definittiv. |
|
(63) |
Wara d-divulgazzjoni finali u matul seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, grupp Ċiniż sostna li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma għandux ikun kompletament attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba li ż-żieda tas-sehem mis-suq Ċiniż matul il-perjodu kkunsidrat kienet inqas mit-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni f’dak il-perjodu (9). L-istess grupp qal li l-Kummissjoni ma kinitx elaborat kif, anki jekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq baxx tal-importazzjonijiet Ċiniżi kellu impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni, li kien iddominat minn produtturi tal-Unjoni. |
|
(64) |
Il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex meħtieġ li kull dannu li nstab jiġi attribwit lill-importazzjonijiet soġġetti; minflok, l-analiżi tal-imputazzjoni teżamina jekk l-importazzjonijiet suġġetti humiex kawża tad-dannu li nstab, li f’dan il-każ mhuwa kkontestat mill-ebda waħda mill-partijiet interessati. Kif spjegat fil-premessi minn 239 sa 252 tar-Regolament provviżorju, il-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ dgħajfet il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat iżda kienet partikolarment ta’ dannu fl-2017 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-kostijiet kienu qed jiżdiedu. Din il-pressjoni kkawżat telf kbir fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fil-qligħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra li ġew eżaminati, b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(65) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-attribuzzjoni tad-dannu li nstab li ġie kkawżat lill-importazzjonijiet fil-mira, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 236 sa 238 tar-Regolament provviżorju. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħra
|
(66) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur mhux relatat staqsa għaliex l-investigazzjoni ma nfetħitx kontra t-Turkija. Skont din il-kumpanija, skont it-tabelli 4 u 12 tar-Regolament provviżorju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien hemm aktar importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar mit-Turkija milli mir-RPĊ u l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu simili. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li l-investigazzjoni nfetħet kontra l-pajjiż li għalih kienet ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza ta’ dumping dannuż meta nbeda l-każ. Fil-fatt, l-ilment kien fih evidenza li l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija kienu f’livell għoli biżżejjed biex ma jikkawżax dannu lill-industrija tal-Unjoni. It-tieni nett, kif spjegat fil-premessa 241 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni analizzat l-iżvilupp tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kif ukoll dawk Torok matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq il-bażi tal-evidenza fil-fajl tal-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li bħala medja, il-prezzijiet Torok kienu madwar 25 % ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi. |
|
(68) |
Wara d-divulgazzjoni finali, grupp Ċiniż innota li l-volumi tal-importazzjonijiet mit-Turkija kienu ogħla mill-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Huwa żied li, b’differenza mill-prezzijiet ta’ importazzjoni miċ-Ċina, il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u sostniet li l-Kummissjoni kienet naqset milli tanalizza l-impatt ta’ tali tendenza fuq id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Il-parti tenniet dawn il-kwistjonijiet matul seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, fejn sostniet ukoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija (9,6 %) kien sinifikanti meta mqabbel ma’ dak tal-importazzjonijiet Ċiniżi (5,3 %) u nnotat is-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oħra (5,2 %). |
|
(69) |
Il-Kummissjoni tenniet li d-data tal-Eurostat ma ppermettietx li jkun hemm stampa preċiża dwar il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet, iżda nnotat ukoll li t-tabelli 4 u 12 tar-Regolament provviżorju wrew li f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi għal kull kilo kienu taħt il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija u ferm anqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi oħra. Id-differenza fl-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija hija minuri u meqjusa irrilevanti, anki meta wieħed iżomm f’moħħu n-nuqqasijiet tad-data tal-Eurostat enfasizzata fil-premessa 200 tar-Regolament provviżorju u s-sejbiet mhux ikkontestati ppreżentati fil-qosor fil-premessa 241 tar-Regolament provviżorju kif imsemmi fil-premessa 67 hawn fuq. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija ma jimminawx is-sejba li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SRW ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(70) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-attribuzzjoni tad-dannu li nstab li ġie kkawżat lill-importazzjonijiet fil-mira, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 239 sa 250 tar-Regolament provviżorju. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(71) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda fattur ieħor minn dawk eżaminati ma seta’ jkollu impatt rilevanti fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ebda fattur, analizzat individwalment jew kollettivament, ma attenwa r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fis-sens li tali rabta ma tkunx għadha ġenwina u sostanzjali, li jikkonferma l-konklużjoni fil-premessa 252 tar-Regolament provviżorju. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(72) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 254 sa 255 tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
6.2. Interess tal-importaturi u tal-utenti mhux relatati
|
(73) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, importatur iddikjara li l-miżuri se jkollhom effetti devastanti fuq in-negozju tiegħu. Importatur ieħor semma li l-investigazzjoni kien se jkollha effetti negattivi irraġonevoli fuq l-attivitajiet ta’ importazzjoni tiegħu, fuq il-konsumaturi u fuq l-ambjent iżda ma spjegax aktar jew ikkwantifika dawn l-effetti. L-ebda parti ma pprovdiet evidenza biex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni qieset li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza, ma setgħetx tikkonkludi li l-allegati effetti negattivi se jaqbżu l-ħtieġa għal miżuri li jirrestawraw kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-SRW tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li kien hemm biżżejjed provvista tal-prodott ikkonċernat minn sorsi oħra sabiex tinżamm provvista adegwata bi prezzijiet tas-suq ġusti. |
|
(74) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, l-ebda parti li tirrappreżenta l-interess tal-utenti ma resqet jew ippreżentat xi dikjarazzjoni. |
|
(75) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 256 sa 259 tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(76) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ ebda kumment, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 260 tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
7.1. Livell tal-eliminazzjoni tad-dannu
|
(77) |
Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni matul il-perjodu ttad-divulgazzjoni minn qabel deskritt fil-premessa 4 ta’ hawn fuq sabiex tiġi riflessa d-dannu addizzjonali f’każ li jkun hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni f’dak il-perjodu. Skont il-bażijiet tad-data tal-Eurostat tal-Artikolu 14(6) u tas-Sorveljanza 2, tqabbil tal-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni u dawk tal-perjodu tad-divulgazzjoni minn qabel ma wrew l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet. Għalhekk ir-rekwiżiti għal żieda fid-determinazzjoni tal-marġini tad-dannu skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqux u ma sar l-ebda aġġustament għall-marġini tad-dannu. |
|
(78) |
Fuq din il-bażi u fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 262 sa 269 tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
7.2. Miżuri definittivi
|
(79) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri antidumping definittivi sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(80) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ, skont ir-regola tal-inqas dazju fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9(4), it-tieni paragrafu tar-Regolament bażiku. |
|
(81) |
Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati proviżorji tad-dazju antidumping, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(82) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-PRC u prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju antidumping individwali. |
|
(83) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (10). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla fl-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(84) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’. |
|
(85) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju antidumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(86) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata(i) ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(87) |
Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(88) |
L-istatistika tal-SRW ħafna drabi tiġi espressa f’għadd ta’ biċċiet. Madankollu, ma hemm l-ebda unità supplimentari bħal din għal SRW speċifikata fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (11). Għalhekk hemm bżonn li fid-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jingħatax biss il-piż f’kg jew f’tunnellati iżda anke l-għadd ta’ biċċiet għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Jenħtieġ li jiġu indikati l-biċċiet għall-kodiċijiet TARIC 8708701080, 8708701085, 8708709920, 8708709980, 8716909095 u 8716909097. |
7.3. Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
|
(89) |
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, imposti bir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv. |
8. OFFERTA TA’ IMPENN
|
(90) |
Fis-sottomissjoni tiegħu wara l-iżvelar provviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun wera r-rieda tiegħu li joffri impenn fuq il-prezz. Madankollu, l-offerta preliminari li saret mill-kumpanija ma kienx fiha l-aktar element importanti ta’ impenn — il-livell ta’ prezz minimu tal-importazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċetta tali talba. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(91) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jkun irid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(92) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tal-azzar iddisinjati għall-użu fit-triq, kemm jekk bl-aċċessorji tagħhom kif ukoll jekk mingħajrhom u kemm mgħammra bit-tajers kif ukoll jekk le, iddisinjati għal:
|
— |
Tratturi tat-triq, |
|
— |
Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ persuni u/jew għat-trasport ta’ merkanzija, |
|
— |
Vetturi bil-mutur għal skopijiet speċjali (pereżempju, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet għall-bexx), |
|
— |
Trejlers jew semitrejlers, mhux motorizzati, tal-vetturi elenkati hawn fuq |
li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10, ex 8708 70 99 u ex 8716 90 90 (kodiċijiet TARIC 8708701080, 8708701085, 8708709920, 8708709980, 8716909095 u 8716909097) (“il-prodott ikkonċernat”).
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
— |
Roti tat-triq magħmulin mill-azzar għall-assemblaġġ industrijali ta’ trakters ikkontrollati minn persuni li jkunu mexjin li attwalment jaqgħu taħt is-subintestatura 8701 10, |
|
— |
Roti għal kwads tat-triq, |
|
— |
Ċentri ta’ roti f’forma ta’ stilla, fonduti biċċa waħda, tal-azzar, |
|
— |
Roti għal vetturi bil-mutur iddisinjati speċifikament għal użi minbarra fuq toroq pubbliċi (pereżempju, roti għat-tratturi agrikoli jew tal-forestrija, għall-forklifters, għall-pushback tractors, għal dumpers iddisinjati għall-użu barra mit-toroq pubbliċi), |
|
— |
Roti għal trejlers tal-karozzi tal-passiġġieri u għall-karavans, mhux motorizzati, b’dijametru tar-rimm ta’ mhux aktar minn 16-il pulzier, |
|
— |
Roti għal trejlers jew għal semitrejlers, iddisinjati speċifikament għal użi minbarra fuq toroq pubbliċi (pereżempju, roti għat-trejlers agrikoli u għal tagħmir agrikolu rmunkat ieħor li jintuża fl-għelieqi). |
2. Ir-rati tad-dazju antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju antidumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Xingmin Intelligent Transportation Systems Co., Ltd |
50,3 |
C508 |
|
Tangshan Xingmin Wheels Co., Ltd. |
50,3 |
C509 |
|
Xianning Xingmin Wheels Co., Ltd. |
50,3 |
C510 |
|
Kumpaniji kooperanti oħra elenkati fl-Anness |
50,3 |
Ara l-Anness |
|
Kumpaniji l-oħrajn kollha |
66,4 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun ħarġet tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l- (biċċiet) tal- (prodott ikkonċernat) mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew prodotti minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.’ Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bid-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1693 għandhom jinġabru b’mod definittiv.
Artikolu 3
Fejn xi produttur mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li
|
i. |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2018 sat-31 ta’ Diċembru 2018), |
|
ii. |
mhuwiex relatat ma’ xi esportatur jew ma’ xi produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament; u |
|
iii. |
effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, |
il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness sabiex tattribwixxi lil dak il-produttur id-dazju applikabbli għall-produtturi li kkooperaw mhux fil-kampjun, jiġifieri 50,3 %.
Artikolu 4
Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, l-ammont ta’ biċċiet tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-parti rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċedimenti antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 60, 15.2.2019, p. 19).
(3) Avviż li jemenda n-notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 111, 25.3.2019, p. 52).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 15).
(5) Il-kawża T-413/13, City Cycle Industries, ECLI:EU:T:2015:164, paragrafi 120 u 121.
(6) Kawża C-61/16 P, EBMA vs Giant (China), punt 57, EU:C:2017:968.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 950/2001 (ĠU L 134, 17.5.2001), il-premessi 43–44.
(8) Panel report, EC — Salmon (Norway), premessi 7.354–355.
(9) It-tabella 3 tar-Regolament provviżorju turi li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni żdied minn 2,6 % fl-2015 għal 5,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tabella 6 tar-Regolament provviżorju turi li s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas minn 84,9 % fl-2015 għal 79,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.
(10) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
|
Isem |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Dongfeng Automobile Chassis System Co., Ltd (imsejħa wkoll “Dongfeng Automotive Wheel Co., Ltd”) |
C511 |
|
Hangzhou Forlong Impex Co., Ltd |
C512 |
|
Hangzhou Xingjie Auto Parts Manufacturing Co., Ltd |
C513 |
|
Jiaxing Henko Auto Spare Parts Co., Ltd |
C514 |
|
Jining Junda Machinery Manufacturing Co., Ltd |
C515 |
|
Nantong Tuenz Corporate Co., Ltd |
C516 |
|
Ningbo Luxiang Autoparts Manufacturing Co., Ltd |
C517 |
|
Shandong Zhengshang Wheel Technology Co., Ltd |
C518 |
|
Shandong Zhengyu Wheel Group Co., Ltd |
C519 |
|
Xiamen Sunrise Group Co., Ltd |
C520 |
|
Yantai Leeway Electromechanical Equipment Co., Ltd |
C521 |
|
Yongkang Yuefei Wheel Co., Ltd |
C522 |
|
Zhejiang Jingu Co., Ltd |
C523 |
|
Zhejiang Fengchi Mechanical Co., Ltd |
C524 |
|
Zhengxing Wheel Group Co., Ltd |
C525 |
|
Zhenjiang R&D Auto Parts Co., Ltd |
C526 |